www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann
minn Lorna Vassallo

Ma nistax ma nagħtix il-kontribut tiegħi wkoll dwar il-kwistjoni li nħolqot dan l-aħħar dwar l-estensjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Għalkemm aħna lkoll Maltin, naħseb ftit huma dawk li verament jafu li din il-Knisja, li oriġinarjament kienet il-Knisja Konventwali ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta, probabbilment minn ġewwa hija l-isbaħ waħda fid-dinja.

Minbarra d-diversi xogħlijiet ta’ l-arti minn pitturi u skulturi Taljani ta’ epoki differenti li jinkludi, il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann għandu ukoll karatteristiċi uniċi fid-dinja.

L-ewwel huma l-ħitan tal-istess knisja li huma kollha skulturati. Id-disinji kollha huma mħaffrin fil-ġebla u mhux imwaħħlin, jiġifieri mnaqqxin u mhux imposti fuq il-lixx. Dan b’differenza minn, pereżempju Versailles, fejn it-teknika użata hija dik ta’ l-istukko li Malta nsibu eżempju tajjeb ħafna tagħha f’Palazzo Parisio, fin-Naxxar.

It-tieni karatteristika partikolari ħafna ta’ San Ġwann hi l-art magħmula minn aktar minn 374 lapida – ilkoll oqbra. Ktieb ta’ Dane Munro, li ħareġ riċentement, jiddeskriviha bħala “l-isbaħ art fid-dinja” (“The most beautiful floor in the world”). Ħadd madwar id-dinja ma ċaħdu dan.

Jekk inħarsu lejn knejjes rinomati ħafna barra minn Malta, bħall-Bażilka ta’ San Pietru f’Ruma u saħansitra l-Kappella Sistina jew Notre Dame fi Franza, insibu li ħdejn San Ġwann l-art tagħhom hija pjuttost sempliċi. F’dan is-sens katidral li joqrob lejn San Ġwann, jista’ jkun biss eventwalment l-istess Katidral ta’ l-Imdina f’Malta li nbena fuq l-istess stil.

It-tielet oġġett imprezzabbli f’San Ġwann mhijiex ħlief l-ikbar pittura tal-Ċaravaggio li hija wkoll l-unika waħda ffirmata minnu. Minbarra dan, ovvjament għandek “San Ġlormu”, li hija pittura oħra rinomata ta’ dan il-pittur tant uniku fl-istorja ta’ l-arti dinjija.

Ir-raba’ partikolarità ta’ San Ġwann huwa wkoll il-kanċell tal-fidda mastizz li hemm fil-Kappella tal-Madonna ta’ Lanciano. Dan żgur jista’ jkun wieħed mill-akbar u l-itqal oġġetti tal-fidda fid-dinja.

Apparti dawn kollha nsibu waħda mill-isbaħ kollezzjonijiet ta’ l-arti tal-pitturi Mattia Preti u Caravaggio, u ta’ l-iskulturi Francesco Mazzuoli, Vincenzo Pacetti u Massimiliano Soldani-Benzi. Litteralment insibu vjaġġ ta’ arti fiż-żminijiet – mill-barokk klassiku, neo-klassiku, rokoko, sa saħansitra l-istil impekkabbli tal-kjaroskur ta’ Caravaggio.

Kollezzjonijiet oħrajn interessanti ħafna huma, fost oħrajn, manuskritti tal-mużika miktubin fl-istil antik, kif ukoll oġġetti tal-knisja li minħabba fihom inħolqot il-kontroversja dwar il-bini jew le ta’ post għall-wiri taħt l-art ta’ San Ġwann.

Skont l-għaqdiet ambjentali kontra dan l-iżvilupp, hemm dawk li qegħdin isostnu li tali oġġetti jistgħu jiġu esebiti f’mużew, f’palazz jew bini ieħor fl-istess belt kapitali.

Mingħajr ma nopponi kategorikament għall-iżvilupp kif propost, ngħid li naqbel li l-mużew ikun post ieħor. Ngħid ukoll li l-vantaġġ probabbilment ma jkunx biss wieħed ambjentali, għax ma jsirux danni lill-Kon-Katidral kif inhu, iżda għax jissebbaħ bini ieħor fil-Belt. Finanzjarjament ukoll ikun jagħmel aktar sens.

Il-Belt Valletta mhix xi waħda kbira fejn it-turisti jridu jimxu fit-tul min-naħa għall-oħra. Jista’ saħansitra jsir biljett komuni għall-viżitaturi li jinqata’ mill-Kon-Katidral u li jkun validu anke għall-post separat l-ieħor. U l-prezz ma jitbiddilx jekk wieħed ma jżurx it-tieni mużew.

Nemmen li r-raġunijiet prinċipali għaliex il-fondazzjoni trid tagħmel il-mużew fil-bini proprju tal-Katidral huma dawk finanzjarji. L-akbar inċentiv ikun żgur li bl-istess staff li jkunu mal-Kon-Katidral jintlaqtu żewġ għasafar. Għalkemm dan xorta b’xi mod jista’ jsir jekk jiġi rrestawrat post ġdid mhux ’il bogħod mill-Kon-Katidral innifsu.

Li jista’ jsir ukoll biex jiġu konvinti l-partijiet involuti f’sitwazzjonijiet bħal dawn, hu li tingħata għajnuna finanzjarja li biex jittaffulhom l-ispejjeż li jridu jidħlu għalihom. Din tista’ tingħata mill-Unjoni Ewropea, il-UNESCO, il-Gvern, il-Knisja Maltija, il-Vatikan, għaqdiet ambjentali, sponsors kummerċjali kif ukoll benefatturi privati.

Dan jista’ jingħata biss bħala għotja jew jissellef lill-fondazzjoni u jinfeda mill-qliegħ li jsir mill-bejgħ tal-biljetti. Naf li probabbilment ħafna minn dawn diġà taw kontribut, iżda jekk irridu verament naħdmu lkoll flimkien għall-ġid komuni, nistgħu b’dan il-mod.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.