www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

L-izvilupp tal-vilel fir-Ramla l-Hamra
Il-Bord tal-MEPA ibbuwjat
minn Gaetano Micallef Ritratti: Charles Marsh

Għaxra mill-11-il membru li jifformaw il-Bord tal-MEPA l-bieraħ kienu ibbuwjati minn mijiet ta’ ambjentalisti li l-bieraħ attendew għal protesta nazzjonali kontra l-iżvilupp ta’ madwar 23 villa fir-Ramla l-Ħamra, Għawdex.

Wara mixja li bdiet minn Bieb il-Bieb u ntemmet fil-bidu ta’ Misraħ San Ġorġ, ħdejn il-Parlament, raġel fuq il-‘megaphone’ qara l-ismijiet ta’ l-10 membri li vvotaw favur l-għoti tal-permess għall-imsemmi proġett jiġifieri ċ-Ċermen Andrew Calleja u l-membri Catherine Galea, Leonard Callus, Michael Ellul, Saviour Gauci, Godwin Debono, Joe Tabone Iacono, Simone Vella, Joseph Falzon u Sandra Sladden.

Wara kull isem li qara, il-folla wieġbet bl-ibbuwjar kuntrarjament għal meta ssemma l-isem ta’ Joe Brincat, ir-rappreżentant tal-Partit Laburista fil-MEPA li vvota kontra, li ntlaqa’ biċ-ċapċip.


Kien għal ħabta tas-6.00 p.m. meta l-folla bdiet tinġabar f’Bieb il-Belt fejn spikkaw diversi kartelluni li l-mira ewlenija tagħhom kienet il-MEPA. Wieħed mill-kartelluni, li kellu miktub fuqu “MEPA bla b***” bl-aħħar kelma maqtugħa u bil-kliem “boċċi” flokha, ittieħed mill-pulizija qalb tisfir ta’ wħud minn dawk preżenti.

Il-kartelluni l-oħrajn ma kinux offensivi imma punġenti fil-kritika tagħhom bħal dak li bl-Ingliż stieden lill-Pulizija biex tinvestiga l-assi finanzjarji u fi proprjetà li għandhom il-membri tal-Bord tal-MEPA. Fosthom kien hemm wieħed ironiku fejn fuqu kien hemm ritratt tal-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono fuqu bil-kliem “Giovanna Santa Subito” (Giovanna Qaddisa mill-Ewwel).

Kartellun ieħor kien jgħid li r-Ramla l-Ħamra xi darba se tagħmel vendetta mill-MEPA, ieħor kien ispirat mill-mitoloġija Griega fejn sejjaħ lil Ulisse biex isalva lil Calypso mill-istupru li qed isir fih waqt li ieħor kien jgħid li l-bniedem ma jiritx l-art mill-antenati tiegħu imma jislifha minn uliedu u għalhekk irid iħarisha.

Għal ħabta tas-6.30 p.m. il-folla, ħafna minnhom bi sfafar li tqassmu għall-okkażjoni, bdiet miexja wara ismijiet li llum saru sinonimi mal-ġlieda favur l-ambjent bħal Lino Bugeja, il-President tar-Ramblers Associationg Astrid Vella, mill-moviment Flimkien għal Ambjent Aħjar u Martin Galea, President ta’ Din l-Art Ħelwa.

Fost il-folla kien hemm rappreżentanza tal-GWU iffurmata mill-President Salv Sammut, il-Viċi President Helen Mallia u d-Deputat Segretarju Ġenerali Geitu Mercieca flimkien ma’ segretarji minn diversi taqsimiet.

Kien hemm ukoll membri parlamentari tal-Partit Laburista, fosthom iż-żewġ deputati Għawdxin Justyne Caruana u Anton Refalo kif ukoll is-Segretarju Ġenerali Jason Micallef u diversi membri tal-Forum Żgħażagħ Laburistig uffiċjali u membri ta’ l-Alternattiva Demokratika mmexxijin miċ-Ċerpersin Harry Vassallo u Patri Dijonisju Mintoff mil-Laboratorju tal-Paċi. Imma ma kien hemm ħadd jirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista.

Matul il-mixja spikka t-tisfir tas-sfafar li flimkien mal-kartelluni u l-‘banners’ attiraw l-attenzjoni ta’ diversi nies, fosthom turisti, li nzertaw fosthom ħaddiema li dak il-ħin kienu ħerġin minn fuq il-post tax-xogħol tagħhom fi triqithom lejn djarhom.

Quddiem l-ambjentalisti mxew il-pulizija li hekk kif waslu ħdejn il-Parlament għalqu t-triq bil-ħadid biex ħadd ma jkun jista’ jgħaddi sa quddiem il-bini parlamentari.

Kien hawnhekk li wara li nqraw l-ismijiet tal-membri tal-Bord tal-MEPA, qalb l-imsemmi ibbuwjar, saru interventi minn uħud mill-organizzaturi tal-protesta.

