www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Politika plus
minn Lorna Vassallo

Jidher li t-tellieqa għat-tmexxija tal-Partit Labu- rista bdiet sewwa. Li wieħed jiddibatti dwar il-prinċipji huwa tajjeb ħafna. Huwa korrett mija fil-mija. Iżda nemmen bis-sħiħ li l-aħħar elezzjoni qajla ġiet miġġielda fuq il-prinċipji.

Nibdew biex, ħafna mill-votanti lanqas biss jafu x’inhu prinċipju jekk isibuh bhala kelma fid-dizzjunarju. Dan, aħseb u ara kemm jafu liema suppost huma l-prinċipji li fuqhom suppost jimxu l-partiti skond l-ispettru politiku.

Nahseb li ninsabu pjuttost f’sitwazzjoni fejn il-lemin qed jirkeb bil-kbir lix-xellug għax inħolqot sitwazzjoni politika fil-pajjiż li timxi independement mill-prinċipji. Prinċipji u mhux prinċipji, il-Partit Nazzjonalista rebaħ din l-elezzjoni bil-favuri u l-pjaċiri ta’ qabel l-elezzjoni.

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista mexxa l-partit tiegħu bi stil imprenditorjali. Dan wasslu biex joħloq iktar u iktar mezzi finanzjarji li bihom seta’ kemm jorganizza kampanja aħjar kif ukoll jiġbed aktar nies lejh.

In-nies ġibidhom billi mpjegahom miegħu hu stess jew ma’ kummerċjanti li ssimpatizza magħhom, jew billi jiem qabel l-elezzjoni pprovdielhom dak li kellhom bżonn (allegatament minn flus sa ‘fridges’) konkretament ħalli jaqdihom fil-ħtiġiet tagħhom. Jidher ovvju li Żeża iktar tieħu pjaċir tingħata rigal qabel l-elezzjoni milli tipprova tifhem x’inhuma prinċipji.

Mentri l-Partit Nazzjonalista mexxa kumpaniji sussidjarji tiegħu u mmobilizza lin-nies tiegħu ħalli jonfqu flushom għandu, biex b’hekk jibbenifika b’mod massimu mir-riżorsi finanzjarji ta’ min jappoġġjah, il-Partit Laburista rrestrinġa bil-kbir il-kumpaniji sussidjarji tiegħu.

Jista’ jkun li sar ukoll l-iżball li l-hekk magħrufa awtonomija fis-Super One spiċċat biex ġabet qliegħ lis-Super One mingħajr ma bbenifika minnha wkoll il-Partit. Mentri Partit Nazzjonalista xorta ttallab il-flus lin-nies tiegħu fil-maratoni tal-ġbir tal-fondi, minkejja li kellu diversi mezzi ta’ ntrojtu ieħor, il-Partit Laburista baqa’ fuqhom biss. Iżda, iktar milli hekk, il-PN mexa id f’id ma’ kumpaniji privati magħrufin minn kulħadd u “issussidjahom” meta kienu fil-bżonn – bi flus ġejjin minn fondi pubbliċi.

Minkejja d-difetti akuti kollha tal-membri kollha tal-Kabinett, il-PN jista’ jgħid li rnexxilu jirbaħ elezzjoni oħra bil-flus. Bħala partit ta’ l-opportunisti iktar milli ta’ l-opportunitajiet. Iżda, hija għalxiex hija r-rebħa (speċjalment quddiem il-passività li qed juri l-Partit Laburista quddiem ċertu manuvrar ta’ ‘żmien l-elezzjoni’) l-aqwa li hija rebħa.

Ħames snin oħra s-sitwazzjoni minn dan il-lat għall-Partit Laburista se tkun ferm agħar. Partit Nazzjonalista fl-2003 kellu ħbieb li qegħdin jimpjegaw tant nies u li kellhom tant saħħa finanzjarja. Dawn sa ħames snin oħra se jkomplu jissaħħu, speċjalment jekk jibqgħu mwieżna b’“sussidji artifiċjali” mill-Gvern u jirbħu kuntratt wara l-ieħor filwaqt li jibnu artijiet mhux fiż-żona ta’ żvilupp. Ħames snin oħra saħansitra l-vantaġġ ta’ ‘incumbency’ - jiġifieri ta’ dak li diġà qiegħed fil-Gvern – se jkompli jintuża u jista’ jkun jissaħħaħ. Kulħadd jaf ukoll li l-PN qatt ma staħa juża dan il-vantaġġ fil-miftuħ. Kollox fuq kollox, kif jgħid il-Malti, il-flus jagħmlu l-flus. Però ħames snin oħra se jgħaddu wkoll minn fuq il-Partit Laburista. U dawn se jkomplu jservu biex lill-Partit Laburista jkomplu jaqtgħulu saqajh finanzjarjament.

Allura, jekk it-teżi li ħriġt biha jien illum hija vera… jista’ xi darba jagħmel xi ħaġa il-Partit Laburista biex almenu jekwilibrija l-poter finanzjarju tiegħu ma’ dak tal-Partit Nazzjonalista għal ħames snin oħra fil-Gvern?

Iva, jista’. Jista’ u kif. Jista’ l-ewwelnett jimxi fuq linji intraprenditorjali. Jista’ joħloq kumpaniji sussidjarji li jimxu bl-istess suċċess tal-One Productions. Għandu għad-dispożizzjoni tiegħu żewġ armi qawwija ħafna. Il-problema li mhux jużahom, jew mhux biżżejjed.

L-ewwel arma hija li għandu nofs ir-riżorsi umani tal-pajjiż, u ċioè, li għandu nofs il-pajjiż li jappoġġjah u għandu lealtà kbira lejh li jista’ jimmobilizzah favurih fi x’ħin irid. It-tieni, għandu litteralment stazzjon televiżiv sħiħ biex kwalunkwe attività/kumpanija li tiġġenera qliegħ lill-partit jagħtiha l-ispinta li jixtieq fuq is-suq. Nies bħali diġà pproponew kemm-il darba dawn l-ideat fil-partit.

Nista’ ngħid li ftit li xejn twettqu minnhom. Iżda l-verità hi li b’xi mod jew ieħor, imqanżaħ kemm hu mqanżaħ, il-Partit Nazzjonalista rebaħ elezzjoni oħra u l-Partit Laburista tilef elezzjoni oħra.

Kull idea, ambizzjuża kemm hi ambizzjuża għandha tiġi mismugħa mit-tmexxija tal-partit. Soluzzjonijiet hemm ħafna iżda jridu jiġu diskussi fiċ-ċrieki ġewwinija tal-partit u mhux pubblikament fuq il-gazzetti. Il-vijabilità ta’ kull idea tista’ tinħadem professjonalment u dettaljatament. Dan kollu jpoġġi lill-partit f’sitwazzjoni finanzjarja aħjar biex mill-Oppożizzjoni jgħin lin-nies tiegħu stess.

Jista’ jkun li bil-mentalità konsumerista tal-lum il-politika biss m’għadhiex biżżejjed, iżda li dħalna fl-era tal-politika plus.

www.lorna vassallo.com


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.