www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

L-Imdina u San Giljan ... Il-preferuti mal-kriminali
minn Victor Vella

Li kieku kelli nistaqsikom x’hemm komuni bejn San Ġiljan u l-Mdina persważ li żgur li se tarawha ftit stramba li ssib li hemm xi ħaġa komuni bejniethom. Dan għax il-postijiet huma differenti totalment, wieħed magħruf għat-traffiku u kummerċ u l-oħra bħala “l-Belt siekta”. Wieħed hu lokal li kiber ħafna riċentament u l-oħra l-belt l-antika. Forsi jkun hemm min jgħid li ż-żewġ lokalitajiet iżuruhom ħafna nies u turisti. Ma’ dawn tridu żżidu il-kriminali. Kemm San Ġiljan kif ukoll l-Imdina, jiġu fl-ewwel postijiet f’dak li hu riskju ta’ kriminalità.

B’mod ġenerali jidher biċ-ċar, li ż-żoni turistiċi huma l-aktar imfittxijin mill-kriminali kemm għas-serq mid-djar, ‘pickpocke-ting’, serq mill-karozzi u kriminalità oħra. Ir-riskju f’dawn il-postijiet bl-Imdina magħhom, hu deskritt bħala “għoli ħafna – jiġifieri bejn darbtejn u ħames darbiet aktar mir-rata tar-riskju nazzjonali”. Minkejja li San Ġiljan u l-Imdina, ilhom sa mis-sena 1998 jidhru li huma fost dawk bl-akbar riskju ta’ kriminalità, dawn baqgħu fl-istess pożizzjoni sas-sena li għaddiet, bil-mistoqsija li tqum hi dik ta’ kemm qiegħda tkun effettiva s-sorveljanza tal-Pulizija f’dawn iż-żoni.

Analiżi mifruxa fuq għaxar snin tal-kriminalità f’Malta, liema analiżi tħejjiet permezz ta’ apparat ‘state of the art’ imsejjaħ Geograhical or Spatial Information Systems (GIS) b’informazzjoni li tasal għand il-Pulizija Maltija, Dr Saviour Formosa, juri r-riskji ta’ kriminalita f’ċerti bliet u rħula, u żoni speċifiċi fihom.

Ir-riskju ta’ kriminalità fit-totalità tagħha

Jekk wieħed jieħu l-kriminalità fit-totalità tagħha, jiġifieri li tiġbor kollox, naraw li mill-analiżi jirriżulta li fis-sena 1998 il-post bl-ogħla riskju ta’ kriminalità – li jfisser li r-riskju fih hu ta’ ħames darbiet tar-rata nazzjonali, kien San Ġiljan. Warajh ġie San Pawl il-Baħar, l-Imdina, il-Floriana, il-Belt Valletta u Ta’ Xbiex.

Fis-sena 1999, irriżulta li San Ġiljan baqa’ bl-ogħla riskju u warajh b’riskju ta’ kriminalità deskritt bħala “għoli ħafna” li jfisser riskju ta’ bejn darbtejn u ħames darbiet ir-rata nazzjonali, ġew San Pawl il-Baħar, l-Imdina, Floriana, Valletta u Ta’ Xbiex. F’din is-sena, fir-riskju għoli ħafna daħlu ukoll il-Pietà u Ta’ Xbiex.

Fis-sena 2005 - 2006

Jekk nieħdu s-snin 2005 u 2006, naraw li San Ġiljan u l-Imdina baqgħu jkunu fl-ewwel żewġ postijiet fejn jidħol riskju ta’ kriminalità. San Ġiljan li dejjem issibu bil-kulur aħmar fuq il-mappa, jfisser li jinsab bl-ogħla riskju u l-Imdina b’riskju għoli ħafna. Fis-sena 2005 b’riskju għoli ħafna insibu lil San Pawl il-Baħar, il-Belt Valletta, il-Floriana u Tas-Sliema. Fis-sena 2006, l-istess postijiet baqgħu l-aktar postijiet b’riskju ta’ kriminalità. Ta’ min jgħid li kuntrarjament għas-snin 1998-1999, is-snin 2005-2006 daħlet fir-riskju għoli ħafna, Tas-Sliema, post ieħor turistiku.

Postijiet b’riskju għoli ta’ kriminalità għas-sena 2006 insibu lil Ta’ Xbiex, il-Gudja, il-Mellieħa, l-Imsida, San Lawrenz, Pembroke, il-Marsa, Wied il-Għajn, il-Pietà, il-Munxar, Birżebbuġa, Raħal Ġdid u l-Birgu.

