www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Leġislatura 2008
minn Lorna Vassallo

Ninsabu fi tmiem kampanja elettorali oħra. Nhar is-Sibt kulħadd jerġa' jixħet il-vot tiegħu biex jeleġġi gvern ġdid. Gvern li kif intqal għal bosta drabi matul l-istess kampanja, mhux biss gvern alternattiv iżda wkoll gvern aħjar.

Iċ-ċittadin irid iżomm biss ħaġa waħda quddiem għajnejh. Il-vot tiegħu se jiddeċiedi d-destin tal-ħames snin li jmiss. Iżda nemmen ukoll li din id-darba se tkun elezzjoni fejn l-elettorat se jkun iktar viġilanti minn qatt qabel.

Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn l-elezzjoni ġenerali 2003 din kienet waħda mimlija ngann. Ingann li jissensel minn għadd ta' wegħdi fierħa li l-gvern ta' dak iż-żmien iddeċieda li jagħmel biex jirbaħ il-leġislatura li kien imiss … u fil-fatt irnexxielu jirbaħha. U, appuntu għax rebaħha, eżatt wara l-elezzjoni bdiet ħierġa l-verità. U appuntu, setturi sħaħ tas-soċjetà Maltija, u ċioè, l-elettorat, ħarġu diżillużi. U mhux biss diżillużi, ittraduti. Ittraduti mhux f'affarijiet li bihom u mingħajrhom jgħaddu u li m'humiex essenzjali għal ħajjithom, iżda f'affarijiet li jew jikkostitwixxu l-ħobżna ta' kuljum, jew ifissru s-serħan tal-moħħ tagħhom.

Wara l-2003 l-elettorat Malti tgħallem li mhux lakemm tiċċajta bil-vot. Li l-valur tal-vot tkun tafu mhux dawk il-ftit minuti li ddum tikkjuwja sakemm tivvota iżda l-ħames snin ta' wara. Tgħallmu wkoll li l-elezzjoni mhix xi logħba futbol li warajja toħroġ ixxejjer il-bnadar u ddur mat-toroq u wara jispiċċa kollox. Tgħallem ukoll li s-sabiħ ta' qabel l-elezzjoni malajr isir l-ikraħ ta' wara. U tgħallem li mhux kull ma jleqq hu deheb. U li l-wegħda huwa ferm iktar importanti min jagħmilha milli x'inhi.

Fil-waqt li wieħed jirċievi għadd ta' karti kuljum mal-posta, il-programmi elettorali tal-partiti suppost isiru ferm magħrufa. Il-Partit Laburista jista' jgħid li ilu li ħejja l-programm elettorali tiegħu. Iżda jista' jiftaħar ukoll li l-programm elettorali tiegħu għandu xi ħaġa iktar minn dak tal-Partit Nazzjonalista. U fil-fatt din il-ħaġa hija proprju l-fatt li l-programm elettorali tiegħu mhux biss tiegħu mhux biss tiegħu! Huwa wkoll ta' kull min ipparteċipa fih – kull min laqa' t-talba tal-Partit Laburista li jikkollabora miegħu. U dan seta' jinħass li qed isir fuq l-aħħar sentejn jew tlieta ta' qabel l-elezzjoni.

Min-naħa l-oħra l-Partit Nazzjonalista il-Programm Elettorali tħejja wara bibien magħluqa, b'kor ta' sieħba soċjali jilmentaw fit-toroq, fil-gazzetti u fuq il-mezzi tax-xandir li qed iħossuhom abbandunati u injorati. Kelma ċirkustanzi fejn ftehmet li ntlaħqu ħarġu ministri jgħidu li ma kinux lanqas jeżistu. Kellna konferenzi stampi msejħa minn ministri li bi ftehim jew mingħajru ġew ibbojkottjati mill-għaqdiet konċernati sforz in-nuqqas ta' fiduċja fihom. Kellna skandli li ħarġu fil-beraħ li għal darba wara l-oħra s-sena l-oħra biss ħammru wiċċ il-gvern u kellna PM li x'ġara, jew għax ma setax jagħmel aħjar jew għax ried jipproteġihom, ħalla l-ministri kollha f'posthom. U li bihom se jerġa' jmur lura għall-elezzjoni.

U minbarra bejn partit u ieħor l-elettorat se jkollu jagħżel bejn kandidat u ieħor. Din is-sena r-riżultat ta' l-elezzjoni jista' jkun wieħed kemmxejn differenti wkoll. Dan bis-saħħa ta' l-emendi tal-liġi elettorali. Se jkollna parlament ikbar. Jistgħu jinbidlu xi wċuh. U huwa għalhekk ukoll li l-elettorat jidher li huwa lest ukoll li jilqa' membri parlamentari u ministri ġodda. Forsi għad ikollna parlament mhux biss b'uċuh ġodda iżda wkoll iktar żagħżugħ u iktar nisa. Kollox jiddependi fuq kif jintefgħu l-voti nhar is-Sibt li ġej.

Bis-sistema elettorali ġeneruża tagħna l-elettorat għandu jserraħ rasu minn ħaġa waħda … li dejjem jista' juża l-preferenzi. U dawn jistgħu jiġu applikati mhux biss bejn kandidat u ieħor iżda wkoll bejn partit u ieħor. Nemmen li l-użu tal-preferenzi se jiġi wżat iktar b'kawtela din l-elezzjoni għax bħal f'kull ħaġa oħra, daqskemm il-poplu ġie deluż minn xi wċuh, daqshekk ieħor jixtieq jagħti opportunità lil uċuh ġodda.

Nagħlaq billi sinċerament nispera li l-artiklu li jmiss tiegħi mhux biss niktbu taħt gvern ġdid iżda wkoll, forsi, b'kappell ġdid.

Nirringrazzja lil dawk kollha li bagħtu l-messaġġi kollha ta' inkoraġġiment dawn l-aħħar jiem.

www.lornavassallo.com

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.