www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

Il-Maltin iridu lill-UE tisħaq
aktar fuq l-immigrazzjoni
minn Victor Vella

Fl-aħħar ġimgħat u xhur smajna ħafna dikjarazzjonijiet minn diversi esponenti ta’ l-Unjoni Ewropea dwar il-bżonn li Malta tkun mgħejjuna fuq il-problema ta’ l-immigrazzjoni illegali. Kien hemm diversi li ssimpatizzaw mal-problemi li qiegħda tiffaċċja Malta f’dan ir-rigward. Fl-aħħar jiem ukoll il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Franco Frattini, waqt żjara f’Malta qal li “llum l-Unjoni Ewropea hi aktar konxja tal-problemi ta’ Malta”. Malta riedet li l-pajjiżi Ewropej jerfgħu ftit mill-problema tal-pajjiż billi jieħdu immigranti minn Malta, proposta li ntlaqgħet biss minn ħames pajjiżi Ewropej, bil-biċċa l-kbira jagħżlu li ma jiħdux immigranti minn Malta. Intant is-sitwazzjoni reali hi dik li din is-sena kompliet il-mewġa ta’ immigranti illegali li jidħlu f’pajjiżna, għalkemm id-destinazzjoni tagħhom tkun l-Ewropa u mhux Malta. Din is-sena diġŕ daħlu aktar minn 1,000 immigrant, fatt li qiegħed joħloq iffollar fiċ-ċentri ta’ detenzjoni.

Quddiem dan kollu l-mistoqsija li ssir hi x’iridu l-Maltin mill-UE fuq l-immigrazzjoni? Din il-mistoqsija titwieġeb b’mod ċar mill-istħarriġ ta’ l-Ewrobarometru. Fil-fatt, l-aktar riżultati popolari fost il-Maltin għal dak li jaħsbu li l-Unjoni Ewropea għandha tisħaq l-aktar biex tinbena unjoni, aktar hemm il-kwistjoni ta’ l-immigrazzjoni illegali b’persentaġġ ta’ 38 fil-mija. Wara jiġu l-enerġija bi 33 fil-mija, suġġetti ambjentali b’31 fil-mija u l-ġlieda kontra l-kriminalitŕ b’27 fil-mija.

Mill-istħarriġ ta’ l-Ewrobarometru jirriżulta wkoll li l-akbar persentaġġi għall-Maltin ta’ dawk li qalu li d-deċiżjonijiet għal Malta għandhom jittieħdu flimkien ma’ l-Unjoni Ewropea, huma dwar is-suġġetti tal-ġlieda kontra t-terroriżmu bi 89 fil-mija, xjenza u teknoloġija b’85 fil-mija, reġuni li għaddejjin minn diffikultajiet ekonomiċi bi 84 fil-mija, difiża u affarijiet barranin b’81 fil-mija u l-immigrazzjoni b’79 fil-mija.



Il-Maltin u l-Unjoni Ewropea

Intant l-istħarriġ ta’ l-Ewrobarometru jistħarreġ fuq l-immaġini ta’ l-Unjoni Ewropea mal-Maltin u naraw li 51 fil-mija jgħidu li huma favur is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. 66 fil-mija jaħsbu li Malta bbenefikat minħabba li saret parti mill-UE. 23 fil-mija jaħsbu li ma bbenefikatx u 11 fil-mija qalu li ma jafux.



Fiduċja fl-istituzzjonijiet Ewropej

Il-Maltin ġew mistoqsijin biex jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar il-fiduċja fl-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-maġġoranza assoluta għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew, fil-Kummissjoni Ewropea, fil-Kunsill ta’ l-UE u fil-Bank Ċentrali Ewropew. L-akbar fiduċja tal-Maltin hi fil-Parlament Ewropew u fil-Kummissjoni Ewropea b’68 fil-mija.



Malta u s-sħubija fl-UE

Għal diversi suġġetti l-Maltin jaqblu li Malta tinsab aħjar minħabba fis-sħubija ta’ l-Unjoni Ewropea. Infatti 62 fil-mija jaqblu li l-Maltin huma aktar siguri minħabba s-sħubija u 56 jaqblu li qegħdin aktar stabbli ekonomikament minħabba l-Unjoni Ewropea. Min-naħa l-oħra, 72 fil-mija tal-Maltin ma jħossux li huma involuti fl-affarijiet ta’ l-Unjoni Ewropea u 75 fil-mija jaħsbu li l-pajjiżi l-kbar huma aktar b’saħħithom fl-UE.

victorvella2002@yahoo.com


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  Kuntratt mill-Gvern għal Żaren Vassallo u Alex Tranter:
MILJUN IEĦOR!
·  ‘Hold-up’: “Daħal għalija u għal ibni ta’ sitt snin b’sikkina”
·  Il-prezzijiet ta’ ċerti mediċini:
Roħs li ma jserraħx l-imħuħ
·  Jorħos il-petrol b’2ċ wara li għola l-gass b’30ċ
·  Jieħdu n-nar ‘tyres’ fil-Badger Karting
·  Ikomplu l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:
Żewġ ħaddiema gravi
·  Iż-żewġ żgħażagħ li nqabdu jisirqu mill-MCAST
ta’ Kordin mill-għassies jitressqu l-Qorti
·  Mixlija b’attentat ta’ frodi ta’ flus permezz ta’ theddid
·  Waqt laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ:
Diskussa l-ittra formali tal-UE
·  Jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib:
L-FKNK twissi lill-membri biex josservaw il-liġi
·  Tkompli l-ħidma fuq l-emblema ġdida tal-PL
·  Il-kumpanija GO tirreġistra profitt
·  31 twissija dwar prodotti perikolużi f’sentejn u nofs
·  Vodafone Malta Foundation:
Stazzjon tat-temp għall-Ġgantija


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.