www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

Inizjattiva għal proġetti fil-Belt u Ħondoq ir-Rummien
minn Corey Formosa

Id-Dipartiment tal-Arkitettura flimkien mal-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar, il-Kummissjoni Persuni b’Diżabilità, il-Kunsill Lokali tal-Qala u l-għaqda Ħarsien Ħondoq niedew attività fejn l-istudenti tal-arkitettura jagħmlu proġett fuq bażi ta’ gruppi fuq il-Belt Valletta jew fuq Ħondoq ir-Rummien skont l-għażla tagħhom.

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Arkitettura, il-Professur Dennis de Lucca, qal li mill-istudenti huwa mistenni li fil-proġetti tagħhom joħorġu b’argumenti u soluzzjonijiet dwar il-proġett propost f’Ħondoq ir-Rummien f’Għawdex u dwar kif Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta tista’ tkun aċċessibli għal persuni b’diżabilità. Dan iwassal biex il-ġenerazzjonijiet ta’ warajna jgawdu ambjent aħjar u min-naħa l-oħra jiskopru kif postijiet storiċi jkunu aċċessibli għal persuni b’diżabilità mingħajr ma ssirilhom ħsara strutturali.

Min-naħa tagħha Astrid Vella f’isem l-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar qalet li tinsab kuntenta ħafna li ġiet imnedija din l-inizjattiva, għax se tgħin lill-istudenti għal meta jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Iċ-Ċermen tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità Joe Camilleri qal li huwa importanti li f’dan il-kuntest isir emfasi li l-persuni b’diżabilità jinkludu ukoll lill-anzjani u lil nies mingħajr dawl fost l-oħrajn. Camilleri qal li f’Malta ma għandniex ambjent attrezzat għal persuni b’diżabilità biex dawn ikunu jistgħu jgawdu l-ħajja bħal ħaddieħor. Hu sostna li pajjiżi bħal Spanja ħadmu ħafna f’dan ir-rigward u għaldaqstant qiegħed jirnexxilhom jattiraw lejn pajjiżhom anzjani u persuni b’diżabilità.

Min-naħa tiegħu f’kumment li ta lil dan il-ġurnal, Pawlu Buttigieg f’isem Ħarsien Ħondoq qal li b’din l-inizjattiva “urejna lill-poplu Malti li għandna fiduċja fl-istudenti tal-arkitettura, u b’hekk nuru li dan il-post se jibqa’ jitgawda minn kulħadd”. Buttigieg sostna li l-proġetti tal-istudenti se jkunu għal wiri tal-pubbliku fl-iskola primarja tal-Qala.

L-istudenti li jirbħu t-titlu għall-aqwa proġett fis-suġġett rispettiv tagħhom se jingħataw is-somma ta’ €700.

cformosa@unionprint.com.mt


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  Kuntratt mill-Gvern għal Żaren Vassallo u Alex Tranter:
MILJUN IEĦOR!
·  ‘Hold-up’: “Daħal għalija u għal ibni ta’ sitt snin b’sikkina”
·  Il-prezzijiet ta’ ċerti mediċini:
Roħs li ma jserraħx l-imħuħ
·  Jorħos il-petrol b’2ċ wara li għola l-gass b’30ċ
·  Jieħdu n-nar ‘tyres’ fil-Badger Karting
·  Ikomplu l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:
Żewġ ħaddiema gravi
·  Iż-żewġ żgħażagħ li nqabdu jisirqu mill-MCAST
ta’ Kordin mill-għassies jitressqu l-Qorti
·  Mixlija b’attentat ta’ frodi ta’ flus permezz ta’ theddid
·  Waqt laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ:
Diskussa l-ittra formali tal-UE
·  Jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib:
L-FKNK twissi lill-membri biex josservaw il-liġi
·  Tkompli l-ħidma fuq l-emblema ġdida tal-PL
·  Il-kumpanija GO tirreġistra profitt
·  31 twissija dwar prodotti perikolużi f’sentejn u nofs
·  Vodafone Malta Foundation:
Stazzjon tat-temp għall-Ġgantija


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.