www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

X’tgħid il-Liġi…
minn Lorna Vassallo

Diversi persuni staqsewni fil-ġimgħat li għaddew dwar x’tgħid eżattament il-liġi fejn tidħol korruzzjoni f’Elezzjoni, Ġenerali jew mhix. Huwa għalhekk li ddeċidejt li nitkellem dwar x’tgħid eżattament il-liġi, jew liġijiet dwar dan.

L-ewwelnett, kemm il-Kostituzzjoni (li hija l-liġi suprema tal-pajjiż u li trid żewġ terzi tal-Parlament biex jinbidlu artikli minnha), kif ukoll l-Ordinanza Elettorali dwar il-Votazzjoni (bl-Ingliż ‘Electoral – Polling – Ordinance’) Kap. 102 tal-Ligijiet ta’ Malta, jitkellmu dwar dan bl-iswed fuq l-abjad u dettaljatament.

Snin ilu kont tkellimt fuq gazzetta bl-Ingliż, dwar dak li kien kontemplat fil-Kostituzzjoni ta’ Malta, meta kwalunkwe ċittadin, fi żmien tlett ijiem mit-tħabbir tar-riżultat ta’ elezzjoni jallega tixħim u/jew prattiċi korrotti fil-votazzjoni. F’każ li dan jiġri, l-elezzjoni tiġi sospiża u jkollhom jerġgħu jsiru votazzjonijiet mal-pajjiż kollu jew f’partijiet minnu.

Wara l-elezzjoni li għaddiet inħolqot din is-sitwazzjoni, iżda l-artikli li jistgħu japplikaw ma kinux dawk tal-Kostituzzjoni, iżda ta’ l-Ordinanza Elettorali dwar il-Votazzjoni għax it-tlett ijiem kienu għaddew.

Hawn taħt qiegħda nirriproduċi fi kliemi, mingħajr ebda repetizzjonijiet żejda li jinsabu fil-proviżjonijiet tal-liġi, Artiklu 56 ta’ din l-Ordinanza. Dan mhux l-uniku artiklu li jitkellem dwar prattiċi korrotti jew tixħim, iżda huwa forsi l-aktar wieħed validu fiċ-ċirkostanzi.

L-offiża ta’ tixħim kontemplata f’din l-Ordinanza (Art. 56) tiġri f’dawn il-każi:

a) Kull persuna li f’ismu proprju jew għal persuna oħra, jagħti, jislef jew jaqbel li jagħti jew jislef, jew joffri, iwiegħed jew iwiegħed li jottjeni, jew jieħu passi biex jottjeni, kwalunkwe flus jew konsiderazzjoni valutabbli fi flus lil jew għal kwalunkwe votant, jew lil jew għal kwalunkwe persuna oħra f’isem dak il-votant, jew lil jew għal kwalunkwe persuna oħra, biex iġiegħel kwalunkwe votant jivvota jew joqgħod lura milli jivvota, jew b’korruzzjoni jagħmel kwalunkwe att kif kontemplat hawn fuq fil-konfront ta’ tali votant meta jkun ivvota jew naqas milli jivvota fi kwalunkwe elezzjoni taħt din l-Ordinanza;

b) Kwalunkwe persuna li, direttament jew indirettament, waħdu jew b’persuna oħra taġixxi f’isimha, jagħti jew jottjeni…, kwalunkwe uffiċċju, post jew impjieg…;

ċ) … jagħti rigal, self, offerta, wegħda, ottjeniment kif hawn fuq imsemmi, lil jew għal kwalunkwe persuna biex iġiegħel tali persuna biex jipprokura jew jipprova jipprokura r-ritorn ta’ kwalunkwe persuna bħala mem-bru tal-Kamra tar-Rappreżentanti jew il-vot ta’ kwalunkwe votant fi kwalunkwe elezzjoni taħt din l-Ordinanza…;

d) kwalunkwe persuna li, minħabba tali rigal, self, offerta, wegħda, prokura, jew qbil, tipprokura jew taġixxi biex, twiegħed jew tipprova tipprokura, ir-ritorn ta’ kwalunkwe persuna bħala membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti, jew il-vot ta’ kwalunkwe votant fi kwalunkwe elezzjoni taħt din l-Ordinanza;