Ir-riskju ta’

serq mid-djar

Fuq dan il-punt, l-analiżi turi riżultati li nbidlu kompetament bejn is-snin 1998-1999 u 2005-2006. Naraw li fis-sena 1998, ix-Xgħajra u San Pawl il-Baħar kienu ġew klassifikati bħala postijiet bl-ogħla riskju ta’ serq mid-djar. Warajhom, klassifikati bħala b’riskju għoli kien hemm San Ġiljan, Għasri, Żebbuġ Għawdex, Swieqi, Ta’ Xbiex, Wied il-Għajn, Munxar u l-Mellieħa. Fis-sena 1999, il-klassifika nbidlet ftit billi San Pawl il-Baħar ġie klassifikat bħala li hu bl-ogħla riskju għal serq mid-djar waqt li x-Xgħajra ġiet klassifikata bħala b’riskju għoli ħafna flimkien maż-Żebbuġ Għawdex, San Ġiljan, Munxar, Swieqi, Għarb u l-Mellieħa. Wied il-Għajn u Ta’ Xbiex ma baqgħux klassifikati bħala li huma f’riskju għoli.

Għas-snin 2005 u 2006, il-klassifika ta’ liema rħula u bliet huma fl-ogħla u f’riskju kbir ħafna ta’ serq minn proprjetà inbidlet. Dan hekk kif fis-sena 2005, San Lawrenz ġie deskritt bħala l-post bl-akbar riskju. Warajh b’riskju għoli ħafna ġew il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u San Ġiljan. Għas-sena 2006, kien San Ġiljan li kien deskritt bħala l-post bl-akbar riskju ta’ serq minn proprjetà u warajh b’riskju għoli ħafna ġew l-Imdina, San Pawl il-Baħar, il-Belt Valletta, il-Floriana u Tas-Sliema.

Il-postjiet b’riskju kbir li jisirqulek il-karozza jew ta’ ġo fiha

Fejn jidħol ir-riskju tas-serq mill-karozzi naraw li fis-sena 1998, San Ġiljan, kien klassifikat bħala bl-ogħla riskju għal din it-tip ta’ kriminalità u warajh ġew l-Imdina, il-Floriana, Wied il-Għajn, San Pawl il-Baħar, Pietà, Ta’ Xbiex u l-Mellieħa.

Jekk nieħdu s-sena 2005, naraw li l-Imdina u San Ġiljan, ġew klassifikati bħala l-ogħla riskju ta’ serq ta’ karozzi u affarijiet ta’ ġo fihom. Warajhom deskritti b’riskju għoli ħafna ġew il-Floriana, Pietà, San Pawl il-Baħar u l-Belt Valletta. Għas-sena 2006, San Ġiljan ġie deskritt bħala l-ogħla riskju, u warajh ġew l-Imdina, San Pawl il-Baħar, il-Belt Valletta, il-Floriana u Tas-Sliema.

Postijiet klassifikati bħala b’riskju għoli li fihom isir serq mill-karozzi huma Ta’ Xbiex, Gudja, Mellieħa, Msida, San Lawrenz, Pembroke, Marsa, Wied il-Għajn, Pietà, Munxar, Marsaxlokk, Birżebbuġa, Raħal Ġdid u l-Birgu.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  Kuntratt mill-Gvern għal Żaren Vassallo u Alex Tranter:
MILJUN IEĦOR!
·  ‘Hold-up’: “Daħal għalija u għal ibni ta’ sitt snin b’sikkina”
·  Il-prezzijiet ta’ ċerti mediċini:
Roħs li ma jserraħx l-imħuħ
·  Jorħos il-petrol b’2ċ wara li għola l-gass b’30ċ
·  Jieħdu n-nar ‘tyres’ fil-Badger Karting
·  Ikomplu l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:
Żewġ ħaddiema gravi
·  Iż-żewġ żgħażagħ li nqabdu jisirqu mill-MCAST
ta’ Kordin mill-għassies jitressqu l-Qorti
·  Mixlija b’attentat ta’ frodi ta’ flus permezz ta’ theddid
·  Waqt laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ:
Diskussa l-ittra formali tal-UE
·  Jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib:
L-FKNK twissi lill-membri biex josservaw il-liġi
·  Tkompli l-ħidma fuq l-emblema ġdida tal-PL
·  Il-kumpanija GO tirreġistra profitt
·  31 twissija dwar prodotti perikolużi f’sentejn u nofs
·  Vodafone Malta Foundation:
Stazzjon tat-temp għall-Ġgantija


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.