www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Lealtà maqluba
minn Lorna Vassallo

GĦalkemm il-politika lokali għadha bipola-rizzata b’qasma kbira u kważi ekwilibrata bejn Nazzjonalisti u Laburisti, u għalkemm fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali jidher li kien hemm it-tibdil imbassar fit-tendenza tal-votanti, jidher li l-lealtà lejn il-‘partit tat-twelid’ għadha hemm.

Fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali l-PN ġab appoġġ dirett ta’ 143,468 votant. Il-Partit Laburista ġab appoġġ dirett ta’ voti validi ta’ 141,888. Iżda donnha li din l-elezzjoni mhux daqshekk ġiet deċiża minn dawk li vvotaw, daqshekk ieħor ġiet deċiża minn dawk li ma vvotawx. Ta’ min jgħid li dawk li ma jivvotawx huma n-naħa l-oħra tal-munita ta’ dawk li ma jivvotawx. Il-‘front-end’ u l-‘back-end’. Permezz tal-astensjoni tagħhom, dawk li vvotawx, ikunu urew lill-partit li s-soltu kienu “jappartjenu” għalih li m’huma kuntenti xejn b’dak li qed jagħmel.

Għalhekk, minkejja li jidher li dawn qegħdin iċedu xi drittijiet ċivili tagħhom, jidher ukoll li d-distakk bejn partit u ieħor qiegħed fil-fatt jinħass. Fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali l-ammont ta’ votanti li ma ħarġux jivvotaw kien kważi dak ta’ distrett sħiħ. Fl-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew huwa mistenni li dan ikun ferm iktar. L-ewwelnett għax kif jixhed il-passat il-votant jidher li ma jagħtix importanza lil din it-tip ta’ elezzjoni daqskemm jagħti lill-Elezzjoni Ġenerali. U t-tieni nett, għax inqas votanti li joħorġu jivvotaw huwa riżultat naturali ta’ l-Elezzjoni Ġenerali tal-2008.

Huwa ovvju li l-ammont ta’ votanti diżillużi qed jiżdied. Diżillużi speċjalment bil-wegħdi fiergħa u qatt imwettqa minn Gvern wara ieħor. Iżda, iktar minn hekk, nemmen li hemm element ieħor qawwi ħafna li jikkaratteristika lill-politika Maltija li fil-fatt ma jistax ħlief jgħin biex inqas nies joħorġu jivvotaw.

Il-votant Malti kien għal dawn l-aħħar 50 sena l-iktar votant leali mill-pajjiżi kollha Ewropej. U għalkemm jista’ joħroġ mis-sistema politiku biex jipprotesta, jispiċċa jagħmel hekk sforz l-istess lealtà lejn partit ‘tiegħu’. Fi kliem ieħor l-eks-Nazzjonalist qed jispiċċa ma jivvotax biex jagħti sinjal ċar lin-Nazzjonalisti. Dan it-tip ta’ votant tant ikun leali lejn il-partit tiegħu li meta tasal l-elezzjoni jpoġġi bħala priorità l-fatt li ma jivvotax lill-partit tiegħu u mhux il-fatt li jivvota lil xi partit ieħor. Huwa l-votant tal-estremi li għalih jew kollox jew xejn. Jew il-Laburisti jew xejn. Jew in-Nazzjonalisti jew xejn.

U għalhekk il-lealtà ta’ dan it-tip ta’ votant tkun waħda maqluba… bil-kontra. Mentri qabel kien jivvota minħabba n-Nazzjonalisti jew il-Laburisti, issa mhux qed jivvota minħabba n-Nazzjonalisti jew il-Laburisti. U huwa proprju għalhekk li l-pendlu politiku ta’ nies li qegħdin imorru minn partit għall-ieħor la qed iwassalhom biex jivvotaw lill-partiti ż-żgħar u lanqas lill-partit oppost.

Id-dipendenza assoluta tal-politika Maltija fuq il-partiġġjaniżmu toħroġ proprju f’okkażjonijiet bħal dawn. Għalkemm qed isir sforz kbir miż-żewġ partiti l-kbar sabiex jirrespinġu l-fanatiċiżmu politiku u partiġġjaniżmu żejjed, l-istess partiġġjaniżmu jidher li kien qed jagħti l-aħħar spinta meħtieġa li twassal lill-votant sabiex fil-fatt joħroġ jivvota u jivvota lill-partit tas-soltu.

Iktar ma tmut ix-xrara partiġġjana u parrokkjali iktar il-votant Malti qed ikollu kuraġġ jibqa’ mkaħħal mas-siġġu f’jum l-elezzjoni. Hija dipendenza simili għal dik ta’ l-ispiritwalità u r-reliġjon fuq is-sekulariżmu. Jekk l-aspett sekulari u pagan tal-festi Maltin jonqos, il-probabbiltà hija ukoll li l-aspett reliġjuż u spiritwali tal-istess festi jitlef ħafna mill-appoġġ.

Għalkemm iż-żewġ aspetti ta’ dak li jidher li huwa frott ta’ prinċipju u dak li huwa frott ta’ vizzju u ġibdiet irrazzjonali jidhru li m’għandhom xejn x’jaqsmu ma’ xulxin, jidher li dak li jitqies bħala s-sikrana huwa pjuttost il-fertilizzant. Fejn se tonqos l-emozzjoni u l-briju, jonqos ukoll l-interess razzjonali u akkademiku fil-politika.

Għalkemm votant ikun qed jirrifjuta l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot meta ma jivvotax, li fih innifsu huwa diġà lamentabbli, sta issa għall-partit kollha kemm huma, kbar u żgħar li jittrattaw l-attenzjoni ta’ dawn it-tip ta’ votanti u jġegħluhom joħorġu miċ-ċirku li nqabdu fih ta’ favur jew kontra l-istess partit ‘tagħhom’.

Ta’ vizzju ta’ ‘jew dak il-partit jew xejn’ għax għalkemm dawn it-tip ta’ votanti jidhru li qegħdin jibqgħu fl-istess post iduru fil-vojt qegħdin ikollhom l-impatt kbir tagħhom fuq ir-riżultat finali tal-elezzjoni.

Din l-elezzjoni se jkollha hi ukoll is-sorpriżi tagħha u d-daqqiet ta’ ħarta speċjalment għaż-żewġ partiti l-kbar.



Awguri

NifraĦ lil dan il-ġurnal talli kiseb l-unur tal-aktar ġurnal moqri bil-Malti. Ma kelli l-ebda dubju dwar dan, iżda personalment nixtieq ukoll nikkumplimenta kemm lill-editur kif ukoll lit-tim kollu tal-abbiltà speċjalment lingwistika, stilistika u ġurnalistika li dejjem wassal lill-qarrejja tiegħu.

Għalina lkoll dan ma jfissirx ħlief ġejjieni sabiħ ta’ espressjoni u informazzjoni.

www.lornavassallo.info

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.