www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Features
 

Il-klabb tal-cricetus
minn Daniela Attard Bezzina

Mill-esperjenza tiegħi, jekk hawn pet gustuż u li ma jinvolvilek assolutament l-ebda skariġġ, dan huwa l-hamster. Se nibda l-artiklu tal-lum b’kurżitŕ ħelwa dwar dan l-annimal li ismu bil-Latin hu “cricetus”… il-kelma “hamster” ġejja mill-verb “hamstern”, li jfisser “taħżen”, għax il-hamsters għandhom post fuq kull naħa ta’ ħalqhom biex fih jaħżnu l-ikel.

Illum xtaqt ngħaddilkom ftit tagħrif dwar klabb li jispeċjalizza fil-hamsters. Hamster-club.com huwa klabb li jipprovdi tagħrif estensiv lil min irabbi xi hamster bħala pet. Hamster-club.com huwa msieħeb ma’ Guineapigsclub.com u dan il-klabb kiber ħafna, mhux biss lokalment, iżda ukoll globalment. Hamster-Club għandu esperjenza vasta fil-qasam tas-saħħa tal-hamsters u jipprovdi diversi rimedji naturali biex il-hamsters iħossuhom aħjar meta jkunu morda. Dan il-klabb rebaħ diversi premjijiet kemm għall-informazzjoni pprovduta lill-pubbliku kif ukoll għall-istil tas-sit elettro­niku.

Fost oħrajn ingħata l-Golden Award, li jingħata lil siti interessanti, informattivi u b’disinji oriġinali. Premju ieħor kien il-Pet Shed Web Award li huwa premju mogħti lill-aħjar siti dwar l-annimali f’sezzjonijiet globali.

Hamster-Club ġie fformat f’Ottubru 2007 u ħareġ ‘online’ xahar wara. Fil-websajt tiegħu, minbarra li jipprovdi infor­mazzjoni dettaljata dwar il-hamsters, il-klabb ħaseb ukoll fl-importanza li jagħmel is-sit elettroniku isbaħ billi jipprovdi diversi logħob tal-hamsters, vidjos u ħafna aktar!

Il-Hamster-Club għandu 1,500 membru rreġistrati minn madwar id-dinja kollha, filwaqt li hemm diversi eluf oħrajn li jsegwu l-klabb ‘online’. Il-klabb jorganizza diversi kompetizzjonijiet, fosthom tat-tpinġija fejn l-aħjar tpinġijiet jitqegħdu fuq is-sit hamster-club.com fiż-żona tal-kreattivitŕ.

Il-missjoni ta’ Hamster-Club hi li jagħti servizz eċċellenti, b’etika professjonali għal kull min ikollu bżonn parir fuq dawn l-annimali. Kull xahar tin­tbagħat ittra elettronika lil kull min iżur il-websajt, b’informazzjoni ġdida dwar il-hamsters.



Tipi ta' hamsters f'Malta

F’Malta hawn ħames tipi ta’ hamsters, li huma s-Syrian Hamsters, id-Dwarf Winter White Russian Hamsters, id-Dwarf Campbell’s Russian Hamsters, ir-Roborovksi Hamsters u ċ-Chinese Hamsters. L-aktar komuni fosthom huwa s-Syrian Hamster, madankollu wieħed isib ukoll id-Dwarf Winter White Russian Hamsters kif ukoll ir-Roborovksi Hamsters għall-bejgħ f’diversi ħwienet tal-annimali. L-inqas tipi ta’ hamsters li wieħed isib hawn Malta huma d-Dwarf Campbell’s kif ukoll iċ-Chinese Hamsters.



Syrian Hamsters

Is-Syrian Hamster jgħix waħdu, jiġifieri dan it-tip ta’ hamster għandu jkollu gaġġa għalih għax hekk iħossu ħafna aktar kuntent. Dan it-tip ta’ hamster xi kultant jissejjaħ ukoll Golden Hamster jew Teddy Bear Hamster. Bħala qies, dan huwa l-akbar tip ta’ hamster hawn Malta u jista’ jikber sa bejn 12 u 16-il ċentimetru.



