www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Feles fir-rota tat-tren u l-friskatur
minn Lorna Vassallo

M’ilnix kont l-Awstrija. Apparti li kelli għal darb’oħra niffaċċja t-taxxa tas-safar imposta mill-Gvern Malti, għal darb’oħra kelli l-opportunità nesperjenza sistema ta’ trasport pubbliku effiċjenti ħafna. Jista’ jkun li hija fortuna li persuna li tikteb fil-gazzetti bħali tuża t-trasport pubbliku kemm Malta kif ukoll barra minn Malta. Jista’ jkun li ftit hawn artikolisti li jagħmlu dan.

Ilni naħseb sabiex nerġa’ nikteb dwar it-trasport pubbliku. Kien hemm ċertu kambjament pożittiv mill-aħħar darba li ktibt. Minn dak iż-żmien ħareġ ktejjeb bir-rotot kollha li qed jitqassam lit-turisti (iżda li ftit Maltin jafu bih) u saru xi tabelli f’postijiet ċentrali li juru minn fejn jgħaddu r-rotot.

Iżda nemmen li għal darb’oħra anke hawnhekk erġajna żbaljajna xi ftit. Fit-tabelli li qegħdin jitwaħħlu bir-rotot, l-ewwelnett, il-postijiet huma ndikati permezz tat-triq. Dan meta ħafna nies ma jafux l-ismijiet tat-toroq. Lanqas barra minn Malta, kull fejn jistgħu jsemmu waqfa għal bini storiku jew xi tip ta’ bini ta’ importanza ma jsemmux il-waqfa bl-isem tat-triq. Per eżempju, l-Awstrija għandha waqfiet bħal “Schottentor Universitat” (Università Schottentor), “Schwedenplatz” (Pjazza Svezja), “Museumsquartier” (Kwartieri tal-Mużewijiet) u “Volkstheater” (Teatru tal-Poplu).

Bħal bnadi oħra, l-Awstrija tabella elettronika tindika fejn wasalt. L-istazzjon innifsu jkollu tabella kbira mwaħħla biex jindika liema hu. Persuna Ingliża anzjana li rajt fuq tal-linja din il-ġimgħa spiċċat tistaqsi n-nies fejn għandha tinżel għax ma kinetx tafx waslitx Tas-Sliema. Ħaġa waħda staqsejt lili nnifsi …min jaf liema parti ta’ Tas-Sliema riedet tmur?

Veru li forsi l-awtorità m’għandhiex biex tagħmel dawn is-sinjali elettroniċi, tista’ ssir almenu tabella li tindikalek l-‘istops’ fuq tal-linja forma ta’ ‘sticker’. Ċerti karozzi jista’ jkollhom ukoll apparat fejn ix-xufier jitkellem fuq il-mikrofonu u jgħid fejn wasal. Jekk ix-xufiera ma jridux jagħmlu dan allura m’humiex biżżejjed kburin b’xogħolhom.

F’parti oħra tal-vjaġġ żewġ anzjani bdew jiddiskutu l-fatt li wieħed minnhom kien se jinżel waqt li l-karozza kienet qiegħda timxi. Li kien ġara huwa li minħabba li l-karozza tal-linja waqfet minħabba t-traffiku ħaseb li x-xufier kien qed jistedinhom jinżlu. Affarijiet bħal dawn żgur li ma jistgħux jiġru f’postijiet bħall-Awstrija. Hemmhekk, ix-xufier jagħlaq il-bieba waqt is-sewqan. Il-bieba jista’ jiftaħha biss ix-xufier meta jkun ċert li waqaf. M’għandniex xi ngħidu, hawn Malta jeżistu ħafna karozzi bla bieba.

Interessanti li t-tabelli barra minn Malta huma mixgħulin. U hawnhekk qed nitkellem fuq kull tip ta’ tabella. Kemm dik li turik fejn hu l-‘bus-stop’ mill-bogħod kif ukoll dik li turik il-pjanta ta’ fejn tmur il-karozza tal-linja jew tram. Fl-istejġis Malta lanqas biss twaħħlu f’postijiet fejn hemm biżżejjed dawl ġej per eżempju mill-bozza tat-triq.

Problema oħra li rajt fit-tabella li twaħħlet l-Imsida huwa l-fatt li qiegħda għat-tul u għalhekk ikkomplikata wisq. Dan nemmen li biex iċekknu d-daqs tat-tabella u jiffrankaw il-flus. M’hemmx raġuni oħra.

Interessanti li t-tabelli saru f’ċertu postijiet ċentrali biss. F’oħrajn ma sarux. Almenu għandhom isiru f’postijiet ċentrali fejn wieħed jibdel minn karozza għal oħra bħal stejġ ieħor.

Tajjeb li meta nikteb dwar it-trasport, minn żmien għal żmien ikun hemm problemi li ma nerġax insemmi. Fosthom dik tal-‘website’ li saret u hija sodisfaċenti. Iżda tajjeb ukoll li minkejja t-taqliba li hija mistennija fit-trasport pubbliku l-ADT xorta tibqa’ ttejjeb is-servizz tagħha. Inkella, l-idea ta’ riforma tkun qiegħda tintuża hija stess biex ixxekkel l-iżvilupp f’dan il-qasam. Litteralment tkun qiegħda tpoġġi feles fir-rota tat-tren. Jekk nistennew ir-riforma jista’ jkun li għad baqgħalna mal-għaxar snin oħra kif aħna! Meta wieħed iżur pajjiżi oħrajn, jifhem x’tip ta’ xokk kulturali jkollhom meta jiġu Malta. Mhux ta’ b’xejn ġieli jaħsbuna għadna naħslu wiċċna fil-friskatur!


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.