www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Kaċċa, ħobż u tarzna
minn Lorna Vassallo

Żgur li tliet avvenimenti importanti mmens fl-istorja ta’ pajjiżna jibqgħu tliet rewwixti tal-Maltin. Tnejn minnhom li jagħmlu parti mill-istorja tas-Seklu 20, saħansitra wasslu għall-bdil tal-Kostituzzjoni jew għas-sospensjoni tagħha.

Forsi ftit Maltin huma konxji mill-fatt kemm fil-verità, l-istorja tirrepeti ruħha. U kemm it-tliet rewwixti li se nitkellem dwarhom jien kellhom elementi komuni li wasslu għalihom.

L-iktar rewwixta ’l bogħod fiż-żmien kienet dik magħrufa bħala “Tal-Qassisin”. Din saret proprju fit-8 ta’ Settembru, 1775. Ir-raġunijiet li wasslu għal din ir-rewwixta kienu fost oħrajn li l-Gran Mastru Ximenes de Texada kien l-ewwelnett naqqas is-salarji, it-tieni naqqas il-kaċċa u t-tielet għolla l-prezz tal-qamħ li kien jintuża għall-ħobż. Għalkemm din ir-rewwixta ma kinitx ta’ suċċess għall-Maltin, wasslet biex 23 sena wara Malta spiċċat waqqgħet imperu li kienet ilha miegħu għal 268 sena u daħal minfloku dak Franċiż. Għalhekk il-bidla kienet waħda radikali mmens.

It-tieni rewwixta kontra l-awtoritajiet kienet dik fi żmien l-Imperu Ingliż li seħħet fl-1919. L-elementi li wasslu għar-rewwixta kienu l-ewwelnett iż-żieda ta’ 300% fil-prezz ta’ l-ikel ewlieni, fosthom il-ħobż, u t-tieni żieda drastika fil-qgħad li l-biċċa l-kbira kienet ġejja min-nuqqas ta’ xogħol fit-Tarzna. Element ieħor li wassal għal din ir-rewwixta kien dak ta’ kera dejjem jogħla. Nistgħu nsemmu wkoll il-fatt li min kien se jispiċċa bla xogħol ftit li xejn kellu ċans għal xogħol ieħor u l-emigrazzjoni barra l-pajjiż kienet qiegħda tiġi nkoraġġita bil-kbir.

Din ir-rewwixta seħħet ukoll wara snin ta’ deficit tal-pajjiż dejjem jogħla bla rażan minn sena għal oħra. Fil-bidu tas-Seklu 20 il-Membri Eletti tal-Kunsill bdew joġġezzjonaw għad-deċiżjonijiet ta’ nfiq fuq proġetti li kollha kienu qegħdin jittieħdu permezz ta’ “Orders-in-Council” mingħajr ebda konsultazzjoni magħhom. Kienu qegħdin isiru diversi proġetti utli għall-pajjiż, bħal per eżempju l-introduzzjoni tas-sistema tal-kanen ta’ l-ilma flok l-akwadotti u l-bini ta’ skejjel. Iżda n-nefqa ta’ tali proġetti kienet ħafna iktar milli setgħet tkun ġustifikata li kieku kienet biss fl-interessi tal-Maltin. Kulħadd jaf x’ġara fis-7 ta’ Ġunju, 1919 u li wassal għall-Kostituzzjoni li tat ċerta indipendenza lil Malta fl-1921.

L-aħħar qawmien popolari kontra l-Imperu Ingliż kien dak ta’ l-1958. L-elementi li wasslu għal dan kienu l-ewwelnett ir-Referendum ta’ 1956 dwar l-integrazzjoni jew l-Indipendenza ta’ Malta mir-Renju Unit u r-riżenja tal-PM Mintoff li wasslet għas-sospensjoni tal-Kostituzzjoni u t-tieni, it-tkeċċija ta’ għadd ta’ ħaddiema mit-Tarzna. Hawnhekk saru protesti ġenerali li wasslu għall-Indipendenza ta’ Malta fl-1964, Malta Repubblika fl-1974 u l-Ħelsien ta’ l-1979.

Għalkemm hawn ħafna li jixtiequ jieħdu l-mertu huma li Malta hija Indipendenti għax iffirmaw il-kuntratt finali, ħadd ma jista’ jnaqqas mill-mertu tal-ħaddiema tat-Tarzna u tan-naħa t’isfel ta’ Malta li billi ssieltu mal-Pulizija wrew l-id tal-ħadid li wasslet għat-tappa li jmiss fl-istorja. Ma nafx din il-biċċa ta’ l-istorja tissemmiex fil-ktieb “Storja ta’ Poplu”.

U issa niġu għal-lum. Minn hawn nixtieq nagħti veru prosit lill-Gvernijiet Nazzjonalisti, immexxijin minn Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi, li rnexxielhom – minkejja li jgħollu d-deficit sena wara l-oħra, minkejja li jnaqqsu s-salarji u l-kundizzjonijiet tax-xogħol lill-massa tal-ħaddiema, minkejja li naqqsu mill-istaġuni tal-kaċċa u li għollew il-prezz tal-ħobż għal darba darbtejn u minkejja li ddeċidew kemm-il darba l-affarijiet waħedhom biex ħarġu flejjes eċċessivi fuq proġetti utli (jew mhux utli) fil-pajjiż – mhux talli ma qamitx rewwixta talli reġgħu fil-Gvern.

Issa wasalna għall-aħħar “stazzjon”: il-bejgħ tat-Tarzna u t-tkeċċija tal-massa tal-ħaddiema li hemm jaħdmu fiha llum. Tgħid din id-darba n-Nazzjonalisti se jerġa’ jirnexxilhom iniżżlu isimhom fl-istorja bħala l-uniċi mexxejja li għamlu sagrileġġi kontra n-nies ta’ taħthom u baqgħu meqjusin bħala eroj?

Iż-żmien jagħtina parir. Li hu żgur hu, daqskemm il-problemi tal-Malti ma nbidlux dawn l-aħħar mitejn sena jew aktar, il-Malti jidher li m’għadux li kien. Iżda nistgħu ngħidu li l-Malti ta’ dari għamel passi kbar ’il quddiem. Il-Malti tal-lum ma nafux fejn se jasal. U dan inikkitni.

Sfortunatament spiċċajna wisq bħall-pajjiż qrib tagħna, fejn l-iktar wieħed li daħak bin-nies jista’ jkun li spiċċa jilleġisla hu stess biex jeżenta lilu nnifsu minn akkużi ta’ korruzzjoni. Ta’ qabilna ġġieldu għal drittijiet biex jieklu u jorqdu. Iżda ninsabu wisq ċassi naħsbu li l-arloġġ qatt ma jista’ jerġa’ jdur lura.

www.lornavassallo.com

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.