Lino Bugeja qal li l-protesta ma kinitx waħda politika imma favur l-ambjent biex tiġi salvata waħda mill-isbaħ bajjiet tal-pajjiż. Huwa qal li l-MEPA qiegħda hemm biex tgħin lill-Gvern iħares l-ambjent u kkritikaha talli taw permess legali imma immorali biex isir żvilupp fuq art li fuqha sar żvilupp illegali.

Huwa wissa li dan il-permess jista’ jwassal biex żviluppi oħra simili jsiru f’postijiet bħal Mġarr ix-Xini, Ħondoq ir-Rummien u Daħlet Qorrot biex jiġu akkomodati xi erba’ spekulaturi.

Waqt li ħeġġeġ lill-MEPA biex tagħti kas tal-folla, Bugeja rrimarka li minn mindu Malta ħadet l-Indipendenza l-ambjent irrovinajnih.

Carmen Bajada, kunsilliera mix-Xagħra, semmiet kif il-membru parlamentari Ewropew Joseph Muscat kien se jieħu l-każ quddiem il-Komunità Ewropea. Din l-aħbar, kif mistenni, intlaqgħet minn ċapċip kbir fost dawk preżenti.

Waqt li qalet li fir-Ramla l-Ħamra hemm medda ta’ art taflija (blue clay) li suppost hija mħarsa bil-liġi imma din tista’ tiġi pperikolata bl-iżvilupp, hija qalet li l-iżvilupp fir-Ramla l-Ħamra se jkun 500 darba ikbar minn dak li hemm.

Hija akkużat lill-MEPA li approvat il-permess minkejja li għandha rapporti interni li jindikaw is-sit bħala wieħed ta’ valur ekoloġiku u arkeoloġiku.




Paul Buttigieg, Segretarju tal-Moviment Ħondoq ir-Rummien u kunsillier mill-Qala, wissa li l-ambjent naturali f’Għawdex jinsab mhedded u wara li l-gżira Għawdxija tilfet postijiet storiċi bħal Chambray issa t-theddida tinsab fuq Ħondoq ir-Rummien.

Martin Galea tkellem dwar it-theddid li qed jiffaċċja l-ambjent lokali kif għamlet ukoll is-Sindku tax-Xewkija Monica Vella li fost oħrajn semmiet it-theddida għall-inħawi magħrufa bħala “Tal-Kus” ħdejn Mġarr ix-Xini u John Mizzi, kunsillier mis-Sannat, li wissa dwar it-theddid ambjentali f’Ta’ Ċenċ fejn hemm proposti li jsiru mal-120 villa.

Il-protesta ntemmet b’diskors ta’ Astrid Vella fejn din qalet li kieku l-permess għall-iżvilupp f’Ħondoq ir-Rummien sar f’xi pajjiż ieħor Ewropew li huwa ċivilizzat kieku kien iqajjem skandlu nazzjonali li anke jwassal għal riżenji.

Hija wissiet li wara dan l-iskandlu qed jistennew skandli oħrajn ambjentali li jekk il-pajjiż ma joqgħodx attent se jkomplu jwasslu għal iktar irregolaritajiet bil-għama u jagħmlu s-sitwazzjoni ambjentali iktar tal-biki.

Fi tmiem il-kelmtejn tagħha hija irringrazzjat lill-folla preżenti, fejn qalet li skond l-istima tagħhom laħħqet l-1,500 persuna, u ħabbret li l-petizzjoni kontra l-iżvilupp imsemmi kienet diġà ġiet iffirmata minn madwar 7,000 persuna.

Wara d-diskors tagħha, waqt li l-folla bdiet bil-mod il-mod toħroġ mill-Belt, l-organizzaturi tal-protesta marru fil-Parlament fejn ippreżentaw il-petizzjoni lill-membru parlamentari Laburista Roderick Galdes u lil dak Nazzjonalista Franco Galea.

Galdes wiegħed li f’isem l-Oppożizzjoni Laburista kien se jressaq il-petizzjoni quddiem il-Parlament.



Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  Kuntratt mill-Gvern għal Żaren Vassallo u Alex Tranter:
MILJUN IEĦOR!
·  ‘Hold-up’: “Daħal għalija u għal ibni ta’ sitt snin b’sikkina”
·  Il-prezzijiet ta’ ċerti mediċini:
Roħs li ma jserraħx l-imħuħ
·  Jorħos il-petrol b’2ċ wara li għola l-gass b’30ċ
·  Jieħdu n-nar ‘tyres’ fil-Badger Karting
·  Ikomplu l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:
Żewġ ħaddiema gravi
·  Iż-żewġ żgħażagħ li nqabdu jisirqu mill-MCAST
ta’ Kordin mill-għassies jitressqu l-Qorti
·  Mixlija b’attentat ta’ frodi ta’ flus permezz ta’ theddid
·  Waqt laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ:
Diskussa l-ittra formali tal-UE
·  Jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib:
L-FKNK twissi lill-membri biex josservaw il-liġi
·  Tkompli l-ħidma fuq l-emblema ġdida tal-PL
·  Il-kumpanija GO tirreġistra profitt
·  31 twissija dwar prodotti perikolużi f’sentejn u nofs
·  Vodafone Malta Foundation:
Stazzjon tat-temp għall-Ġgantija


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.