“L-ewwel ma tiekol hi l-għajn”. Hekk jgħid il-Malti u dan spikka sew ilbieraħ hekk kif mijiet ta’ nies ma qagħdux jaħsbuha darbtejn biex imlew il-basktijiet tagħhom b’kontenituri mimlija frawli mixtrija minn “Festa Frawli”, li saret fl-Imġarr.
Bi frawli mdaqqsa u li fl-għajn tidher isbaħ minn dik li tara fuq l-istampi, ma setax jonqos li jkunu ħafna dawk in-nies li ġġennu għaliha u għat-togħma ħelwa tagħha.
F’Festa Frawli fl-Imġarr kien hemm diversi attrazzjonijiet, fosthom mużika folkloristika u għadd kbir ta’ prodotti u riċetti magħmulin mill-frawli.
|