www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Artikli/Kontribuzzjoni
 

Il-MGRM tfakkar l-Irvellijiet ta’ Stonewall


Il-Malta Gay Rights Movement se jfakkar b’mod oriġinali ħafna l-40 Anniversarju ta’ dawk li baqgħu magħrufin bħala “L-Irvellijiet ta’ Stonewall”, li storikament għadhom jimmarkaw it-twaqqif ta’ moviment favur id-drittijiet ta’ persuni gay fl-Istati Uniti tal-Amerika u madwar il-bqija tad-dinja.

Kien fis-sigħat bikrin tat-28 ta’ Ġunju tal-1969, meta mxebbgħin bil-mod xejn uman li l-pulizija kienu qegħdin jgħaffġu drittijiethom, persuni gay u lesbjani kienu ħaduha qatta’ bla ħabel kontra l-uffiċjali tal-pulizija li kienu qegħdin iwettqu wieħed mill-ħafna rejds omofobiċi tagħhom fl-istabbiliment “Stonewall Inn” fis-subborg ta’ Greenwich Village, fil-belt ta’ New York.

Dakinhar, kontra dak li kien isir is-soltu, il-komunità omosesswali fi Greenwich Village kienet iġġieldet lura kontra l-forza tal-ordni li riedet tarrestaha u b’leħen wieħed insistiet li d-drittijiet ċivili bażiċi kellhom jibdew ikunu rrispettati. Dawn l-irvellijiet servew biex il-persuni omosesswali jibdew il-mixja twila u iebsa li kellhom quddiemhom sakemm jibdew igawdu drittijiet indaqs.

Minn dak iż-żmien sal-lum, fl-Istati Uniti tal-Amerika u kważi mal-erbat’ijieħ tad-dinja bdew jiġu organizzati dawk magħrufin bħala ċ-ċelebrazzjonijiet “Gay Pride” fejn persuni gay, lesbjani, bisesswali u transesswali mhux biss ifakkru f’dawk sħabhom li kienu kuraġġjużi biżżejjed li joħduha kontra d-daqqiet tal-lembubi u l-arresti illeġittimi, iżda ukoll biex itennu s-sejħa tagħhom favur drittijiet ċivili indaqs.

F’Malta ukoll, il-Malta Gay Rights Movement jieħu ħsieb li jfakkar dan l-avveniment storiku permezz ta’ “LGBT Pride March”, bħala parti minn ġimgħa ta’ ċelebrazzjonijiet li se jsiru fil-jiem li ġejjin u li din is-sena għandhom bħala tema “Dinjità fid-Diversità”.

Bħala bidu għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, il-Malta Gay Rights Movement bil-kollaborazzjoni tal-Ambaxxata Amerikana f’Malta se tkun qiegħda turi l-film ċinematografu “Milk” – fejn jieħdu sehem Sean Penn u Josh Brolin – li jirrakkonta l-ħajja bijografika tal-politiku u l-attivist favur id-drttijiet gay, Harvey Milk.

Il-film se jintwera għada l-Ġimgħa, 26 ta’ Ġunju, fit-8.00 p.m., fl-Atriju M.A. Vassalli tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq.

Iżda forsi l-aktar interessanti se tkun id-diskussjoni interattiva permezz ta’ ‘video conference’ diġitali li se ssegwi l-film. F’din id-diskussjoni, li tibda għall-ħabta tal-10.30 p.m., se tieħu sehem ukoll attivista oħra favur id-drittijiet tal-omosesswali fl-Amerika, Elaine Noble, li kienet l-ewwel kandidata eletta f’kariga statali li ddikjarat bil-quddiem l-orjentazzjoni sesswali tagħha.

Imwielda fl-1944, Elaine Noble kienet attiva bis-sħiħ favur id-drittijiet gay sa minn meta l-moviment gay kien għadu fil-bidu tiegħu.

Hija kienet għażlet il-politika bħala triqtha għall-bidla li kien hemm bżonn issir u niżlet isimha fl-istorja Amerikana bħala l-ewwel kandidata li ddikjarat minn qabel li kienet lesbjana.

Fl-ewwel elezzjoni li kienet ikkontestat fl-1974 hi ġiet eletta fil-Kamra tar-Rappreżentanti ta’ Massachusetts fejn serviet għal żewġ leġislaturi konsekuttivi. Is-suċċess miksub minnha ma kienx wieħed faċli għax kemm-il darba sfat fil-mira ta’ theddid u atti vjolenti.

Għal din l-attività qed ikun mistieden kulħadd. Id-dħul se jkun mingħajr l-ebda ħlas.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Artikli/Kontribuzzjoni
·  Malti jmexxi ditta kbira


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.