White Russian Hamsters

Dawn il-hamsters oriġinaw mis-Siberja. Ġieli jbiddlu l-pil tagħhom minn abjad għal griż u huma twal minn sebgħa sa għaxar ċentimetri. Dawn it-tip ta’ hamsters jippreferu jgħixu ma’ hamsters tal-istess razza …dejjem jekk ikunu trabbew flimkien mill-etŕ ta’ xahrejn jew inqas.



Dwarf Campbell's Russian Hamsters

Id-Dwarf Campbell’s Russian Hamsters jixbħu ħafna lid-Dwarf Winter White Russian Hamsters, iżda jidhru ħarira eħxen għax il-pil tagħhom huwa aktar goff. Dawn ukoll jippreferu jgħixu fi grupp ta’ mill-inqas tnejn tal-istess tip, dejjem jekk ikunu trabbew flimkien. Dawn it-tip ta’ hamsters huma twal bejn tmienja u 11-il ċentimetru.



Roborovski Hamsters

Ir-Roborovski Hamster huwa l-iżgħar li nsibu hawn Malta. Dawn il-hamsters huma twal bejn erbgħa u ħames ċentimetri u nofs. Huma aġli u ħfief ħafna, għalhekk huma ukoll l-aktar hamsters li jieħdu żmien twil biex jidraw u biex isiru mansi.

Huwa importanti ħafna li dawn it-tip ta’ hamsters jgħixu f’gaġġa tal-plastik jew f’akwarjum tal-hamsters għax jistgħu jaħarbu mill-gaġeġ tal-wajer billi jgħaddu minn bejn il-vireg!



Chinese Hamsters

Iċ-Chinese Hamsters huma l-inqas tip ta’ hamsters li wieħed isib hawn Malta. Dawn it-tip ta’ hamsters għandhom denbhom itwal mill-hamsters l-oħrajn. Preferibbilment dan il-hamster għandu jitħalla jgħix waħdu għax jekk tnejn ikunu fl-istess gaġ­ġa jiġġieldu għax hu­ma territorjali ħafna. Dawn it-tip ta’ hamsters huma twal bejn għaxra u 12-il centimetru.

Il-hamsters jistgħu jgħixu sa tliet snin.






Ghaliex hamster jista' jkun ideali ghalik

Il-hamsters huma pets ideali għal kull min jaħdem jew imur l-iskola matul il-ġurnata, għax huma l-aktar attivi mis-7.00 p.m. ’il quddiem. Il-hamsters ma tantx iqumu flus, ma tantx iħammġu u jistgħu jkunu pets ideali ħafna għal kull min ma jistax iżomm pets kbar.

Dawn it-tip ta’ pets isiru mansi ħafna wara xi żmien jekk tieħu ħsiebhom sew. Biex iżżomm hamster trid tagħti s-sehem tiegħek ukoll, għax trid tieħu ħsiebu billi tipprovdilu gaġġa addattata, dieta tajba u ħajja feliċi. Tiskanta kif pet żgħir daqshekk isir mans ma’ sidu tant li saħansitra jkun jista’ jirrikonoxxi ismu meta jgħajjatlu.

Li jkollok hamster bħala pet, jagħmillek ħajtek aktar vivaċi u sabiħa!



Ktieb mahrug minn Hamster-Club Malta

Fl-aħħar ta’ Mejju 2009 Hamster-Club se joħroġ fis-suq ktieb dwar il-hamsters li jismu “Hamster-Club Guide Book”. Dan il-ktieb huwa ideali għal kull min għandu xi hamster bħala pet. Jipprovdi diversi rimedji naturali għal min ikollu hamster ma jiflaħx u ma jkunx jista’ jieħdu għand vet li jispeċjalizza fuq dan it-tip ta’ pets.

Dan il-ktieb se jinbiegħ għall-prezz ta’ €4.99 u jista’ jinxtara ‘online’ mill-aħħar ta’ Mejju 2009 mis-sit TheHamsterBook.com jew minn ħwienet tal-annimali u tal-kotba. Tista’ tagħmel l-ordni tiegħek għal dan il-ktieb minn qabel billi tibgħat imejl lil nadia@hamster-club.com.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.