www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Sports
 

Andrè Schembri jiffirma mal-klabb Awstrijak SK Karten


L-attakkant internazzjonali Malti, Andrè Schembri, il-bie­raħ filgħaxija iffirma mal-klabb tal-Bundesliga Awstrijaka, SK Austria Karten.

Wara negozjati mill-aġenta tiegħu, Schembri kellu jħalli Malta l-bieraħ filgħodu biex imur jiffirma ma’ dan il-klabb għas-sentejn li ġejjin.

Fil-kuntratt ta’ Schembri hemm klawsola li jista’ jħalli l-klabb jekk klabb barrani juri xi nteress partikolari fis-servizzi tiegħu.

Dan il-ġurnal mill-ewwel għamel kuntatt ma’ Schembri li minkejja li xtaq imur jilgħab fl-Ingilterra huwa xorta waħda we­ra s-sodisfazzjon tiegħu li ffirma dan il-kuntratt minħabba li se jagħtih l-opportunità li se jilgħab kontra plejers ta’ li­vell għoli ħafna.

“Ninsab kuntent ħafna li rnexxieli ningħaqad ma’ dan il-klabb għax dan ifisser li se nilgħab kontra plejers ta’ livell mondjali.

“Fil-verità dejjem xtaqt li mmur l-Ingilterra u din id-darba kelli ċans kbir li nagħmel dan. Iżda bħalissa l-kowċis tal-klabbs li wrew interess fis-servizzi tiegħi jinsabu fuq il-btala tagħhom u għaldaqstant il-kuntatti kienu llimitati.

“Filwaqt li nwiegħed li nagħti l-massimu tiegħi ma’ dan il-klabb, xorta waħda nem­men li dan il-kampjonat se jservi bħala vetrina biex il-klabbs Ingliżi jarawni aktar mill-qrib minħabba li t-Tielet Diviżjoni Ġer­­maniża ma tantx hi daqstant segwita mill-Ingliżi,” temm jgħid Schembri.

Dan il-ġurnal għamel ukoll kuntatt għall-ewwel darba mal-kowċ Olandiż ta’ SK Kar­ten, Fren­kie Schinkels, fejn sostna li ilu jsegwi l-progress ta’ Schembri għal dawn l-aħħar xhur.

“Andrè huwa plejer intelliġenti u jippossjiedi potenzjal kbir. Irrid nittrasformah bħala l-playmaker tat-tim. Huwa plejer kreattiv iżda fl-istess waqt kapaċi jkun skorer prolifiku,” qal Schinkels.

Huwa rrefera wkoll għall-midfielder Brażiljan, Diego, li għadu kif iffirma ma’ Juventus meta qal:

“Nemmen li Andrè għandu l-potenzjal biex ikun il-Diego tal-futbol Awstrijak. Huwa għan­du l-kredenzjali kollha ne­ċessarji biex jaqdi l-istess irwol. Forsi Diego huwa aktar veloċi iżda hekk kif Andrè jissetilja se jkun plejer vitali u utli għal dan il-klabb,” temm jgħid Schinkels.

Matul l-istaġun li għadu kif intemm SK Austria Karten spiċ­ċaw fis-sitt post tal-Kampjonat Awstrijak.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Sports
·  It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael
·  Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs
·  Schembri jiskorja
·  James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin
·  Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.