www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Ħarba tal-aħħar
minn Lorna Vassallo

Appik li jibdew l-ispe­Đku­laz­zjo­nijiet dwar Đkif se titħawwar fl-aħħar il-borma tal-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew. Iżda, lil min tafu tistaqsix għalih. Bħalissa, għalkemm jidher li l-Partit Laburista għażel il-kandidati kollha li se jippreżenta u l-lista hija de­finita, il-Partit Naz­zjonalista għadu jgħum f’baħar ta’ dik li – minn barra – tis­ta’ tidher bħala “inċertezza”. Iżda... lil min tafu tistaqsix għa­lih, u l-ġurnata minn filgħodu turik.

Il-mod kif aġixxa l-Prim Minis­tru fl-Elez­zjo­ni Ġenerali 2008 kien ta’ żmien twil ta’ raqda (finta) fejn minn taħt kienet issir tħejjija tal-pożizzjonijiet kollha li se jittieħdu mill-awturi ta’ ċerta ħidma kunċertata, u konċen­trata fl-aħħar tliet xhur. Kien qiegħed jistenna lil ħaddieħor jikxef il-karti kollha tiegħu u jagħti l-impressjoni li hu mhux imħejji, meta fil-fatt kien imħejji. L-istrateġija kienet waħda ta’ plejer li jagħmel logħba sħiħa kalm, jilgħabha tal-baħnan, josserva lil sħabu l-ple­je­rs l-oħrajn fuq l-istess ħaxix ta’ fejn qiegħed jilgħab, im­ba­għad dlonk jagħmel l-aħħar ħarba meta kulħadd ikun għaj­jien... u speċjalment meta r-rivali tiegħu jkunu aċċertaw ruħhom minn rebħa.

Nemmen li hekk se jerġa’ jaġixxi l-Prim Ministru Gonzi fl-Elezzjoni tal-Parlament Ewro­pew li jmiss. L-ewwel karti li se joħroġ jistgħu jkunu sem­pli­ċe­ment (b’kull rispett lejn kull kan­di­dat/a li se j/tikkontesta) tat­ti­ka ta’ dis­trazzjoni. Mod kif jeh­da l-poplu u jilludih. Iżda forsi l-elet­torat qajla jintebaħ, xi kul­tant, li l-kandidati li jkunu ap­poġ­ġjati mill-magna tal-partit rari jkunu dawk li jkunu ilhom kan­­didati għal darbtejn tlieta. Il-kan­didati li l-partit ikun qiegħed jappoġġja huma pjut­tost dawk li l-midja tal-partit tkun qiegħda tgħolli naqra naqra fuq pedestall, ħafna drabi min­għajr ma jkunu kandidati, biex fl-aħ­ħar tippre­żentahom lill-pub­bli­ku bħala l-eroj tal-familja tagħha.

Mill-Prim Ministru wieħed ma jistax ħlief jistenna dan. Forsi hija hawnhekk l-impor­tanza tal-‘leak˛ag˛es’. Huwa propju tort tal-‘leak˛ag˛es’ li mexxej ta’ partit ikol­lu jbiddel l-istrateġija tiegħu ladarba s-sorpriża tiegħu ma tib­qax aktar sorpriża.

Jista’ jkun ukoll li f’din l-Elezzjoni, Gonzi jipprova jixtri r-rivali effettivi tiegħu b’irħis. Paga fi Brussell tgħammex l-għajnejn ta’ ħafna nies, u bir-raġun. Hemm nies li ġen­wi­na­ment, għal żmien twil, tħabtu b’ħilithom fil-kamp tagħhom, għall-prinċipji li emmnu fihom u bnew personalitŕ pubblika soda. Dawn se jkunu fil-mira tal-Prim Ministru Gonzi għall-elez­zjoni li jmiss, u iktar kemm op­ponewh fl-imgħoddi u fil-preżent, iktar jistgħu jkunu l-fa­vo­riti tiegħu. Il-Kap tal-Partit Naz­zjonalista jippreferi jeli­mina oppożizzjoni effettiva milli jaġevola lill-istess par­titarji tiegħu, kif diġŕ sostnejt f’artikli li ħarġu. L-istrateġija ta’ Gonzi tista’ taħdem għall-partit, għalkemm mhux għan-nies tiegħu. Il-gratitudni mqan­żħa li tista’ tinħoloq minn li l-ikbar għadu tiegħek joffrilek fuq platt paga tal-eluf ta’ ewro fi Brussels tista’ twassal li min opponieh bil-kbir, jagħlaq ħalqu.

Mhux faċli li dawn in-nies jibdew ifaħħruh iżda jista’ jkun li Gonzi qed jagħżlilhom pożizzjoni komda – pożizzjoni barra, mhux Mal˛ta. Ħalli jkunu ġustifikati jitkellmu dwar l-Unjoni biss u mhux dwar il-politika interna u fal­limentari ta’ Gvern Nazzjo­na­lista.

