www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Kontu tafu li…
minn Lorna Vassallo

Illum xtaqt nerġa’ nikteb għall-aħħar darba artiklu dedikat lil dawk kollha li laqgħuni b’xi mod jew ieħor ġewwa darhom matul il-kampanja twila tiegħi u li wassluli l-għarfien tiegħi ta’ dak li qed jiġri madwarna. Il-Partit Nazzjonalista, jekk m’huwa espert ta’ xejn, huwa espert tal-psikoloġija. Jaf kif jaħdem moħħ il-bniedem u iktar minn hekk ... moħħ il-votant.

Dak li jaf il-Partit Nazzjonalista huwa li ħafna mill-elettorat ma jindunawx bil-problema qabel ma din tolqot lilhom personalment. Huwa l-element ta’ l-egoiżmu li jirrenja mhux ftit, sfortunatament, fejn il-bniedem jaħseb biss fih innifsu, u jekk hu sewwa hu sewwa kulħadd. Il-bniedem jgħix ukoll bl-illużjoni li dak li ġara lil ħaddieħor ma jista’ qatt jiġri lilu.

Hemm saħansitra nies li jgħixu ħajjithom maqtugħin kompletament mis-soċjetà ta’ madwarhom. Hemm min lanqas l-aħbarijiet tal-ġurnata ma jisma’ (li huma minoranza kbira), iżda mbagħad hemm min jisma’ l-aħbarijiet ta’ naħa waħda biss (li huma l-maġġoranza assoluta).

M’għandniex xi ngħidu, PN jibbrilla ma’ dawk li ma jafux x’inhu jiġri madwarhom – għax huwa biss fl-interess ta’ min imexxi ħażin li l-poplu ma jkunx jaf kif qegħdin jitħaddmu flusu. Ma’ dawn il-pożi u l-gideb huma biżżejjed.

Iżda lanqas dak il-bniedem li jisma’ l-bulettini ta’ l-aħbarijiet kollha ma jkun jaf eżatt x’qed jiġri. Hija din l-iskola ta’ kull min huwa fil-politika. L-università vera tat-triq. Dik li ġġib l-informazzjoni mingħand nies differenti. Huma l-aħbarijiet fenomenali u kbar li jaslu sal-Kamra ta’ l-Aħbarijiet u jiġu nklużi fil-bulettini.

Iżda jkun hemm għadd ta’ affarijiet oħrajn żgħar għaddejjin li għalkemm idejqu ħafna lil min irid jissaportihom, ħadd ma jdoqq trumbetti dwarhom. Hemmhekk l-ineffiċjenza, korruzzjoni, irregolaritajiet, inkompetenza tal-gvern tkun qed tisraq mill-kaxxa tal-poplu ammonti żgħar flok ammonti kbar iżda li kif jgħid il-Malti “tieħu bla ma trodd is-swar tħott”.

Huwa għal dawn l-affarijiet li xtaqt niddedika wieħed mill-aħħar artikli tiegħi. Mill-informazzjoni li tajtuni intom... safejn tafu intom... u liema informazzjoni għaddejtuli b’ġenwinità. Per eżempju ...

Kontu tafu li... sa ftit żmien ilu l-larinġ li kien jinqata’ minn ħaddiema tal-Gvern mill-ġonna kbar tal-Buskett u ta’ San Anton u ġonna oħrajn pubbliċi kienu jingħataw lill-Istituti u sptarijiet u li issa li daħal konsorzju privat flok jingħataw b’xejn qegħdin jinbiegħu mill- konsorzju.

Kontu tafu li.... persuni li jaħdmu barra minn Malta speċjalment fuq riggijiet taż-żejt qabel kienu jgawdu minn “ceiling” ta’ Lm600 ta’ kemm iħallsu taxxa u issa tneħħielhom bil-konsegwenza li qegħdin iħallsu ħafna iktar minn Lm600?

Kontu tafu li ... ħaddiema Maltin f’Dubai jintalbu l-visa fl-ajruport mentri ħaddiema mill-Ingilterra, Irlanda, Ġermanja u Italja ma jintalbux?

Kontu tafu li ... għadd ta’ studenti li ħarġu bi kwalifiki fil-livell ta’ Diploma minn korsijiet ġodda fl-MCAST qegħdin imorru għand min iħaddem u ma jkun jaf xejn dwar kemm dawn id-Diplomi jsarrfu?

Kontu tafu li... persuni li għamlu korsijiet partikulari fil-qasam tas-Saħħa wara erba’ snin kors fultajm qalulhom li huma ntitolati biss sabiex japplikaw għall-grad ta’ ‘Health Assistant’?

Kontu tafu li ... studenti tal-fisjoterapija minkejja li ġew imwiegħda li se jaħdmu immedjatament malli jispiċċaw il-kors qegħdin jispiċċaw jitħallew bla xogħol għal mill-inqas sena wara li jlestu l-kors?

Kontu tafu li ... hawn nies bi ħwienet suppost diġà ilhom ix-xhur li għalqu l-ħanut tagħhom għax ma jistgħux ilaħħqu ma’ l-ispejjeż, is-soprataxxa tad-dawl u l-ilma u multi tas-sanità u ma għalquhx biss għax qegħdin jittamaw fi Gvern Laburista?

Kontu tafu li ... jekk dawn in-nies jagħlqu l-ħwienet tagħhom jispiċċaw huma wkoll fuq il-lista ta’ nies qegħdin jirreġistraw għax-xogħol?

Kontu tafu li ... flus li suppost kienu mwiegħda biex jitranġa moll imkisser li jintuża għall-‘fishfarm’ tal-Mistra spiċċaw biex intużaw għal slipway l-Imsida minflok, bil-konsegwenza wkoll li dan il-moll għadu mkisser sal-lum?

Kontu tafu li ... żagħżugħ li għandu karozza tal-linja jrid ilaħħaq ma’ spejjeż ta’ Lm600 diesel fix-xahar u ħlas regulari ta’ self biex xtara l-istess karozza tal-linja ta’ Lm500 oħra fix-xahar?

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.