www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Gensna: tkompli l-grajja
minn Lorna Vassallo

Ġensna ridtintellagħha jien. Iżda, għalkemm ma rnexxilix nipparteċipa fiha minn wara l-palk, jista’ jkun li kienet fortuna ferm iktar nipparteċipa minn fuq il-palk. Rock Opera li jista’ jkun li meta ttellgħet fit-tmeninijiet għalkemm kienu rawha 80,000 ruħ, daqstant ieħor baqa’ nies jiddispjaċihom li ma rawhiex.

U hekk hu li l-grupp għadu magħna, se jerġa’ jgħanina bl-istess kapulavur… mhux biss għall-ġenerazzjoni li diġà ratha iżda wkoll għall-ġenerazzjoni li qatt ma setgħet ratha.



Erba’ persuni...

It-talent ta’ Paul Abela huwa ndiskutibbli. In-noti huma mmortali. Noti magħrufa li mhux biss akkumpanjaw lis-seba’ l-izgħar stat fid-dinja jgħix iċ-ċelebrazzjoni tal-kisba tal-helsien, izda baqgħu jintirtu u jispiraw minn generazzjoni għall-ohra. Din id-darba n-noti ser jerggħu jinbidlu xi ftit... frott l-iżviluppi fl-istess mużika, teknoloġija, maturità tal-kompożitur, sorsi finanzjarji, u se jimirħu mhux biss fost iktar minn 45 strument differenti iżda wkoll fost madwar 200 leħen tal-kor u s-solisti. Għal Paul Abela l-esperiment b’dawn il-mezzi kollha se jkun l-ikbar rigal ta’ kultura mużikali li l-istess “Ġensna” fl-għabex tagħha nibtet fina l-Maltin. Se tkun ukoll waħda minn dawk l-okkażjonijiet rari fejn il-kompożitur se jkun ukoll il-maestro bil-bakketta f’idu flok fuq il-pjanu.

Iktar kemm tħares u tkisser il-versi ta’ Ray Mahoney iktar toħroġ is-sbuħija tagħhom. Kliem Malti, safi, minn xi waqtiet semitiku mdomm b’teknika poetika mpekkabbli. Ħsieb li jimxi f’armonija perfetta mal-mużika. Kliem li saħansitra dawk ta’ fuq il-palk iktar kemm se jaħsbu fit-tifsira vera tiegħu, iktar se jonqsilhom in-nifs sabiex ikantawh. Kliem li bekka ħafna… u se jbikki ħafna. Kliem li jixraqlu aktar foħrija milli qatt jista’ jfisser l-istess kliem.

Il-kontribut ta’ Joe Galea bħala producer u direttur huwa determinanti iktar u iktar issa, meta l-istess Joe Galea għandu wara dahru karriera ta’ esperjenza mhux biss ta’ organizzazzjoni, iżda wkoll teknika li se jużaha żgur mhux biss fil-palk, id-dawl u l-effetti, iżda wkoll fil-wirja permezz tal-‘big screen’ li se tkun qiegħda turi l-episodji mill-istorja ta’ pajjiżna matul il-mixja sal-Ħelsien. Żgur li Joe Galea se jkun ukoll strumentali fil-fasla tat-tifkira permezz tad-DVDs li se joħorġu għall-bejgħ mal-kunċert.

U fl-aħħar iżda mhux l-inqas l-għarfien u l-esperjenza ta’ artist matur li jisfida ż-żmien u li b’teknika moderna jerġa’ jfassal il-palk u dak kollu viżwali f’”Ġensna”. Mat-tlieta t’hawn fuq, pijunier ieħor, Anthony Degiovanni. Għal darb’oħra pijunier fl-arti ta’ l-effetti, tad-disinn, u ta’ dak kollu li jista’ jiġi kklassifikat bħala viżiv.



U l-ġrajja tkompli…

Opra antika li se tittellgħa llum? Le. Iżda opra xejn inqas minn eterna li se tittellgħa llum. Opra rock li rnexxielha tegħleb il-qawwa taż-żmien u tgħix dejjem ‘il fuq minnu. Opra li se tiġi kantata, iva, mill-kantanti oriġinali, iżda minn kor żagħżugħ. Kor li 90% minnu fiż-żmien meta “Ġensna” ittellgħet l-ewwel darba ma kinux imwielda. Mentri fil-verżjoni oriġinali l-kor kien jikkonsisti minn 15-il ruħ, il-kor li se jaffaċċja l-udjenza f’Dar il-Mediterran din id-darba se jaqbeż il-160 ruħ. Orkestra b’mużiċisti ta’ livell għoli li għaddew mill-għarbiel ta’ l-istess maestro u li se jiġu mħarrġa mill-istess kompożitur tal-mużika li se jdoqqu.

Jekk l-ebda attur ma jista’ jsir attur jekk ma jirreċtax Shakespeare u jekk l-ebda kantant ma jista’ jkun kantant jekk ma jkantax f’West-end, hekk ukoll f’Malta l-ebda kantant ma jista’ jaqla’ flusu jekk ma jkantax “It-Talba” jew partijiet minn “Ġensna”.

Wara kollox, ejja nammettu, li bħalma kieku jpoġġiha Ray Mahoney, hekk kif l-istess ġrajjietna u drawwietna, twemminna u surietna jagħtu identità hekk ukoll tagħtina identità’ l-mużika tagħna. U daqskemm din tagħtihielna l-għana, hekk ukoll tagħtihielna “Ġensna”. B’tislima lil dawn l-erbgħa li forsi ma napprezzawx biżżejjed għaliex huma wħud minna, iżda ukoll b’apprezzament mhux biss lejn dak li għamlu iżda lejn dak li se jagħmlu… dak li se jagħmlu li mhux biss se jkun jixbah lil dak li kien suċċess fl-imgħoddi iżda se joffrilna ukoll prodott aħjar sforz iktar riżorsi u iktar esperjenza... Tgħid fl-era tal-‘Eurovision’ kemm għadha popolari ‘Ġensna’?

Tgħid Paul, Ray, Joe u Tony għalkemm tul dawn is-snin ma daħlux f’darna b’’Ġensna’ daħlu permezz ta’ kanzunetti f’konkorsi lokali, programmi televiżivi u tar-radju, palkijiet u mezzi oħra, għadhom validi forsi f’dak li jista’ jkun ‘one-off’ ieħor tagħhom bħala grupp? Tgħid ‘Ġensna’ se terġa’ tikser ir-rekords? Nistennew u naraw għaliex ta’ ‘Ġensna’… il-ġrajja tkompli…



Ironiji

Huwa ironiku l-fatt li fil-verżjoni l-ġdida ta’ show li jintwera lit-turisti kuljum proprju fil-parti ta’ ta’ taħt ta’ Dar il-Mediterran – il-‘Malta Experience’ – u li ilha li bdiet tintwera biss xi sena ilu – huwa proprju l-Ħelsien li ma ġiex inkluż bħala avveniment importanti ta’ pajjiżna.

Jissemmew l-avvenimenti ta’ l-Indipendenza, ir-Repubblika kif ukoll is-Sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea iżda mhux il-Ħelsien… tajjeb li l-ġenerazzjonijiet tagħna jkunu daqshekk ingrati lejn dak li kisbu missirijiethom?


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.