www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Bejn kandidat u deputat
minn Lorna Vassallo

Il-Ġimgħa l-oħra bdejt nitkellem dwar jekk għandux ikollna, illum il-ġurnata, elezzjonijiet każwali. Stqarrejt ukoll li nemmen li l-elezzjonijiet każwali jistgħu jintużaw bħala għodda aktar effettiva sabiex il-partit isaħħaħ distretti fejn għandu inqas appoġġ.



Iktar pjan

Wieħed irid jiftakar li fejn hemm elezzjonijiet każwali – minkejja li jkunu telgħu, per eżempju tliet kandidati, il-fatt li tela’ r-raba’ wieħed, tliet kwoti jkunu qegħdin jiġu estiżi għal erba’ kwoti jew siġġijiet Parlamentari. U ovvjament, b’riżultat t’hekk, l-elettorat tad-distrett ikollu iktar għand min jirreferi.

Li hu żgur hu li fl-għażla tad-distretti kif saru fl-elezzjoni li għaddiet, fejn saru l-elezzjonijiet każwali għall-Partit Laburista se jgħinu ħafna lil distretti fejn diġà hemm maġġoranzi kbar Laburisti. Fit-tabella ma’ dan l-artiklu jidhru s-siġġijiet Parlamentari li ttellgħu minn kull distrett magħżul. Is-siġġu li ttella’ permezz ta’ l-elezzjoni każwali, għalkemm il-Membru Parlamentari se jissostitwixxi lil min ċedielu postu, jien qiegħda nżidu. Dan għax wara kollox, kemm dak li ċeda postu kif ukoll dak li tela’ floku, jiġi kkonsidrat min-nies bħala kandidat ‘tagħhom’. Fejn hemm siġġu ‘miżjud’ bl-elezzjonijiet każwali dan huwa mmarkat b’asterisk (*).

Wieħed jista’ jirrifletti dwar x’effett ikollhom l-elezzjonijiet każwali fuq distrett partikolari billi jeħodhom każ każ u jqabbel ir-riżultat ta’ bejn elezzjoni u oħra. L-ikbar problema biex isir dan huwa t-tibdil fid-distretti u wieħed irid iżomm f’moħħu li minn żmien għal żmien ikun hemm dan it-tibdil. Iżda, fuq kollox, wieħed jista’ anke jgħid li, minkejja li jinbidlu d-distretti, kandidati b’saħħithom jibqgħu dejjem b’saħħithom, li jagħti x’jifhem ukoll li minkejja t-tibdil minn darba għal oħra, in-numru ta’ voti li jappartjeni għal partit jew ieħor ftit li xejn ikun qed jinbidel biex jinfluwenza daqshekk ir-riżultat. Jiena stħarriġt ftit billi ħarist lejn diversi distretti b’kandidat li tela’ b’elezzjoni każwali u oħrajn mingħajru.

Jidher ċar li l-għażla tad-distrett fejn qegħdin jittellgħu kandidati permezz ta’ l-elezzjonijiet każwali qiegħda tħalli riżultati dibattibbli. Hemm distretti fejn wara li żdied deputat żdiedu wkoll il-voti. Hemm oħrajn li minkejja li għal elezzjoni wara l-oħra kellhom siġġu iktar fil-Parlament mhux talli ma żiedux fil-voti, iżda naqqsu. Għalkemm wieħed irid dejjem iżomm f’moħħu li d-distretti jinbidlu, dan ifisser li l-appoġġ għall-partit qed jibqa’ l-istess. M’inix qed nirripproduċi r-riċerka tiegħi għal diversi raġunijiet, fosthom dik li ma nixtieqx nikkummenta dwar distretti partikolari u b’riżultat t’hekk dwar individwi partikolari.



Iktar deputati iktar voti?

Fejn il-voti jibqgħu l-istess, jew saħansitra jonqsu, dan jista’ jfisser li l-elettorat iħares iktar lejn il-partit kollettivament iktar milli lejn il-kandidati individwali. Iżda jista’ jagħti wkoll il-każ li meta l-partit jagħżel liema distretti jinżammu jew jitwaqqgħu, mhux qed jagħmel l-għażla t-tajba.

