www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Viżjoni Laburista għal Ewropa soċjali
minn Claudette Abela Baldacchino, Kandidata Laburista ghall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew

It-tema li biha l-Partit tas-Soċjalisti Ewropej qiegħed jersaq quddiem il-popli Ewropej għall-elezzjonijiet ta’ Ġunju li ġej hija “In-Nies l-Ewwel”. Għalija din hija tema fundamentali għax nemmen li dejjem u qabel kollox irridu npoġġu lin-nies l-ewwel f’kull aspett tal-ħajja. F’ħidmieti dejjem sħaqt li huma l-persuni li jridu jkunu fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna, u huwa proprju għalhekk li kburija li dejjem żammejt kuntatt ħaj u dirett mal-poplu.

Il-verità hi li għalina fil-Partit Laburista din hija linja ta’ ħsieb li ilna nħaddnu sa mit-twaqqif tagħna. Għalina l-Laburisti, in-nies dejjem ġew l-ewwel, bil-fatti u mhux bil-paroli. Il-missjoni tagħna sa mill-ewwel snin dejjem kienet dik li f’kull ħin naħdmu biex intejbu l-qagħda soċjali tan-nies. Fundamentali f’dan kollu hija l-fehma soda tagħna li ma tistax tifred l-aspett soċjali minn dak ekonomiku. L-ekono­mija u l-qasam soċjali huma ż-żewġ uċuh tal-istess munita.

Il-fatti jixhdu li kien biss bi sforzi politiċi kbar min-naħa tal-Partit Laburista li l-ħaddiema bdew igawdu minn kundizzjonijiet ta’ għixien aħjar.

Kellhom ikunu Gvernijiet Laburisti ta’ Pawlu Boffa u warajh ta’ Duminku Mintoff li nisġu dik ix-xibka ta’ benefiċċji soċjali li għadhom magħna sallum. Kellhom ikunu Gvernijiet Laburisti li intro­duċew f’pajjiżna kunċetti bħall-Paga Minima Nazzjonali u l-edukazzjoni obbligatorja għal kulħadd, kunċetti li grazzi għalihom l-ħaddiema u l-familji tagħhom bdew bil-mod il-mod jgħollu rashom mill-jasar tal-faqar u tal-injoranza.

Nemmen bi sħiħ li l-krizi ekonomika dinjija li qegħdin niffaċċjaw llum ma tis­tax – u m’għandhiex - tiġi megħluba billi nippermettu li jitnaqqru d-drittijiet tal-ħaddiema. Huwa prinċipju fundamentali li fuqu aħna fil-Partit Laburista nfasslu l-ħidma tagħna li l-ekonomija qiegħda hemm għas-servizz tal-persuni, u mhux il-persuni għas-servizz tal-ekono­mija. Huwa ghalhekk li ma nista’ qatt naqbel ma dawk li jħarsu lejn is-suq ħieles bħala s-soluzzjoni ta’ kollox.

Insostni li dak li qegħdin nesperjenzaw illum huwa xiehda tal-perikli kbar li s-soċjetà tagħna tgħaddi minnu meta nafdaw kollox fil-liġi tal-ġungla li tirrenja f’sitwazzjoni ta’ suq mingħajr regoli.

Huwa anke għalhekk li nemmen li l-aspirazzjoni tagħna għas-snin li ġejjin għandha tkun dik li nkunu b’saħħitna fl-Ewropa. Nemmen li bħala poplu aħna jixraqilna l-aħjar. Nemmen li l-Maltin u l-Għawdxin m’għandhom xejn inqas minn popli oħrajn Ewropej.

Għalhekk ninsab impenjata biex, flimkien ma’ sħabi s-Soċjalisti Ewropej mill-Parlament Ewropew, naħdem ħalli jiġu introdotti dawk ir-regoli u miżuri leġislattivi ġodda intiżi biex verament jagħmlu mill-Unjoni Ewropea, Ewropa soċjali fejn il-ħaddiema u l-familji tagħhom ikunu jistgħu jibnu l-futur tagħhom b’ottimiżmu u dinjità.

claudetteabelabaldacchino.eu

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.