Kull ma jmur jidher iżda li l-bor­ma qiegħda titħawwad anke għal Gonzi. Jekk il-ħarba tal-aħħar se tinvolvi aktar u aktar nies bħal dawn – u dan insiru nafu mhux qabel il-bidu ta’ Ġunju – dan jista’ joħloq aktar skumditŕ bejn kan­didati ġenwini t’esperjenza li se jibqgħu jittewbu. Gonzi ma jridx jinsa ukoll li gej il-beraq proċedurali fil-Parlament, is-sħab ekonomiku msawwar min­nu stess u l-amminis­traz­zjoni/politiċi, li appunta.

Ma jridx jinsa ukoll li għal kull wiċċ li qed jagħti lill-opponenti tiegħu, qed idawwar dahru lejn id-dixxipli tiegħu. Għal kull “ħa­bib” ġdid li qed jagħmel jista’ jkun qiegħed jagħmel ukoll “għa­du” ġdid, u jekk tnaqqas wieħed u żżid ieħor tispiċċa b’xejn. Apparti li l-konverżjoni tal-għedewwa tista’ minnha nni­fisha tkun riskjuża.

Li noqogħdu, iżda, naħsbu li l-istorja tal-kandidati Naz­zjo­na­lis­ti spiċċat hawn, jew li waslet f’nofsha, huwa żball kbir. Li jitraħħsu r-rati tad-dawl u tal-ilma u tibda taqa’ l-manna fl-aħħar erbat ijiem tal-elezzjoni nafuha ukoll. Li l-istess manna tkunu qiegħda tkompli xxerred l-inġus­tiz­zja u d-diskri­mi­nazzjoni bħala arma partiġ­ġjana politika na­fu­ha ukoll.

Iżda skont l-arloġġ ta’ Gon­zi dak li xhur qabel l-Elez­zjo­ni jieħu x-xhur biex jis­saw­war u li jiddomina l-aħbarijiet sa­kemm idejjaq lit-tele­spet­taturi bħala distraz­zjoni, fl-aħħar jiem l-arloġġ jibda jdur b’ritmu mgħaġġel u miġnun, tant li kważi jħawwad lill-eletturi li jinqabdu fuq sieq waħda, mentri jfixkel ukoll lill-Oppo­żizzjoni.

Għalhekk għal dawn it-tliet xhur li ġejjin, mingħand ir-reġis­ta Gonzi se naraw biss il-‘preview’ ta’ kif se tkompli l-istorja. Imma kontra kull nor­ma, il-pre­lud­ju tiegħu iktar mil­li se jkun indikattiv ta’ x’se jiġ­ri fir-realtŕ, se jkun qarrieqi u jin­tuża biex jaħbi l-ġejjieni ħal­li l-ġejjieni mba­għad ifixkel. Għal dawk li jħob­bu l-istejjer twal jew l-ispeku­lazzjonijiet, id-dra˛ma poli­tika tal-mument tis­ta’ tinżel għa­sel. Iżda għal dawk li jħobbu storja konċiża ħaf­na, li fiha jiġru ħafna avve­ni­­menti ppakkjati f’qasir żmien, jaqblilhom jis­ten­new l-aħ­ħar żmien qabel l-elez­zjo­ni mil­­li jibdew isegwu minn issa, għax wara kollox, l-aħħar ħar­ba hija l-aħħar ħarba.

Ilma m’għadux ħiereġ

L-appelli li għamilt fil-ġim­għat li għaddew biex ilma tal-Gvern li kien ilu nieżel għal tliet ġimgħat f’Binġemma int­laq­għu. Milli jidher il-Ħamis li għad­d­a dan l-ilma twaqqaf.

Fil­­­waqt li kien verament ta’ so­dis­­faz­z­jon għalija li l-appelli tiegħi kienu effet­tivi nirrin­graz­­­­zja ukoll lil ċit­tadini res­pon­­sab­bli li jwas­slu­li infor­maz­­zjoni dwar sit­waz­zjo­nijiet bħal dawn.

Inħeġġeġ oħrajn bħal din il-persuna ħalli jwas­slulna l-ilmenti tagħhom biex flimkien nagħtu l-kontribut tagħna fil-ġlieda kontra marda kbira ta’ traskuraġni li ħakmet lill-amministrazzjoni ta’ dan il-paj­jiż, ħafna iktar milli lill-pop­­lu nnifsu.

Għal artikli, kummenti, jew suġ­­ġerimenti ibgħat imejl fuq lornav@maltanet.net jew żur http://www.lornavassallo.com

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.