www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Missieri kien jilgħabhom
minn Lorna Vassallo

Fil-ħajja, taħdem kemm taħdem, int fejn int fis-soċjetà, se jiġu fuqek mumenti koroh u mumenti sbieħ. Bniedem għaqli li għandu xogħol u jibża’ għalih jista’, permezz t’hekk, jerfa’ u jsorr għal meta jiġi bżonn. Fil-ħajja ndividwali tagħna min jaħbat bil-karozza, min jimrad, min jidħol f’kawżi l-Qorti u min jiġrulu affarijiet oħrajn mhux ippjanati li jistgħu minn bniedem sodisfatt finanzjarjament jitfgħuh ġo dagħbien kollu problemi li sabiex joħroġ minnhom ikollu jirrikorri għal manuvri li qatt ma rrikorra għalihom.

Huwa għalhekk li mhumiex l-isforzi tal-lum biss li jgħoddu, iżda wkoll tal-bieraħ. Iżda jekk wieħed imur lil hinn minn hekk isib, li lanqas m’huma l-isforzi tagħna biss li jgħoddu, iżda wkoll dawk ta’ missirijietna. U huwa għalhekk li persuni li f’daqqa waħda jiltaqgħu ma’ problemi f’ħajjithom, li jolqtuhom bħal sajjetta fil-bnazzi, l-ewwel li ma jirrikorru huwa għand missirijiethom u ommijiethom. U jekk dawk tal-aħħar ikunu ikunu huma wkoll nies għaqlin, ħafna drabi jkunu huma li jtaffu l-problema ta’ binhom jew binthom.

Għalhekk daqskemm huwa mprezzabbli l-għaqal tal-persuna partikolari, daqshekk ieħor huwa mprezzabbli l-għaqal li jakkumula ġenerazzjoni wara oħra. Huma verament ftit dawk il-familji li tant għandhom flus li, jiġri x’jiġri, se jsibu l-flus lesti fi kwalunkwe ċirkostanza. Dawn ngħidilhom, il-veru sinjuri. Dawk li għal ġenerazzjonijiet sħaħ, wirt wara wirt, il-ħażna ta’ flus hom qajla tista’ xi darba tinħela waqt ħajja ta’ bniedem wieħed.

Hawn Malta hawn ħafna familji li l-ħażna ta’ flushom kemm kemm tlaħħaq għal għixien ferm diċenti, iżda malli jinqalgħu problemi serji jridu verament jaraw kif jagħmlu biex ipattu għal dik in-naqra li jonqos. Din hija l-klassi tan-nofs. Hu l-bniedem għaqli li, għalkemm qatt ma messitu l-ebda fortuna vera, dejjem ħadem b’għaqal u faddal.

Ovvjament fl-imgħoddi, kien hemm anke ħafna miżuri governattivi li taw imbuttatura kbira ‘l quddiem lil dawn il-familji, bħal per eżempju meta nagħtaw djar b’xejn fejn jgħixu u tħallew jużaw flushom għall-edukazzjoni ta’ wliedhom minflok.

U l-idea li min ma kienx biss hu għaqli matul ħajtu, iżda wkoll missieru mhix biss kontemplata mill-kultura Maltija. Hija wkoll kunċett mifrux ħafna tal-liġi li ilu jeżisti minn żmien l-Imperu Ruman. Il-kunċett ta’ ‘Bonus pater familias’.

Issa fil-kuntest tal-ħajja individwali tagħna wkoll, kif inhuwa wkoll kontemplat mill-istess liġi, tajjeb li kull wieħed ikun responsabbli ta’ ħtijietu. Bniedem li nefaq flusu fix-xejn meta kellu u ma sabhomx meta ġie bżonnhom, għallinqas qed ibati għall-għemil ħażin tiegħu stess. U jekk dan l-istess bniedem kellu missieru wkoll jonfoqhom, jilgħabhom, jixrobhom jew iberbaqhom, allura ma tkunx biss problema tiegħu iżda wkoll problema li tista’ tintiret minn familja għall-oħra, għalkemm tibqa’ biss fl-istess familja.

