www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Reati u reliġjon
minn Lorna Vassallo

Meta l-liġi ċivili u r-reliġjon jiltaqgħu f’salib it-toroq, is-sitwazzjoni hija waħda pjuttost griża minflok bajda jew sewda. Bħala pajjiż li għandna t-twemmin uffiċjali mnaqqax fil-kostituzzjoni, wieħed jistenna wkoll li r-reliġjon u l-morali pubblika jimxu id f’id. Iktar minn hekk wieħed jistenna ukoll li l-morali pubblika u dik individwali jkunu wkoll f’sintonija.

Min-naħa l-oħra Malta rħielna nippoppaw sidirna li aħna pajjiż demokratiku fejn il-libertà tal-espressjoni tipprevali fuq kollox. Irridu nagħmluha xi kultant tar-radikali iktar mill-pajjiżi protestanti, mentri min-naħa l-oħra kważi kważi nixtiequ li l-Papa jiġi joqgħod Malta.

Jista’ jkun li Malta hija l-aħjar eżempju ta’ pajjiż fejn insibu l-eqreb nisġa tas-sekularità mar-reliġjożità. Min- naħa l-waħda forsi n-nies ċivili ma jindunawx kemm ir-reliġjon Kattolika hija parti importanti mill-kultura u l-mentalità tal-pajjiż li żammitna fil-wiċċ sa fl-agħar żminijiet. Min-naħa l-oħra, forsi l-Knisja stess ma tirrealizzax kemm is-sekularità tal-festi żammithom dejjem popolari u żammet il-parteċipazzjoni tal-poplu dejjem numeruża.

Huma proprju żewġ qawwiet opposti u fl-istess ħin kumplimentari. U fost il-festi kollha reliġjużi huwa proprju l-Karnival li ħafna drabi tintesa l-vera tifsira tiegħu. Għalkemm huwa festa ta’ xalar, huwa proprju wkoll il-preludju tar-Randan li twassal għall-isbaħ festa għall-Insara.

Personalment kienet darba biss li attendejt għall-Karnival tan-Nadur. Għalkemm jibqa’ dejjem karnival interessanti, ħassejtni kemmxejn skomda.

Li ġara differenti din id-darba kien li kien proprju Kristu li ġie imitat.

Wasal iż-żmien biex f’dan il-pajjiż niddeċiedu eżatt x’inhuma l-morali tagħna. Spiċċajna pajjiż b’rata allarmanti ta’ teħid ta’ droga, b’rata allarmanti ta’ tfajliet tqal u b’rata allarmanti ta’ prostituzzjoni ġejja minn barra minn Malta. Pajjiż li minn ftit żmien ilu ‘l hawn imtela b’semibriedel ta’ żeffiena tfajliet nofshom għarwenin li fuq il-bieb ta’ barra għandhom espliċitament miktub ‘men’s club’ (bla ma ħadd ma jikkundanna d-disrispett totali lejn il-figura tal-mara u s-sessiżmu fl-istess isem tal-klabbs) u pajjiż mimli kaxxi tal-logħob. Gvern li fl-istess ħin li ma jaċċettax l-omosesswalità jaċċetta klabbs għal dan l-iskop u żgħażagħ jixorbu mill-fliexken tal-inbid fit-toroq.

Min-naħa l-oħra kemm il-Gvern kif ukoll l-awtoritajiet jgħidu li huma appostli fidili tar-reliġjon uffiċjali ta’ pajjiżna. Ma tagħtix tort sa barra kemm liż-żgħażagħ kif ukoll lill-pulizija nfushom biex jiddeċiedu eżatt meta se jipproċedu f’każ ta’ reati kontra s-sentiment reliġjuż jew meta se joqogħdu kwieti. Nemmen li qiegħed ikollna inkonsistenza totali fejn jidħlu reati ta’ dan it-tip. Dan il-każ huwa ferm simili għal dak li ġara bit-tressiq taż-żeffiena Russi l-Qorti u l-każ taċ-ċensura ta’ dramm dwar l- abort.

Min-naħa l-oħra ż-żgħażagħ tagħna qegħdin jaraw nies jinstigaw kontra r-reliġjon Nisranija li jitressqu l-Qorti, oħrajn li jitħallew għaddejjin qisu ma ġara xejn. Ma tagħtihomx tort ma jifhmux x’inhu aċċettat u x’mhux aċċettat f’dan il-pajjiż. Sirna Ewropej iktar mill-Olandiżi jew Kattoliċi iktar minn Ruma. Jidher li pajjiżna se jibqa’ bħalma dejjem kien enigma reliġjuża-politika bla tarf. U fejn jidħlu reati reliġjużi, fuq min taqa’ jsir sultan. Meta jew il-Gvern jew il-Knisja jew il-mezzi tax-xandir iniggżu l-pulizija, il-pulizija toqmos. Meta ma jiġri xejn minn dan, il-pulizija tiddeċiedi li ssolvi l-affari paċifikament. Nammetti li huwa wkoll sforz tan-nobbiltà li qiegħda timxi biha l-pulizija stess li qed iwassal biex kważi tispiċċa hi stess kompliċi tar-reati inkwistjoni sakemm tikkundannahom.

Fil-fehma tiegħi, għalhekk huwa tajjeb li kemm il-Knisja, kif ukoll il-Gvern u l-awtoritajiet ikkonċernati jispjegaw ruħhom apertament fuq reati bħal dawn. Dan biex min irid jikser il-liġi, ikun jaf li qed jiksirha u min ikun qed jiksirha jiġi mwiddeb qabel ikkundannat. Bħalma l-Arċisqof irregola l-festi tal-irħula hekk ukoll għandu jiġi rregolat il-Karnival. Dan biex ma jkunx hemm diskriminazzjoni indiretta fejn żewġ persuni għamlu l-istess ħaġa: wieħed tressaq u wieħed le. U fl-aħħar nett biex l-ebda persuni ma jintużaw mill-awtoritajiet biex jagħtu eżempju lil ħaddieħor u biex jippubbliċizzaw liġi li faċilment set- għet ġiet ippubbliċizzata mod ieħor.

U bħala konklużjoni xtaqt nagħlaq dan l-artiklu billi ngħid ukoll, li l-artikli tal-liġi f’dan is-sens huma vagi ħafna. F’Artiklu 163 r-reat jista’ jitwettaq bi kliem, ġesti, b’kitba, stampata jew le, bi stampi jew b’mezz ieħor viżibbli. Ta’ min jgħid ukoll li biex jeħel piena ta’ priġunerija m’hemmx bżonn “jirredikola” r-reliġjon Kattoli-ka. Anke jekk jirredikola “reliġjon oħra tollerata mil-liġi, jeħel…” iżda l-piena hija inqas! (xi ħaġa li tiddiskrimina bejn reliġjon u oħra!) Jista’ jkun li fi żmien bħalma qegħdin ngħixu llum, il-pieni wkoll għal dawn ir-reati huma kemmxejn ħorox, meta tqis li l-istess pieni ġeneralment jingħataw għal reati ferm ikreh.



Awgurju

Ma nistax fl-okkażjoni tal-ħatra ta’ President ġdid ta’ Malta ma nawgurax lil Dr George Abela l-ħidma t-taj- ba fil-kariga ġdida tiegħu. Nawguralu li minn pożizzjoni bħal dik jista’ jwettaq ħidma politika li tħalli l-impatt politiku mixtieq fuq l-andament tal-pajjiż.

Awguri Ġorġ!


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.