www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Kwistjoni ta’ kawża
minn Lorna Vassallo

Ftit wara li Dr Joseph Muscat sar Mexxej tal-Partit Laburista kont għamilt laqgħa miegħu. Fost affarijiet oħrajn kont kellimtu dwar kif il-PL jista’ jiddefendi ċ-ċittadin permezz ta’ kawżi fil-qrati fejn jiġbor nies inte­ressati flimkien biex jiġu salvagward­jati drittijiet li altrimenti jitħallew jinkisru bla ebda skruplu.

Huwa l-aktar għalhekk li ħadt pjaċir li fil-każ tal-ħlas ta’ VAT fuq reġistraz­zjoni ta’ ka­rozzi kien proprju dan il-pass li ttieħed bħala l-aħħar rimedju għall-ostinazzjoni tal-Gvern.

Nhar is-Sibt deher sewwa li ċ-ċitta­dini Maltin imdejqin b’mi­żuri tal-Gvern li qegħdin dejjem jiżdiedu aktar fin-numru. Deher ukoll li jekk jiġu offruti ħajt tal-kenn minn xi ħadd – hu min hu – allura lesti jirrikorru għall-wens.

Wara kollox ma rridux nin­sew li l-maġġoranza tal-Maltin illum il-ġurnata jifhmu l-ma­nu­vri politiċi, speċjalment, dawk ta’ qabel l-elezzjoni u m’għa­dhomx jibilgħu r-ross bil-labra. Ħafna Maltin qegħdin isi­ru dejjem iktar konxji mill-fatt li l-Gvern qiegħed litteralment jiġi ffinanzjat mit-taxxi żejda, multi, spejjeż u flejjes il-poplu b’xi mod jew ieħor li jibqgħu eternament f’idejn il-Gvern meta jkunu dovuti lilhom.

Meta jien kellimt lill-Mexxej Laburista dwar dan il-fatt deher mill-ewwel li interessa ruħu bil-kliem. U issa, għal darb’oħra qed nerġa’ nkellmu permezz ta’ dan l-artiklu, biex din l-inizjattiva li ħolqot preċedent jista’ jerġa’ jirrepeti ruħu għal diversi kwistjonijiet oħrajn.

Dan pereżempju jekk il-PL jsejjaħ nies li sofrew danni minħabba dewmien fil-kisi ta’ toroq, jew pereżempju nies li jistgħu jġibu provi li sofrew danni minħabba toroq li jgħaddu minnhom. Bil-wisq nibża’ li kieku kawżi bħal dawn kellhom isiru jammontaw għal eluf kbar ta’ liri, speċjalment meta wieħed jikkonsidra l-fatt li hemm min korra minħabba manutenzjoni ħażina jew sinjali skorretti ta’ toroq!

Iżda l-każ li kont issuġġerejt għal kawża jien, dak iż-żmien meta ltqajt mal-Mexxej tal-PL, kien differenti. Kien dak li jgħaqqad flimkien lil nies li tteħditilhom art per­mezz ta’ esproprijazzjoni. Għax huwa proprju hemmhekk li jidher li l-Gvern għandu jagħti miljuni ta’ liri liċ-ċittadin. Tiż­banka Malta? Almenu toħroġ il-verità… li dan il-Gvern ilu fallut… Iżda li qed iżomm fil-wiċċ grazzi għall-qalb tajba taċ-ċittadini tiegħu li dejjem jib­qghu jissapportuh.

Li jinfetħu kawżi kontra l-Gvern teoretikament wieħed ukoll ikun qed juża l-massimu tas-sistema ta’ ‘checks and balances’ li hija l-bażi li fuqha hija msejsa s-sistema demokra­tika ta’ pajjiżna – wirt ta’ sistema Ingliża li tixbah ukoll ħafna lil dik Franċiża tas-separazzjoni tal-poteri (‘separation of pow­ers’). Il-leġislattiv (li Malta jin­korpora ukoll l-Amministrat­tiv) ikun qed jiġi sottomess għal pilastru ieħor tad-demokrazija li hu l-ġudizzjarju (li hu total­ment independenti minnu).

Nisperaw li din l-ewwel kawża tal-Partit Laburista ma tkunx unika iżda tkun biss preċedent. Nisperaw li dak kollu li hu kwistjoni ta’ kawża u jkun tort tal-Gvern, jis­piċċa f’kawża! B’hekk iċ-ċitta­din jista’ jkun li kulħadd huwa ugwali fl-għajnejn tal-liġi.



www.lornavassallo.com

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.