e) kwalunkwe persuna li tavvanza, jew tħallas, jew iġġiegħel li jiġu mħallsin kwalunkwe flus lil jew għall-użu ta’ kwalunkwe persuna oħra, bl-intenzjoni li tali flus jew parti minnhom se jiġu minfuqin f’tixħim fi kwalunkwe elezzjoni… jew li b’għarfien sħiħ iħallas jew iġiegħel li jitħallsu kwalunkwe flejjes lil kwalunkwe persuna biex jagħmlu tajjeb għal flus użati f’tixħim waqt l-elezzjoni;

f) kwalunkwe persuna, li, hija votant… direttament jew indirettament… tirċievi, taqbel jew tikkuntratta għal flus, rigal, self jew konsiderazzjonijiet valutabbli, uffiċċju, post jew impjieg, għalih innifsu jew għal persuna oħra, biex jivvota jew jaqbel li jivvota jew li joqgħod lura milli jivvota…

ġ) kwalunkwe persuna li, wara l-elezzjoni, waħdu jew permezz ta’ persuna oħra f’isimha jirċievi kwalunkwe flus jew konsiderazzjoni valutabbli f’isem kwalunkwe persuna talli vvotat jew qagħdet lura milli tivvota jew li ġiegħlet kwalunkwe persuna oħra tivvota…

Il-liġi tikkontempla wkoll il-kastig għal tali reati li jikkonsistu minn multa raġonevoli kif ukoll sentenza qasira ta’ priġunerija li jibqgħu dejjem fid-deskrezzjoni tal-Qorti. Magħhom il-votant jista’ jiġi mċaħħad ukoll għal seba’ snin.

Tajjeb li wieħed iżid, iżda, li l-Ordinanza hija biss liġi u għalhekk jekk Gvern jinbidel m’għandux bżonn żewġ terzi tal-Kamra biex jibdel il-proviżjonijet tagħha.

Huwa għalhekk li, nagħtu kas, fis-sitwazzjoni preżenti, jiġi pprovat li 800 mill-voti li taw maġġoranza lill-Partit Naz-zjonalista huma vvizzjati u aktar minn 800 persuna jinstabu ħatja mill-Qorti li kisru tali liġi – gvern ġdid jista’ saħansitra jdaħħal fis-seħħ, jekk mhux il-Whistleblower’s Act il-prinċipji tiegħu u mentri jħalli l-kastigi japplikaw għal min ikun qed joħroġ il-flus, jeżenta u jillibera lil min ikun irċieva l-flus biex b’hekk ikollu inċentiv jikxef lil min offrielu jew tah il-flus.

Din il-liġi, legalment, ma titkellimx dwar x’jiġri mill-Gvern jekk jinstabu li kien hemm biżżejjed voti vvotati b’korruzzjoni. Iżda r-risposta (jew mistoqsija) issir waħda politika: Prim Ministru li kellu t-800 vot li poġġewh fil-maġġoranza li kienu kollha misjuba “vvizzjati” jista’ jkompli jmexxi l-pajjiż?

Ix-xenarju ta’ mijiet ta’ nies jiġu interrogati u misjuba ħatja mill-Qorti f’każi ta’ korruzzjoni taħt amministrazzjoni Nazzjonalista mhux xi wieħed li qatt ma rajna bħalu. Dan ġara fil-każ tat-tixħim għal liċenzji tas-sewqan kif ukoll fil-każ għal liċenzji tal-baħar.

Iżda li l-Prim Ministru u l-Ministri tiegħu jibqgħu qatt ma jieħdu r-responsabbiltà politika ta’ għemilhom ma jkunx xi xenarju ġdid lanqas. Huwa għalhekk li nemmen li, fejn il-Partit Laburista ħadem mill-inqas ħames snin biex iġib aktar minn 150,000 vot biex jikseb maġġoranza ħalli jiggverna, ma jistax ma jagħmilx l-aħħar sforz, wara l-elezzjoni biex jaħdem għal 800 vot.

Nistennew flimkien u naraw – iżda jekk Oppożizzjoni Laburista għandha tkun soda wara l-Elezzjoni 2008 – l-ewwel biċċa xogħol li għandha tagħmel hu li tieħu bis-serjetà l-Liġijiet Elettorali hi stess. Inkella, kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizjoni, ikunu qegħdin jagħtu messaġġ ċar li ċerti liġijiet qegħdin hemm għalxejn.

www.lornavassallo.com

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.