www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

Ħtieġa ta’ riformi għall-protezzjoni
tal-għaqdiet tal-ħaddiema


Claudette Abela Baldac­chino qalet li bħala kandidata Labu­rista għall-Parlament Ewropew ma tistax ma tes­primix is-sen²ti²ment li dak li qiegħed iseħħ fil-kamp indus­trijali huwa tassew inkwe­tanti u jimmerita atten­zjoni urġenti minn dawk kollha li jistgħu jagħtu sehemhom biex l-affari­jiet jirritornaw lura għan-normal.

Il-fatt li l-liġijiet Maltin jagħ­tu poteri diskrezzjonali kbar lid-Direttur tal-Impjiegi u r-Relaz­zjonijiet Industrijali, par­tiko­larment f’materji ta’ deter­mi­nazzjoni ta’ liema unjin tgawdi l-appoġġ tal-maġġo­ranza tal-ħaddiema f’post tax-xogħol, ċertament mhumiex adekwati għaż-żminijiet tal-lum.

Claudette Abela Baldacchi­no qalet li l-proċess li adotta d-Direttur tal-Impjiegi fil-kwist­joni tal-ħaddiema tax-Xatt li minflok ma uża għodda leġit­timi u trasparenti bħalma hija votazzjoni sigrieta bejn il-ħad­diema taħt dawk ir-regoli u prassi stabbiliti, għażel li jibgħat għal ħaddiema wieħed wieħed u jistaqsihom perso­nalment liema unjin kienu jidentifikaw rwieħhom magħ­hom, iqajjem ħafna mistoq­sijiet.

“Ma nistax ma nistaqsix dwar il-motivazzjoni tad-Di­rettur li jagħżel dan il-metodu li fl-agħar ipotesi jista’ jiġi meqjus bħala intimida­torju, u ċertament li mhux trasparenti u ekwu,” saħqet il-kandidata Laburista.

Agħar minn hekk, hija qalet, jidher li kien hemm min rikeb fuq din il-kwistjoni bejn żewġ għaqdiet tal-ħaddiema biex għall-interessi tiegħu jipprova jġib lill-għaqdiet tal-ħaddiema għarkupptejhom. “Il-mandat ta’ €1 miljun ewro maħruġ kontra l-GWU m’għandux jitqies biss bħala theddida serja fuq l-operat tal-GWU u l-membri tagħha.”

Dan għax il-konsegwenzi tiegħu jistgħu iħallu effett permanenti fuq il-mod li bih jitmexxew ir-relazzjonjijiet industrijali f’pajjiżna. Il-preċe­dent li qiegħed jinħoloq huwa tali li jekk jitħalla għaddej qisu mhu xejn ikun ifisser li se jiġi pperikolat id-dritt tal-azzjonjijiet industrijali li dejjem kien l-aħħar tarka tal-ħaddiem biex jidde­fendi l-interessi tiegħu.

“Huwa preċiżament għal­hekk li nieħu din l-opportunità biex filwaqt li nuri solidar­jetà sħiħa mal-Gen²er²al Work²ers’ Union u l-ħaddiema mem­bri tagħha f’dan il-mu­ment diffiċli u nagħmel appell sin­ċier lill-partijiet kollha, inkluż il-Gvern, biex min­għajr aktar dewmien tinstab soluzzjoni ekwa għal din it-tilwima,” qalet Claudette Abela Baldac­chino.

Fl-istess waqt appellat biex mingħajr dewmien jitressaq ‘il quddiem pakkett ta’ riformi leġislattivi sabiex jagħtu aktar protezzjoni lill-għaqdiet tal-ħaddiema fil-ħidma tagħhom, inkluż permezz ta’ projbizzjoni li jinħarġu mandati bħal dawk li preżentement ġew imdendla fuq ras il-GWU.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  Kuntratt mill-Gvern għal Żaren Vassallo u Alex Tranter:
MILJUN IEĦOR!
·  ‘Hold-up’: “Daħal għalija u għal ibni ta’ sitt snin b’sikkina”
·  Il-prezzijiet ta’ ċerti mediċini:
Roħs li ma jserraħx l-imħuħ
·  Jorħos il-petrol b’2ċ wara li għola l-gass b’30ċ
·  Jieħdu n-nar ‘tyres’ fil-Badger Karting
·  Ikomplu l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:
Żewġ ħaddiema gravi
·  Iż-żewġ żgħażagħ li nqabdu jisirqu mill-MCAST
ta’ Kordin mill-għassies jitressqu l-Qorti
·  Mixlija b’attentat ta’ frodi ta’ flus permezz ta’ theddid
·  Waqt laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ:
Diskussa l-ittra formali tal-UE
·  Jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib:
L-FKNK twissi lill-membri biex josservaw il-liġi
·  Tkompli l-ħidma fuq l-emblema ġdida tal-PL
·  Il-kumpanija GO tirreġistra profitt
·  31 twissija dwar prodotti perikolużi f’sentejn u nofs
·  Vodafone Malta Foundation:
Stazzjon tat-temp għall-Ġgantija


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.