|
Tard il-bieraħ fil-għaxija, fl-Isptar Mater Dei, infetħet inkjesta Maġisterjali, immexxija mill-Maġistrat Dr Audrey Demicoli, wara li ġiet skoperta serqa meqjusa bħala waħda “sensittiva”. Minn stħarriġ li għamel l-orizzont tard il-bieraħ fil-għaxija rriżulta li b’kollox insterqu għaxar RAM’s minn ‘towers’ ta’ kompjuters li kienu installati f’Sezzjoni E ta’ dan l-isptar ġdid.
|