www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

Protesta minn Maltin fl-Istati Uniti
kontra l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna:
“Tilgħabx bil-futur ta’ wliedna”
... Lawrence Gonzi “mwissi” mal-wasla tiegħu fi New York
minn Brandon Pisani

Grupp imdaqqas ta’ Maltin li jgħixu fl-Istati Uniti, nhar it-Tlieta pprotestaw quddiem il-bini tal-Missjoni Permanenti ta’ Malta għall-Ġnus Magħquda fi New York, biex isemmgħu leħinhom dwar il-problema tal-immigrazzjoni illegali f’Malta.

Waqt din il-protesta – li tmexxiet minn Dennis Catania li hu residenti fi New York – il-Maltin wissew lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi biex ma jilgħabx bil-futur ta’ wlied il-Maltin. Il-Prim Ministru Malti kien għadu kemm wasal fi New York fejn għada l-Ġimgħa se jindirizza l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda.

Fil-fatt, il-protesta saret fl-istess ħin li Lawrence Gonzi wasal fi New York, hekk kif dak il-ħin kien ħiereġ mill-uffiċċju r-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Istati Uniti, Saviour Borg biex imur jilqa’ lill-Prim Ministru fl-ajruport.

L-azzjoni li ħa Dennis Catania fis-sigħat li għaddew kienet ġiet irrapportata biss minn l-orizzont (permezz tal-ġurnalist Victor Vella) fil-ħarġa tat-13 ta’ Settembru li għadda. Dak in-nhar l-orizzont ħabbar li raġel Malti se jipprotesta quddiem il-bini tal-Missjoni Permanenti ta’ Malta għall-Ġnus Magħquda fi New York, kontra l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

Matul din il-protesta, Dennis Catania u l-Maltin li ħadu sehem appellaw biex il-Maltin jibbojkottjaw sidien ta’ postijiet tax-xogħol li qegħdin jesplojtjaw u jabbużaw mill-immigranti illegali. Dennis Catania għamilha ċara li hu qiegħed jipprotesta ħalli l-immigranti ma jibqgħux jiġu abbużati u qed jipprotesta fuq il-fatt li Malta ma tiflaħx aktar titħalla waħidha dwar din il-problema mill-Unjoni Ewropea.

Waqt l-istess protesta, ħin minnhom ħareġ il-Konslu Malti fi New York, Walter Mallia fejn kif spjega lil l-orizzont Dennis Catania “dan ħareġ jistaqsina jekk irridux nagħtuh xi ħaġa. Aħna għednielu li għandna petizzjoni u se nagħtuhielu l-Erbgħa (il-bieraħ) qabel ma mmorru nipprotestaw quddiem l-Ambaxxata Franċiża fi New York.

Se nipprotestaw hemmhekk għax Franza qiegħda tokkupa l-Presidenza tal-UE. Jekk ma jiġri xejn fi żmien xahrejn, se nerġa’ nipprotesta, jew quddiem l-uffiċċju tal-UE jew quddiem l-ambaxxata li dak iż-żmien ikollha l-presidenza tal-Unjoni Ewropea.”

S’issa, il-petizzjoni ta’ Dennis Catania – li qiegħed jiġborha bl-Internet – kienet iffirmata minn 948 persuna. Għalkemm tħalla jagħmel protesta fi New York, Dennis Catania għad m’għandux permess biex jagħmel l-istess ħaġa hawn Malta.

“Se nipprova nwassal il-messaġġ jien u nittama li l-Maltin jieħdu l-eżempju tiegħi u jipprotestaw biex l-Unjoni Ewropea tgħin lil Malta. Tkellimt mal-Pulizija Maltija għall-permess għal protesta f’Malta, iżda dawn qaluli li biex ituni permess irrid niġi f’Malta u ninformahom tmint ijiem qabel,” qal Dennis Catania.

Din il-protesta saret fl-istess ħin li l-Mexxej Laburista, Joseph Muscat iddeskriva s-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna bħala “kriżi nazzjonali”. Nhar it-Tlieta, Muscat appella lil Lawrence Gonzi biex ma jaċċettax il-proposti li qiegħed iressaq il-President Franciż, Nicholas Sarkozy dwar l-immigrazzjoni illegali.

bpisani@unionprint.com.mt


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  Kuntratt mill-Gvern għal Żaren Vassallo u Alex Tranter:
MILJUN IEĦOR!
·  ‘Hold-up’: “Daħal għalija u għal ibni ta’ sitt snin b’sikkina”
·  Il-prezzijiet ta’ ċerti mediċini:
Roħs li ma jserraħx l-imħuħ
·  Jorħos il-petrol b’2ċ wara li għola l-gass b’30ċ
·  Jieħdu n-nar ‘tyres’ fil-Badger Karting
·  Ikomplu l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:
Żewġ ħaddiema gravi
·  Iż-żewġ żgħażagħ li nqabdu jisirqu mill-MCAST
ta’ Kordin mill-għassies jitressqu l-Qorti
·  Mixlija b’attentat ta’ frodi ta’ flus permezz ta’ theddid
·  Waqt laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ:
Diskussa l-ittra formali tal-UE
·  Jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib:
L-FKNK twissi lill-membri biex josservaw il-liġi
·  Tkompli l-ħidma fuq l-emblema ġdida tal-PL
·  Il-kumpanija GO tirreġistra profitt
·  31 twissija dwar prodotti perikolużi f’sentejn u nofs
·  Vodafone Malta Foundation:
Stazzjon tat-temp għall-Ġgantija


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.