www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Londra jew Wuppertal?
minn Lorna Vassallo

Interessanti l-proposta li reġgħet saret riċentement li tiddaħħal xi tip ta’ tren oħra fil-gżejjer Maltin. Li ma daqqli xejn huwa, iżda, il-fatt li l-proposta jidher li saret għal tren jew tramm li jimxi fuq l-art.

Huwa ovvju li jekk il-funzjonament ta’ xi tip ta’ servizz ta’ tren jew tramm f’dawn il-gżejjer isir jiddependi totalment fuq it-toroq, dan qatt mhu se jseħħ. Nafu lkoll li minkejja xi ammeljorament li sar f’xi toroq Maltin dan l-aħħar, tren li jimxi b’ċerta veloċità ma jdumx ħames minuti ma jsib l-ewwel triq ħażina.

U jekk verament tibda titħaddem xi tip ta’ tren jew tramm ta’ fuq l-art, din minn fejn sa fejn tista’ twassal l-aktar?

Se jibda jitħaddem mezz ta’ trasport simili mill-Imtarfa sar-Rabat, iżda dan żgur li ma jistax jissejjaħ xi trasport li se jħalli mpatt pożittiv nazzjonali u ambjentali. Jolqot biss erba’ min-nies u jagħmel it-toroq tagħna aktar attraenti – dak kollu.

Iżda l-punt hu f’li wieħed jaħseb f’mezz ta’ trasport li verament inaqqas it-traffiku fit-toroq, iġiegħel lill-Maltin jużawh flok il-karozza tagħhom u jnaqqas it-tniġġis ambjentali.

Biex wieħed jistenna riżultati konkreti wieħed għandu jitkellem dwar sistemi ta’ trasport totalment indipendenti mit-toroq Maltin, jiġifieri, li ma joqogħdux jistennew li t-toroq tagħna jitlestew. U dawn is-sistemi fil-fatt jezistu.

L-iktar sistema li hija familjari magħna l-Maltin hija dik ta’ tren taħt l-art bħat-“Tube” ta’ Londra jew il-Metro ta’ Pariġi. L-ewwel waħda minn dawn is-sistemi fil-fatt saret f’Londra. Bdiet tinbena fl-1860 u bdiet topera fl-1863.

Il-vantaġġ ta’ sistema bħal din ovvjament huwa l-fatt li, kif għedna, ma tiġix bżonn it-toroq Maltin. L-iżvantaġġ ta’ din is-sistema huwa daqstant ieħor ovvju.

Pajjiżna huwa mimli wirt storiku ta’ żminijiet differenti li jibda minn Żmien il-Ħaġar, sa oqbra Puniċi, Katakombi Rumani, fdalijiet Medjevali u tal-Kavallieri u kwalunkwe tip ta’ sejbiet oħrajn` li jistgħu jsiru matul kwalunkwe tħaffir.

Il-problema burokratika u ambjentali tista’ tieħu xejra ġdida, fejn, ġustament għaqdiet differenti jibdew jipprotestaw kontra l-iżvilupp ta’ taħt l-art li jkun ta’ detriment għal fdalijiet storiċi taħt l-art u dan itawwal ix-xogħol ta’ tħaffir u jispiċċa biex jiddevja r-rotta tagħha.

Din hija realtà li qatt ma tista’ tigi njorata għal introduzzjoni ta’ sistema ta’ trasport taħt l-art. Fir-realtà ma nistgħux inkissru l-wirt storiku tagħna.

Sistema li tidher tista’ toħloq inqas u inqas kaos hija dik li għadha pjuttost unika sal-ġurnata tal-lum ġo Wuppertal, fil-Ġermanja. Il-ġeoloġija tal-belt Wuppertal hija waħda mtellfa mix-xmara Wupper u kien se jkun diffiċli li tinbena xi sistema ma’ l-art jew taħt l-art.

Huwa għalhekk li spiċċat biex tiġi attwata għall-ewwel darba l-idea ta’ tramm imdendel.

Dan it-tramm li nbena bir-rotta kollha tiegħu fil-perjodu bejn 1898 u 1901 (żmien tliet snin) ikopri distanza ta’ 13.3 km u jikkonsisti minn ‘monorail’ imdendla f’ċerti partijiet tmin metri għoli mill-art, f’oħrajn f’għoli ta’ 12-il metru. Id-distanza kollha ta’ 13.3km issir f’nofs siegħa biss.

Minbarra li Wuppertal tuża dan il-mezz ta’ trasport bħala attrazzjoni turistika, din is-sistema li għadha sal-lum pjuttost unika u li hija żgur l-eqdem waħda fid-dinja tax-xorta tagħha, qatt ma kellha aċċidenti serji.

Fil-fatt l-uniku aċċident serju li sewa l-ħajja ta’ xi passiġġieri kien biss dak ta’ l-1999. Minkejja dan hija waħda mill-iktar sistemi ta’ trasport li toffri sigurtà fid-dinja jekk mhux l-iktar.

Il-vantagg ta’ sistema bħal din għal pajjiżna huwa ovvju. La jkollok il-problema ta’ toroq ħżiena u lanqas ta’ kantunieri. Lanqas ma jkollok il-problema ta’ skavi storiċi jew kompromessi ta’ dan it-tip.

S’issa l-uniku spazju li jidher li hu pjuttost ħieles mill-problemi fil-gżejjer Maltin hija l-arja tagħhom! Nemmen li jiġri x’jiġri fil-fatt, hija din is-sistema li se tikkawża l-inqas inkonvenjent għall-poplu Malti jekk qatt tiġi mplimentata.

Fi kwalunkwe każ kwalunkwe sistema tista’ flok ma twassal għall-ħelsien tat-toroq tagħna mit-traffiku, bir-ritmu li nimxu bih Malta, tista’ pjuttost twassal għal żmien twil ta’ staġnar u tkissir tat-toroq eżistenti.

Bhala konklużjoni wieħed jista’ jgħid ukoll li wieħed qatt ma jista’ jeskludi l-implimentazzjoni ta’ sistema li tieħu minn tnejn jew tlieta minn dawn is-sistemi, jiġifieri li topera taħt l-art, fuq l-art kif ukoll fl-arja.

Il-problema f’dan il-pajjiż hi li meta toħlom b’dan il-mod tħossok qisek qed toħlom bil-ftajjar. Dan meta pajjiżi oħrajn erħilhom jespandu u jibnu l-megastrutturi u rħula sħaħ post-moderni qishom m’humiex huma. Meta se titbiddel din il-mentalità?


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.