www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Il-waqgha tas-suq hieles
minn Lorna Vassallo

Il-waqgĦa tal-Komuniżmu kienet waħda evidenti ħafna u waħda friska ta’ ħafna minna. Kellu jkun propju 20 sena wara – fl-2009 – li sseħħ il-waqgħa tas-suq ħieles. U bħalma jiġri dejjem, fil-kultura tal-Punent, ix-xita tagħmel biss fil-Lvant… ħadd mhu qed jitkellem fuq il-waqgħa tas-suq ħieles jew tal-Kapitaliżmu. Insejħulha riċessjoni jew kriżi finanzjarja iżda qatt xi waqgħa politika. Id-damma tal-kliem tgħinna ukoll biex tnibbet fina dak il-‘feel good factor’ donnu dak li huwa tal-Punent huwa invinċibbli u qatt fallibbli.

Iżda ngħidulha x’ngħidulha din il-kriżi ekonomika, finanzjarja jew politika li għaddejjin minnha l-iktar pajjiżi sinjuri fid-dinja turina kemm hi fil-fatt fraġli r-rabta vera li teżisti bejn Kapitaliżmu u Soċjaliżmu. U dan jiġifieri d-dipendenza tal-privat mad-dipendenza fuq l-istat. Jista’ jkun li (għal darb’ oħra) nammettu li qegħdin ngħixu fi żminijiet li mhumiex ħlief bgħula kemm tal-lemin kif ukoll tax-xellug. Però sforz tal-libsa ta’ fenomenu ieħor li jismu moderniżmu qegħdin nipprovaw wisq nilbsu l-libsa taċ-ċentriżmu.

Lokalment għajjejna minn għexieren ta’ snin ta’ kapitaliżmu. Bħalissa konna wasalna biex nikkommettu ruħna għall-Kapitaliżmu estrem. Donna li wasalna veru fix-xifer biex niddikjaraw ruħna ta’ Kapitalisti aktar mill-Amerika.

Problema waħda ġratilna fl-istorja tal-għażiż pajjiżna! Li eżatt malli konna qegħdin indoqqu t-trombi tat-trijonf tal-Kapitaliżmu fost oħrajn billi nbiegħu l-portijiet, il-lotteriji, t-tarzna, il-produzzjoni tal-enerġija, it-telefonija, id-distribuzzjoni tal-gass, il-posta u t-tbaħħir… hekk hu… fil-pajjiż-kontinent-idolu Amerikan l-istat jibda joħroġ l-imzuz tal-liri ta’ għajnuna li tnisslu mit-teoriji kollha għajr dik Kapitalista. L-istess jibdew jagħmlu l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Eżatt wara kor sħiħ l-isem ta’ “le għas-sussidji” rmunkajna fl-iskoll ta’ bżonn imminenti ta’ intervenzjoni mill-Istat.

Jista’ jkun li bħala pajjiż (ovvjament li jimxi skont l-arloġġ Malti), billi konna għadna xi 20 sena lura, meta wasalna biex nilħqu l-quċċata spiċċajna biex rajna lil ħaddieħor jaqa’ minnha… u jista’ jkun li wasal iż-żmien li nibdew nirtiraw lura aħna bla ma nikkommettu ruħna daqs dawk ta’ qabilna.

Fi kliem ieħor, jista’ jkun li wasal iż-żmien li l-Gvern Malti jrażżan xi ftit mill-kilba żejda għall-privatizzazzjoni, għax mentri jidher li fl-istorja li jmiss wasalna għall-ħolqa tal-privatizzazzjoni, globalment diġà qegħdin inħossu d-diżastru li ġġib warajha. U għalhekk, jista’ jkun li bħala pajjiż, jiġrilna bħall-fenek u l-fekruna. Billi aħna mxejna aktar bil-mod jista’ jkun li nispiċċaw fl-aħħar ingawdu iktar.

Is-suġġeriment huwa wieħed – jekk għad baqa’ xi servizzi li jaqgħu taħt il-Gvern, forsi ta’ min wieħed jaħsibha darbtejn li jibqa’ jipprivatizza. Wara kollox deher ċar f’dawn l-aħħar xhur li meta jfalli l-privat xorta jispiċċa jagħmel tajjeb l-istat. U huwa biss l-istat li se jkun it-tarka vera fl-aħħar mill-aħħar. L-istat li jopera skont ir-riżorsi li għandu li fil-biċċa l-kbira jġibhom mit-taxxi tal-poplu.

Demo-Kristjaneżmu, Progressiviżmu u Soċjaliżmu wara kollox huma kollha naħat tal-istess munita. Iżda f’dawn iż-żminijiet ta’ kriżi, għal darb’oħra, ironikament, qiegħda terġa’ tiddi ħafna iktar in-naħa tas-soċjaliżmu. L-istat sar l-umbrella ta’ kulħadd mentri l-kumpaniji privati, żgħar u kbar, qegħdin jitfarrku waħda waħda. Nisperaw biss li l-umbrella ta’ protezzjoni statali tkun biżżejjed biex toffri kenn għal kulħadd, għax wara kollox ma rridux ninsew li sal-lum għadna l-uniku stat fid-dinja li m’għandux nies jorqdu fit-toroq, anke sforz ta’ politika estrema Soċjalista tal-passat.



San Ġwann

Kienet proprju aħbar tajba li ħarġet il-ġimgħa li għaddiet li l-proġett ta’ San Ġwann twaqqaf – għal raġuni jew oħra. Huwa tajjeb li finalment, frott tal-isforzi kollettivi ta’ partiti politiċi, għaqdiet ambjentali u oħrajn kulturali, ir-raġuni rebħet fuq il-ħolm ta’ persuni individwali. Jalla San Ġwann idum ma jerġa’ jgħaddi minn burraxki bħal dawn, għax jidher li f’dan il-pajjiż ftit min-nies li japprezzaw l-inqas lill-pajjiż huma dawk li propju għandhom it-tmun tiegħu f’idejhom. Ad multos annos San Ġwann!


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.