www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Bidu ġdid
minn Lorna Vassallo

L-iżviluppi tal-ġimgħa li għaddiet dwar l-intervent kirurġiku fuq il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, Dr. Alfred Sant, ħadu lil kulħadd għall-għarrieda. Dak li forsi, kulħadd kien iserraħ rasu minnu, jiġifieri s-saħħa u l-enerġija tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, f’daqqa waħda ġie mhedded u ddaħħal id-dubju li xi ħaġa, wara kollox, tista’ tmur ħażin.

Ix-xokk, fuq kull Malti u Maltija, kien wieħed kbir, iżda daqstant kbira kienet ukoll il-mewġa ta’ solidarjetà li ntweriet mill-bnadi kollha.

Aktar kemm joħorġu aħbarijiet dwar is-saħħa tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, aktar l-affarijiet jiċċaraw. Filwaqt li wieħed ma jistax ħlief jawgura li l-Mexxej laburista jerġa’ lura għal li kien mill-eqreb fis possibbli, u jien personalment ningħaqad mal-kor ta’ ilħna li jixtiequ dan, jidher ukoll, iżda, li malli se jiġi lura, għall-Kap ta’ l-Oppożizzjoni se jkun hemm verament bidu ġdid.

Għal ġimgħa jew aktar persuni simpatizzanti mhux biss mal-Partit Laburista iżda wkoll ma’ dak Nazzjonalista se jkollhom jgħaddu minn żmien ta’ stennija u mhux biss... żmien ta’ riflessjoni. Ħafna minna, irridu jew ma rridux, rajna lill-Kap tal-Partit Laburista f’dawl ġdid... dawl mill-aktar uman... bħala persuna fraġli li ma qagħditx lura milli taqsam magħna mumenti diffiċli b’umiltà kbira.

Kif intqal sewwa f’ġurnal partikolari tal-Ħadd bl-Ingliż, minn mindu l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni ddaħħal l-isptar, li titkellem kontra tiegħu personalment sar tabù. Ħadd ma għadu jazzarda jlissen ismu sforz ta’ rispett li ġej mill-vera ġewwieni ta’ dawk kollha li, wara kollox jafu, li ċerta kritika indirizzata lejh personalment fl-imgħoddi kienet inġusta kif ukoll eċċessiva. Kif ġiet interpretata wkoll minn bosta, bil-partit nazzjonalista jnaqqas minn fuq l-aġenda l-attakki personali diretti lejn il-mexxej Labu- rista, donnu li l-PN tilef l-unika karta li kien għad baqagħlu x’jilgħab għal din l-Elezzjoni Ġenerali.

Huwa veru li dan l-aħħar Gonzi u Sant kienu qegħdin jiġu mqabbla ħafna personalment, fejn saħansitra saru stħarriġ sħaħ fejn sempliċiment jistaqsu “Lil min tippreferi bħala Prim Ministru tal-ġejjieni, lil Gonzi jew lil Sant?” U huwa għalhekk li huwa veru li tattika politika li kienet ilha tiġi wżata s-snin kontra l-Mexxej Laburista se jkollha bilfors tiġi abbandunata, almenu sakemm il-mexxej Laburista jirpilja mill-kalamità li ħakmitu.

U allura, għalkemm il-Partit Laburista jinsab imdiehex minn banda, aktar jista’ jingħad l-istess għall-Partit Nazzjonalista li se jispiċċa jiġġieled kampanja elettorali fuq sieq waħda billi jċedi arma li kien dara juża għal snin twal.

U għalhekk, mill-mument meta Alfred Sant se jerġa’ jidher fil-pubbliku, mhux biss għall-Partit Laburista, iżda wkoll għalih personali se jkun verament bidu ġdid.

Qawmien ġdid, ‘il bogħod mid-dell ikrah li ilu jissawwar madwaru għal snin twal minn dawk li dejjem kellhom interess jagħmlu dan.

Fiċ-ċirkostanzi li żviluppaw dawn l-aħħar jiem nistgħu nkunu issa ħafna aktar ċerti li s-sena 2008 se ġġib għal Malta bidu verament ġdid.

www.lornavassallo.com


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.