|
|
| Ħerba fil-palazz u l-kappella “Tal-Barunessa” |
|
Ħerba sħiħa… m’hemmx kliem ieħor biex tiddeskrivi l-istat jew aħjar dak li fadal mill-palazz u l-kappella magħrufin bħala “Tal-Barunessa” fi Triq San Anard, bejn ix-Xgħajra u Wied il-Għajn.
Il-kappella u l-palazz għandhom arkitettura mill-isbaħ, iżda sfortunatament kemm minħabba t-telqa kif ukoll kawża ta’ ħsarat mill-vandali, illum il-post hu fi stat diżastruż. Apparti t-telqa tal-bini, madwaru qiegħed jispiċċa jintuża biex xi nies irresponsabbli jmorru jarmu l-iskart hemm.
|
|
|
Dawra mal-post, tħammarlek wiċċek dwar kif f’dan il-pajjiż jirnexxielna neqirdu u nittraskuraw il-patrimonju tagħna.
Riċentament il-Prim Ministru qal li għandna wirt storiku li rridu nkunu kburin bih. Naqbel miegħu. Żgur, iżda, li m’għandniex biex inkunu kburin bil-wirt storiku mitluq u mfarrak li għandna. Tajjeb li l-ministri jibdew jittieħdu ukoll fuq il-wirt storiku mitluq u b’riskju li jintilef.
Ta’ min jgħid li qabel il-gwerra il-kappella u l-palazz kienu tal-Barunessa Maria Cafici Casolani. Il-palazz kien imdawwar b’ġonna mill-isbaħ. Fil-post kienu saru atti vandali. Fil-kappella la baqa’ artal, la kaptelli fl-art u lanqas ventartali. Kollox spiċċa mfarrak. Il-kwadru titolari tal-Knisja kien insteraq u ġie rritornat u llum qiegħed fil-Mużew tas-Santwarju Ħaż-Żabbar.
|
|
|
Il-Patrijiet Kapuċċini, li għandhom ukoll il-kunvent u l-Knisja ta’ Santa Liberata, kienu talbu li jieħdu ħsieb din il-kappella u d-dar li hemm magħha, iżda l-Arċipriet ta’ Ħaż-Żabbar Dun Ġużepp Zarb kien oġġezzjona.
Il-palazz u l-kappella huma magħrufin ukoll bħala “Id-Dar tas-Soru”, għax f’dan il-post kienet inħadmet sensiela ta’ buzzetti drammatiċi li kienu nkitbu minn Francis Ebejer.
victorvella2002@yahoo.com
|
|
Artikli oħrajn fis-sezzjoni Artikli/Kontribuzzjoni
|
|
|
|
|