Meta wieħed jiġbor flimkien każijiet ta’ distretti partikolari, però, jidher li iktar minn kemm għandek siġġijiet forsi huwa importanti min huma l-kandidati jew deputati. Jekk il-partit joħloq sistema fejn ċerti kandidati huma moħħhom mistrieħ li jitilgħu dejjem, u l-oħrajn huma qalbhom maqtugħa li xi darba jitilgħu, allura xogħol fuq id-distrett ma jsirx. Nieħu l-impressjoni li dan l-iżball jagħmluh iż-żewġ partiti. Kemm kandidati kif ukoll eks-deputati f’ċirkostanza ta’ elezzjoni jkunu qegħdin jistudjaw ma’ min qegħdin jikkompetu. Jekk ħadd mill-kandidati ma jaħdem, il-kbar ikunu moħħhom mistrieħ li m’għandhom l-ebda kompetizzjoni u ż-żgħar lanqas ma jikkompetu bejniethom. Iżda fl-aħħar mill-aħħar huwa l-partit li qed ibati. Il-kwalità tal-kandidati hija importanti ħafna.



Kandidati li ma telgħux

U fil-fatt, hemm studju ieħor, ferm iktar diffiċli li jista’ jsir iżda li żgur ma teżisti ebda statistika dwaru. Dan huwa dwar il-kwalità u x-xogħol magħmul minn kandidati li ma telgħux. Ikun hemm ċerti kandidati li għalkemm ikunu ħadmu ħafna ma’ l-elettorat, xorta l-għadd ta’ voti li finalment jiksbu ma jkunx jirrifletti x-xogħol li għamlu. F’din l-elezzjoni kellna wkoll diversi kandidati bħal dawn, uħud magħrufin biss mad-distrett tagħhom u oħrajn anke fuq it-televiżjoni, li ħadmu kontinwament ma’ l-elettorat. Lil dawn l-ebda għadd tal-vot m’hu qed jiġġustifikalhom xogħolhom.

Huwa għalhekk, iżda, li l-partit internament għandu jkun għajnejh miftuħin għal dawn l-elementi ġodda li jkollhom pontenzjal kbir, iżda li, jew minhabba ċ-ċirkostanzi, jew minħabba nuqqas ta’ spazju fuq id-distrett, ma kellhomx suċċess konkret. Partit immexxi b’mod intelliġenti jrid jara li dawn l-elementi jibqa’ jħaddimhom fi ħdanu u mhux jinsihom. Kull kandidat huwa għajn ta’ informazzjoni dwar diversi lokalitajiet fuq id-distrett. Mhux kull kandidat jaħdem, iżda dawk li jkunu ħadmu ħafna, sta għall-partit li jisfrutta t-talent tagħhom għall-vantaġġ tiegħu. Tista’ tkun din ukoll waħda mill-għodda għal aktar inklussività. U ma nemminx li l-Partit Laburista ħadem biżżejjed fuqha s’issa. Forsi hawnhekk ukoll nistgħu nimxu b’mod aħjar milli mxejna s’issa.





Distrett Siġġijiet MLP Siġġijiet PN MLP PN

Ewwel Distrett 3 2 49.73% 49.26%

Tieni Distrett 5* 2* 66.67% 31.93%

Tielet Distrett 4* 2 62.47% 35.70%

Raba’ Distrett 3 2 61.51% 37.26%

Ħames Distrett 5* 1 60.29% 38.28%

Sitt Distrett 4* 2 53.64% 45.32%

Seba’ Distrett 3 3* 50.61% 47.79%

Tmin Distrett 3* 3 41.38% 56.52%

Disa’ Distrett 2 4* 36.19% 61.12%

Għaxar Distrett 3* 4* 33.91% 63.20%

Ħdax-il Distrett 2 4* 35.72% 61.31%

Tnax-il Distrett 2 4* 38.97% 58.61%

Tlettax-il Distrett 2 3 42.90% 55.35%





Għal kummenti jew suġġerimenti lornav@onvol.net

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.