Li ma rridux ninsew iżda huwa l-fatt li aħna lkoll, bħala ċittadini, ulied ta’ l-istess Gvern. Jekk, din id-darba l-Gvern tagħna jonfoqhom, jilgħabhom, jixrobhom, jaħraqhom u jberbaqhom, se nkunu aħna lkoll li nbatu. U l-ulied tal-Gvern mhumiex familja t’erba’ min-nies iżda nazzjon sħiħ.

U huwa proprju dak li qed jiġri bħalissa lill-ekonomija Maltija. Ġew iż-żmenijiet ta’ qtiegħ il-qalb, u billi l-missier tagħna, miż-żmenijiet meta wieħed kien jitkellem fuq is-‘surplus’ fil-kaxxa ta’ Malta, nefaq-hom, berbaqhom, ħaraqhom u mhux talli hekk, talli ddejjen fuqhom, issa m’għandniex biex nilqgħu għall-burraxka.

Huwa l-għaqal li tiġi bżonnu fl-iktar mumenti delikati u li meta jaslu dawn il-mumenti tkun taf eżatt il-prezz li wieħed iħallas tiegħu, li konna tlifna għal ġenerazzjonijiet sħaħ.

Bħalma ġara dejjem, iżda, bi Gvern Nazzjonalista, wieħed jaf x’ser jistenna. Gvern Nazzjonalista jaf x’għandu jagħmel. Għal darb’oħra se jdur fuq il-poplu u flok ma jkun hu li jsellef lill-poplu li qiegħed kontinwament jagħmel tajjeb għall-ħela ta’ gvernijiet Nazzjonalisti suċċessivi, se joħloqlu modi kif jerġa’ jkun il-poplu li jpatti għall-Gvern.

Se ikun l-iben li jagħmel tajjeb għall-problemi tal-missier u mhux il-missier li jagħmel tajjeb għall-problemi ta’l-iben. U min kien il-kawża tal-problemi? L-istess missier politiku tagħna lkoll li huwa l-Gvern Nazzjonalista!

U l-kuxjenza? Kuxjenza soċjali jew ta’ xi tip ieħor ma teżistix. Gvern Nazzjonalista u flimkien miegħu jingħaqdu wkoll l-għadd ta’ partitarji għomja tiegħu, huwa l-iktar każ ċar li qatt smajt bih ta’ dik li tissejjaħ uranomanija. L-uranomanija mhix ħlief l-ossessjoni li inti mibgħut minn Alla u dak kollu li tagħmel int huwa tajjeb.

Dan l-attakk ta’ uranomanija ilu li ħakem lill-amministrazzjoni Nazzjonalista. Il-problema, però, mhix din biss. Li din l-uranomanija ngħaqdet maż-żmenijiet ma’ ġibda kbira ta’ nfiq u ħela ta’ flus il-poplu. Iżda kif dejjem jiġri wkoll, kieku ma kienx hemm il-kunsens ta’ ħafna mill-poplu li jsostni din l-istess marda psikoloġika li ħakmet lill-Gvern tagħna, kieku l-Gvern inbidel.

Allura, issa ma jifdlilna xejn ħlief, skond id-daqqa niżfnu, grazzi għal dawk li għażlu li għal darb’oħra jiġu traduti mill-manuvri politiċi ta’ żmien l-elezzjonijiet ġenerali. Jien, jien min jien illum mhux għax jien biss kont bil-għaqal, imma għax missieri ma kienx jilgħabhom, għax ma kienx jixrobhom u għax minflok kien iħaddimhom u jinvestihom.

Problema waħda għandi li tista’ xorta ixxaqqaqli l-pedamenti finanzjarji tiegħi …. Il-missier politiku tiegħi … ilGgvern .. għax hemmhekk … altru milli wieħed jitkellem fuq il-‘bonus pater familias’ !


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.