www.l-orizzont.com  
It-Tnejn 8 ta' Frar 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

BOV Premier League:
Sliema W...3 Floriana...0
- Sliema W. jikkundannaw lil Floriana fir-Rel. Pool.....

BOV Premier League:
Msida SJ ...1 Birkirkara...2
- Birkirkara jdawru r-riżultat b’żewġ gowls f’żewġ minuti.....

UEFA Euro 2012:
Żewġ avversarji ġodda għal Malta.....

Schembri ma’ Ferencvaros.....

Il-15-il sena anniversarju mill-ftuħ tal-klabb fil-Mosta:
Alan Kennedy il-mistieden speċjali ta’ Liverpool SC - Malta.....

Tigrijiet taz-zwiemel:
Il-favorit Think Yatzee ma jfallix fl-aqwa finali.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

L-anzjani u d-dritt tax-xogħol
minn Michael Briguglio, Kelliem ghall-Izvilupp Socjali u Ekonomiku, Alternattiva Demokratika

Ftit tal-ġranet ilu Maria Brown u jien (li t-tnejn li aħna soċjologi) kellna artiklu akkademiku ppubblikat f’ġurnal akkademiku internazzjonali, is-“Societies Without Borders”. Dan l-artiklu huwa bbażat fuq riċerka soċjoloġika li għamlet Maria Brown għat-teżi tagħha fuq livell ta’ Masters, f’liema riċerka hija analizzat il-perċezzjonijiet ta’ ħaddiema anzjani bla xogħol li pparteċipaw fi skema partikolari tal-ETC. Xtaqt naqsam xi punti ta’ dan ix-xogħol, li jittratta ħaddiema anzjani Maltin f’kuntest Ewropew, mal-qarrejja ta’ l-orizzont.

Ir-riċerka tinvestiga l-perċezzjonijiet ta’ ħaddiema anzjani mingħajr xogħol, b’relazzjoni ma’ żvantaġġi fis-suq tax-xogħol u kemm għandhom tama li jsibu xogħol stabbli. Ir-riżultati ewlenin tar-riċerka juru li ammont sostanzjali ta’ ħaddiema f’Malta li għandhom ‘il fuq minn 40 sena huma suxxettibbli għall-pessimiżmu u jħossuhom żvantaġġjati li jsibu x-xogħol. Minoranza ta’ dawn il-ħaddiema qatgħu qalbhom f’dan ir-rigward, anke jekk qegħdin jirreġistraw.

Il-pessimiżmu huwa l-iktar komuni fost ħaddiema li għandhom livell baxx ħafna (primarju) jew għoli ħafna (terzjarju) ta’ edukazzjoni, fost dawk li ġejjin minn familji fejn hemm ħafna membri li jaqilgħu paga, u anke fost grupp partikolari tal-ħaddiema li pparteċipaw fi skema tal-ETC għall-ħaddie- ma anzjani li qegħdin jirreġistraw.

Dan juri li hemm fatturi varji li jeffettwaw il-perċezzjonijiet tal-ħaddiema, u għalhekk din tirrikjeda politika soċjali li filwaqt li għandha skop universali biex tilħaq lil kulħadd, għandha jkollha punti u skemi partikolari biex tilħaq il-bżonnijiet speċifiċi ta’ ħaddiema differenti.

Ta’ min jgħid ukoll li politika soċjali li tqis lill-ħaddiema anzjani bħala “żejda” żgur li ma tikkontribwixxix għal perċezzjonijiet iktar ottimisti. F’dan ir-rigward biżżejjed wieħed isemmi l-iskemi ta’ rtitar kmieni li introduċa l-Gvern f’kumpaniji pubbliċi varji, bħall-Maltapost, eks-Maltacom, u t-Tarzna.

Filwaqt li huwa aħjar li ħaddiema jiġu kkumpensati milli jitilfu xogħolhom, min-naħa l-oħra hemm bżonn ta’ politika li tqis lil dawn il-ħaddiema bħala protagonisti ewlenin fl-ekonomija Maltija, speċjalment meta Malta għandha r-rata l-iktar baxxa ta’ ħaddiema anzjani li jaħdmu fl-Unjoni Ewropea.

Għalhekk, il-ġlieda għal xogħol produttiv tirrikjedi rappreżentazzjoni wiesgħa tal-unjins tal-ħaddiema kif ukoll alleanzi aktar wiesgħa li permezz tagħhom l-għajta għax-xogħol tista’ tkun iktar effettiva.

Meta ftit tax-xhur ilu, il-General Workers’ Union kienet qiegħda titkellem f’isem il-ħaddiema tat-Tarzna, b’xi mod jew ieħor kellha xi forma ta’ appoġġ minn sorsi varji tas-soċjetà, inkluż il-Partit Laburista, l-Alternattiva Demokratika, Żminijietna – Leħen ix-Xellug, il-Moviment Graffitti, u saħansitra l-Knisja Kattolika li appellat għal soluzzjoni ġusta. Barra minn hekk, l-Alternattiva Demokratika tellgħet il-każ għand il-Kummissjoni Ewropea.

Din il-pressjoni, kif ukoll l-istrateġiji żbaljati tal-Gvern li għall-ewwel aġixxa ta’ ‘bully’ mal-ħaddiema, għenet biex il-Gvern jinnegozja pakkett iktar ġeneruż mal-General Workers’ Union. Iżda dan kollu sar fil-limitazzjonijiet tal-politika permessa mill-Unjoni Ewropea.

F’dan ir-rigward, il-ħaddiema tat-Tarzna kienu suġġetti għal perċezzjonijiet differenti. Kien hemm min qieshom bħala “żejda”. Oħrajn tkellmu dwarhom bħala grupp li jeħtieġ il-protezzjoni soċjali. U oħrajn tkellmu dwarhom bħala grupp li jeħtieġ ix-xogħol bi dritt.

F’dawn iż-żminijiet ta’ politika neo-liberali bbażata fuq privatizzazzjoni, tnaqqis ta’ ħaddiema u kompetittività, l-għajta għall-ugwaljanza tibqa’ waħda valida. Ix-xogħol produttiv huwa importanti mhux biss għall-ħaddiema, iżda għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku. Għalhekk, huwa kruċjali li l-unjins tal-ħaddiema jaħdmu id f’id ma’ movimenti soċjali bħall-partiti u għaqdiet non-governattivi bil-għan li jkun hemm mudell soċjali iktar b’saħħtu fuq livelli nazzjonali, Ewropej u globali.

L-artiklu “Discouragement Amongst Ageing Workers in Malta within an EU Context” jinstab fil-ġurnal “Societies Without Borders”, Volum 4, Numru 1, 2009, http://brill.publisher.ingentaconnect.com/content/brill/swb

www.alternattiva.org.mt

www.michaelbriguglio.com


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Faqar
·  Wara l-prosit l-ajma
·  Dun Mikiel Azzopardi
1910 – 10 ta’ Frar – 2010


IT-TEMP - 8/2/2010
Rapport tat-Temp:  Ftit imsahhab b'waqtiet sbieh jew xemxin
Viżibilit:  Tajba
Temperatura: 
L-ogħla: 15°C
L-inqas: 09°C

Indiċi UV:  2
Riħ:  Ftit qawwi ghal qawwi mill-Majjistral li jsir moderat mill-Punent sa filghaxija
Baħar:  Qawwi li jsir moderat ghal ftit qawwi
Temperatura tal-baħar:  16°C
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.