www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Strateġiji li ma jaħdmux
minn Lorna Vassallo

Nemmen li l-PN qatt m’għamel xejn għall-pajjiż. Dejjem għamel dak kollu biex jitla’ fil-Gvern u bosta drabi rnexxielu. Iżda kull m’għamel għamlu għall-Partit stess iżda mhux għall-pajjiż. Ħafna drabi kien il-partit bil-poter iżda mingħajr programm. Drabi oħrajn kien il-partit bi programm fittizju u bi trattati fażulli. Kien il-Gvern li jiffirma bla ma jwettaq. U hekk għadu.

U għalhekk nemmen ukoll li huwa l-Partit espert fl-istrateġiji li jwasslu għal rebħ elettorali aktar milli l-Partit li verament jista’ jirnexxi. Fi ħdan il-PN filfatt tmexxija tajba tal-pajjiż hi sekondarja għal rebħa elettorali. Jekk mhux ukoll għal affarijiet oħrajn bħall-aġevolament ta’ ċerti membri tal-istess Partit.

Iżda jista’ jkun ukoll li f’ dawn l-aħħar żewġ elezzjonijiet deher ukoll li din l-arti ta’ rebħ elettorali, il-PN tilifha. U għalkemm ħarġet bosta kritika minn kandidati Nazzjonalisti fuq diversi ġurnali, anke dawk b’simpatija kbira lejn il-PN, hemm affarijiet li nemmen li dawn l-istess kandidati jiddejqu jew ma jaqblilhomx jgħidu.

Ta’ min wieħed jgħid li strateġija li qatt ma fhimt fl-aħħar elezzjonijiet tal-PE hu l-fatt li qed jiġi agevolat biss kandidat wieħed. Dan ġara fl-elezzjoni tal-2004 u f’dik tal-2008. Kien il-kandidat Simon Busuttil li ġie aġevolat apertament u li ġab għadd ta’ voti li jisbqu bil-kbir lill-kandidati kollha l-oħrajn tal-PN. U filfatt nemmen ukoll li kien proprju dan l-aġevolament sfrenat tal-istess kandidat li wassal għal splużjoni ta’ voti min-naħa tiegħu.

Nemmen li hi mmaturità politika li kandidat wieħed jiġi ppreżentat qisu xi esseri kważi divin, mentri l-kandidati l-oħrajn kollha qishom sekondarji u li qegħdin hemm għan-numru. U dan, il-kandidati kollha jafuh …inkluz Busuttil stess. Il-logħba inġusta ddejjaq minnha kulħadd. Iżda jkollhom jilagħbuha xorta waħda. Donnu li l-klassiżmu qed jidħol ukoll fil-PN internament.

Kulħadd jaf li d-duwijiet flimkien ma’ voti ta’ preferenza oħrajn ftit li xejn jistgħu jgħinu lill-kandidati meta mqabbla mal-unijiet. U kien proprju d-distakk kbir bejn il-voti ta’ Simon Busuttil u t-tieni u t-tielet kandidat li wassal għat-tlugħ tar-raba’ kandidat tal-PL. Min-naħa l-oħra deher ċar li għalkemm wieħed jista’ jgħid li l-PL ukoll kellu l-preferenzi tiegħu bħala partit li rriflettew sew fuq il-preferenzi tal-elettorat, dawn ma kinux daqshekk esaġerati. U għalhekk il-PL ġie rregalat permezz tar-raba’ siġġu.

L-istrateġiji tal-Partit flimkien mal-aġevolament ta’ ċerti kandidati bi skapitu tal-oħrajn hu suġġett li nsegwi ħafna. Matul il-ħames jew erba’ snin qabel l-elezzjoni, il-kandidati jiġu ppreżentati lill-pubbliku b’modi differenti. Il-Partit ikun qed jibni l-profil tal-kandidati li jixtieq itella’. Ta’ min jgħid li ħafna mill-kandidati li l-Partit u l-ogħla esponenti tiegħu jkunu jridu li verament jirnexxu fl-elezzjonijiet qajla jkunu kandidati fl-elezzjoni ta’ qabel. Meta tiġi l-elezzjoni mbagħad, wara li tkun diġà nbniet ir-reputazzjoni, joħorġu bħala kandidati. U jitilgħu mill-ewwel.

Dan hu mod kif tiġi mminata d-demokrazija mill-istess partiti. Li l-poplu jiġi nfluwenzat mill-mezzi tax-xandir lil min jivvota. Filfatt min jsegwi l-politika mill-qrib ikun jaf bil-quddiem min se jkun magħżul u min filfatt se jitla’. Illum huma l-mezzi tax-xandir (u riċentement magħhom nistgħu nżidu l-Internet) li jiddeterminaw kollox. L-ebda mezz tradizzjonali ieħor.

U d-demokrazija reġgħet ġiet imminata bil-kbir f’dawn l-aħħar elezzjonijiet. U kien il-PN li mminaha sa tali punt li spiċċa bi fjask elettorali li diffiċli tifhmu. Id-duo Gonzi-Busuttil ħadmu wisq egoistikament u għalhekk kemm kandidati oħrajn kif ukoll l-elettorat li vvota lill-PN batew doppju. Batew min-nuqqas ta’ voti u min-nuqqas ta’ kandidati.

Jidher li l-attitudni tal-PM li jiddeċiedi waħdu b’detriment ta’ sħabu ttieħdet ukoll minn Simon. Ftit min-Nazzjonalisti ħasbu li l-egoċentriżmu tal-GonziPN li b’xi mod imbażwar wasal għal rebħa elettorali fl-2008, se jwassal ukoll għall- telfiet elettorali agħar u l-inqas rappreżentazzjonijiet. Jidher li fil-PN qegħdin jinħolqu allat wisq kbar biex iż-żgħar igawdu.

www.lornavassallo.info


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.