www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Era ta’ politika ġdida
minn Lorna Vassallo

Kif sostnut sewwa fil-programm elettorali tal-PES (Partit Soċjalista Ewropew) il-politika f’sens globali tinsab f’punt ta’ bidla. Fl-2008 rajna waħda mill-agħar kriżijiet ekonomiċi li qatt laqtet lid-dinja moderna u sa mill-1930 (dik li fil-fatt ippreċediet it-tieni gwerra dinjija u li tista’ minnha nnifisha tkun ikkonsidrata bħala waħda mill-istess kawżi tagħha). Iktar minn hekk, id-dinja wkoll esperjenzat rekord ta’ għoli fil-prezzijiet ta’ l-ikel u ż-żejt li qajla konna rajna bħalu.

Iżda li verament joħroġ, fil-fehma tiegħi, minn dan kollu huwa l-fatt li s-suq minnu nnifsu ma joffri l-ebda soluzzjoni għall-kriżijiet bħal dawn. U għalhekk il-fidi għamja f’kapitaliżmu sfrenat fl-aħħar ġiet sfidata bil-kbir. Dan l-istess twemmin assolut fil-kapitaliżmu u fil-politika tas-suq ħieles ikkonċieda wkoll ma’ l-elezzjoni tal-President Barack Obama, President li wara snin ta’ politika leminija fl-Istati Uniti, donnu kien l-ilma wara art niexfa tad-deżert. L-umanità tal-President Obama li waħdu rnexxielu jbiddel l-immaġni tal-Amerka dejjem lesta li ddawwar il-kanuni kontra stati magħżula, ukoll tat spinta ’l quddiem lill-politika xellugija.

L-istess mexxej politiku kien ċar dwar il-pożizzjoni tiegħu fejn jidħlu l-flejjes imħallsin lil nies li jokkupaw karigi eżekuttivi f’kumpaniji kbar, bosta minnhom multi-internazzjonali, u fuq kif iċ-ċittadin komuni għandu jaqsam iktar mill-ġid komuni li tirrendi l-ekonomija.

Minkejja l-fatt li kandidati tal-Partit Nazzjonalista qalu b’ħanġra daqshiex li spiċċa is-soċjaliżmu, qatt ma setghu jkunu daqshekk żbaljati. Il-verità hija li l-kriżi ekonomika li għaddejjin minnha turina li spiċċa l-kapitaliżmu. U jekk il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Vince Farrugia tenna t-teżi tieghu b’konvinzjoni, daqshekk ieħor intenni tiegħi b’konvinzjoni.

Huwa għalhekk li fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li ġejjin trid tittieħed deċiżjoni kollettiva miċ-ċittadini kollha Ewropej favur din l-era politika ġdida, fejn prinċipji tal-politika xellugija kienu qed jiġu mwarrbin biex jiġu akkomodati bażużli ħoxnin tal-politika leminija. Il-votant Ewropew fl-elezzjonijiet li ġejjin se jivvota b'realizzazzjoni li għalkemm wasalna fl-era teknoloġika, xorta waħda huwa l-ħaddiem li jipprovdi l-bażi tal-ġerarkija ekonomika li jintlaqat l-ewwel u l-agħar minn kriżijiet ekonomiċi.

Il-politika proposta mis-Soċjalisti Ewropej għall-ħames snin li jmiss tinkludi:

• rekwiżiti kapitali iktar rigorużi għal kull entità finanzjarja;

• kontroll fuq self;

• kontroll fuq teħid eċċessiv ta’ riskji;

• kontroll jew limitu għal pakketti ta’ 'bonuses' u privi- leġġi għal diretturi u karigi oħra eżekuttivi ta’ kumpaniji;

• politika li tipproponi li l-ħlas ta’ persuni f’postijiet għolja ta’ kumpaniji jirrifletti mhux biss il-qligħ tal-kumpanija iżda ukoll it-telf tagħha;

• skemi ta’ ‘pension funds’ imħallsa mill-ħaddiema fejn il-ħaddiem stess ikollu dritt ikun jaf kif qed jitħaddmu flusu;

• kwalunkwe istituzzjonijiet finanzjarji jiġu obbligati jiktbu kwalunkwe riskji finanzjarji li qed jieħdu fuq il-‘balance sheets’ tal-kotba taghhom;

• kontroll fuq bejgħ b’urġenza li jsir f’każ ta’ sitwazzjonijiet qrib ta’ falliment u li allegatament wassal biex il-kriżi finanzjarja tkun agħar;

• iktar kontrolli fuq evażjoni tat-taxxa u frodi kif ukoll ġlieda iktar sfiqa kontra l-ħasil tal- flus.

Naħseb li ż-żmien fejn persuni f’qagħda eżekuttiva f’kumpaniji b’poter kbir fis-suq jiġu kkontrollati politikament. Mezz kif dan isir huwa żgur li jkollna aktar rappreżentazzjoni xellugija f’istituzzjonijiet u organi politiċi fuq skala mondjali.

Huwa inutli li persuni li jħaddnu prinċipji kapitalisti li llum il-ġurnata jistgħu jitqiesu antikwati jmexxu l-pajjiżi għax dawn qajla jistgħu jwaqqfu l-mewġa ta’ aġevolazzjoni tas-saffi ta’ fuq tas-soċjetà. Lokalment ukoll, din il-ġim- gha sirna nafu bi statistika ġdida li turi kif, kollox ma’ kollox, il-qgħad fost il-klassijiet t’isfel se jirrifletti ferm ħażin anke fuq il-klassi li għandha x-xogħol li tixtieq. L-ispiża tal-gvern, kif mistenni, f’kontribuzzjonijiet soċjali qiegħda dejjem tikber.

Is-soċjaliżmu jew progressiviżmu modern jemmen li għandu jkun il-bniedem li jieħu kontroll tas-suq, u mhux is-suq ikollu kontroll tal-bniedem. Fil-kamp lemini Ewropew, kif ukoll fil-kamp Nazzjonalista Malti, ir-rassenjazzjoni li s-suq huwa xi forza li ma tista’ tirbħilha qatt tinħass sewwa.

Kull ma smajna dan l-aħħar kien li "anzi morna tajjeb – l-aħjar li stajna mmorru fiċ-ċirkostanzi preżenti". Fil-kamp lemini hija nieqsa l-grinta u l-ambizzjoni li nkunu aħna li qed negħlbu l-mewġ minflok ma nitkaxkru minnu.

PS. Nixtieq navża lill-qarrejja kollha ta’ dan il-ġurnal li minħabba problemi tekniċi inbidel l-indirizz tas-Sit elettroniku tiegħi fejn jistgħu jinqraw, fost oħrajn, l-artikli kollha tiegħi. Dan issa sar www.lornavas-sallo.info.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.