www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

ŻBILANĊ:
Wasal iż-żmien li jitwal il-ħin tal-iskola u
l-mara tad-dar tiġi kkumpensata?
minn Victor Vella

“Ħloqna ġenn sħiħ. Żarmajna t-‘tuck shops’ tal-iskejjel bl-iskuża tal-ikel taj­jeb għas-saħħa. Tfal iqumu ferm aktar kmieni biex imorru l-iskola f’familji fejn il-ġenituri jaħdmu it-tnejn u qegħ­din jintbagħtu l-iskola bla ikel. Flok ikel x’jieklu qegħdin ikollhom €5 fil-but biex jixtru li jridu. Kellna anke kampanja immorali tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) dwar ċentri li jżommu lit-tfal sa tliet snin.”

Dawn kienu uħud mill-kummenti ta’ Mon­­sinjur Anton Gouder, waqt seminar intitolat “Ix-xogħol u l-familja: qsim ta’ responsabbilitajiet” organizzat mill-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol.

Fl-attività spikkaw ukoll il-kummenti ta’ Maria Camilleri, Kap tal-Iskola Musulmana f’Malta u kandidata għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista, li saħqet li hawn tfal li meta jmorru d-dar mill-iskola ma jsibu lil ħadd mill-ġenituri għax dawn ikunu xogħol u staqsiet x’qed jiġri mit-tfal f’dan il-ħin. Hi enfasizzat ukoll li ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn is-sitwazzjoni b'mod tradizzjonali u saħqet fuq il-bżonn li l-ħinijiet ta’ l-iskejjel jitwalu kif ġara f’pajjiżi oħra. Min-naħa tiegħu Fr. Charles Tabone mill-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol, enfasizza kif il-paga minima f’Malta hi povertà għax biha bil-kemm tista’ tgħix.

Is-seminar ingħalaq b’inter­vent qasir minn Mons Arċisqof, Pawl Cremona, li qal li l-Knisja Kattolika illum ma tistax titħalla waħidha biex twassal il-messaġġ fuq il-familja u għalhekk ħeġġeġ lil dawk preżenti biex iwasslu l-messaġġ fuq it-tisħiħ tal-familja. Qal li waqt li qabel il-membri tal-familja kien ikollhom żewġ impjiegi – jiġifieri x-xogħol tar-raġel u x-xogħol tad-dar illum għandhom tlieta, ix-xogħol tar-raġel, ix-xogħol tal-mara u x-xogħol tad-dar li jrid jinqasam. Staqsa kemm verament hi libera l-għażla li l-mara toħroġ taħdem u jekk forsi wasalx iż-żmien li l-mara tad-dar tkun ik­kum­pensata mill-Gvern għax-xo­għol li tagħmel. Spjega li għandu jingħad li x-xogħol tad-dar jagħti ukoll il-kontribut tiegħu.

“Meta konna qed insemmu li n-numru tan-nisa Maltin li jaħdmu hu ta’ 37%. Dan ifisser li għandek 63% li ddeċidew li jibqgħu d-dar u ma nistgħux, jekk qed nitkellmu fuq familja u x-xogħol, u r-relaz­zjo­nijiet bejniethom, ma niftakrux f’dawn it-63%, qishom ma jeżistux. Allura rridu ngħidu: l-għażla li qed issir – li hi għażla libera u jien ma nindaħalx fiha. Vera qed tkun libera meta ħadd mhu qed jaħseb f’persuna li l-ewwel kellha forsi karriera, xogħol li b’sagrifiċċju kbir kellha tħallih għax hekk iddeċidiet? Imma allura m’għandniex nagħrfu li anke dak hu kontribut li qed tagħti dik il-mara? Jiġifieri jekk inti tibqa’ tieħu ħsieb il-familja, inti mhu se jkollok ebda rimunerazzjoni, jekk int sejra taħdem se jkollok dawk il-flus. Inpoġġuha bħala mistoqsija. Din kien qalha l-Papa Ġwanni Pawlu II, forsi nirriflettu fuqha,” qal Mons Arċisqof.

Maria Camilleri spjegat li llum iż-żewġ ġenituri qegħdin joħorġu jaħdmu u staqsiet x’inhu s-sehem ta’ l-istat quddiem din il-problema. Tenniet li hawn tfal li wara li tispiċċa l-iskola qed imorru id-dar iżda hemmhekk ma jsibu lill-ebda ġenitur għax ikunu għadhom ix-xogħol. Staqsiet dan x’effett qed ikollu fuq dawn l-istess tfal. Tkellem fuq iż-żieda tad-delinkwenza fost it-tfal, problemi ta’ tfal u dak li qegħdin jaraw mill-mezzi tal-medja. Qalet li l-Istat jista’ jaħdem fuq dawn il-kwistjonijiet u dan billi ma nibqgħux inħarsu lejn ċerti affarijiet b’mod tradiz­zjonali. Spjegat l-importanza li jiżdiedu l-ħinijiet ta’ l-iskejjel kif ġara f’pajjiżi oħra.

Min-naħa tiegħu, Fr Charles Tabone mill-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol saħaq li minn studju li għamlu ikkon­kludew li l-paga minima hi povertà għax hi diffiċli biex tgħix sew b’din il-paga.

victorvella2002@yahoo.com


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  Kuntratt mill-Gvern għal Żaren Vassallo u Alex Tranter:
MILJUN IEĦOR!
·  ‘Hold-up’: “Daħal għalija u għal ibni ta’ sitt snin b’sikkina”
·  Il-prezzijiet ta’ ċerti mediċini:
Roħs li ma jserraħx l-imħuħ
·  Jorħos il-petrol b’2ċ wara li għola l-gass b’30ċ
·  Jieħdu n-nar ‘tyres’ fil-Badger Karting
·  Ikomplu l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:
Żewġ ħaddiema gravi
·  Iż-żewġ żgħażagħ li nqabdu jisirqu mill-MCAST
ta’ Kordin mill-għassies jitressqu l-Qorti
·  Mixlija b’attentat ta’ frodi ta’ flus permezz ta’ theddid
·  Waqt laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ:
Diskussa l-ittra formali tal-UE
·  Jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib:
L-FKNK twissi lill-membri biex josservaw il-liġi
·  Tkompli l-ħidma fuq l-emblema ġdida tal-PL
·  Il-kumpanija GO tirreġistra profitt
·  31 twissija dwar prodotti perikolużi f’sentejn u nofs
·  Vodafone Malta Foundation:
Stazzjon tat-temp għall-Ġgantija


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.