www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

Il-FAM involuti f’operazzjoni ta’ salvatagg ta’ 27 immigrant illegali
minn Brandon Pisani

Grupp ta’ 27 immigranti, kmieni l-bierah wara nofs in-nhar kienu salvati minn skuna tas-sajd Taljana – li qieghda topera ghall-kumpanija lokali Azzopardi Fisheries – wara hamest ijiem mitlufin f’bahar “Forza 5”, fl-ibhra territorjali Maltin.

L-ewwel indikazzjonijiet juru li l-maggoranza ta’ dawn l-immigranti huma nisa u tfal. Zewg nisa, li kienu fi stat ta’ sahha hazina, kellhom jingiebu Malta permezz ta’ helikopter u jiddahhlu ghal kura fl-Isptar San Luqa. Il-klandestini ttellghu abbord l-iskuna “Esaco” wara li ggranfaw ghall-hajjithom mal-gagga tat-tonn li kienet qieghda tkarkar.

Minn informazzjoni li kiseb l-orizzont jirrizulta li l-Forzi Armati kienu nformati ghall-habta ta’ l-10.00 a.m. minn persuna barranija li kienet ghadha kemm irceviet telefonata minn fuq telefon satellitarju li hemm dghajsa mimlija klandestini u li kienu f’periklu kbir li jeghrqu.

Minnufih fic-Centru ta’ l-Operazzjonijiet tal-FAM, f’Hal Luqa, bdiet operazzjoni biex din it-telefonata tigi rintraccata u wara diversi tentattivi u anke permezz tas-sattelita, il-FAM, irnexxielha ssib il-kordinati ta’ l-akwati minn fejn saret it-telefonata. Fl-istess hin, il-FAM irnexxielha taghmel kuntatt ma’ min cempel minn fuq id-dghajsa u din informathom li b’kollox qeghdin 27 persuna - kollha gejjin mis-Somalja – u li ilhom hamest ijiem ma jaraw sinjal ta’ art jew vapuri.

Minnufih, fl-akwati bdiet operazzjoni ta’ tfittix u salvatagg. Kien ghal habta tat-3.00 p.m., x’hin wiehed mis-sidien tal-kumpanija Azzopardi Fisheries informa lill-FAM li l-iskuna tas-sajd Taljana “Esaco” (minn Mazzara del Valo) - li kienet qieghda tirmonka gagga tat-tonn tal-kumpanija, gabret mill-bahar 27 klandestini.

Ftit tal-hin wara fuq il-post wasal l-ajruplan tat-tfittxija, l-Islander, fejn kien innotat li quddiem l-Esaco kien hemm dghajsa maqluba, waqt li kien innutat ukoll li l-klandestini kollha kienu migburin fuq il-poppa ta’ l-iskuna.

Ftit tal-hin wara, il-FAM kienu nformati li zewg nisa kellhom bzonn l-assistenza medika u ghalhekk, ghal habta tal-5.10 p.m., mill-bazi ta’ l-ajru tal-FAM, f’Hal Luqa, telaq ghal fuq il-post helikopter tal-Missjoni Militari Taljana. Il-helikopter wasal fuq l-“Esaco” ghal habta tas-6.15 p.m. u tella’ liz-zewg nisa. Dawn iddahhlu l-Isptar San Luqa tard fil-ghaxija.

Fl-istess hin, fil-Bazi Marittima tal-FAM, f’Xatt it-Tiben, kienu qeghdin isiru t-thejjijiet biex hdejn l-“Esaco” tintbaghat il-Patrol Boat, P51. Din kienet mistennija thalli l-bazi ghal habta ta’ l-10.00 p.m. fejn kienet mistennija tasal magenb l-“Esaco” ghal habta tas-3.00 a.m., sbieh dal-ghodu. u tidhol lura matul in-nofs ta’ nhar ta’ dal-ghodu. Fl-istess waqt li l-“Esaco” kompliet tersaq lejn Malta. Sfortunatament, l-iskuna izda miexja b’velocitŕ massima ta’ ‘knot’ wiehed biss, peress li qieghda tkarkar gagga kbira tat-tonn.



bpisani@unionprint.com.mt


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  Kuntratt mill-Gvern għal Żaren Vassallo u Alex Tranter:
MILJUN IEĦOR!
·  ‘Hold-up’: “Daħal għalija u għal ibni ta’ sitt snin b’sikkina”
·  Il-prezzijiet ta’ ċerti mediċini:
Roħs li ma jserraħx l-imħuħ
·  Jorħos il-petrol b’2ċ wara li għola l-gass b’30ċ
·  Jieħdu n-nar ‘tyres’ fil-Badger Karting
·  Ikomplu l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:
Żewġ ħaddiema gravi
·  Iż-żewġ żgħażagħ li nqabdu jisirqu mill-MCAST
ta’ Kordin mill-għassies jitressqu l-Qorti
·  Mixlija b’attentat ta’ frodi ta’ flus permezz ta’ theddid
·  Waqt laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ:
Diskussa l-ittra formali tal-UE
·  Jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib:
L-FKNK twissi lill-membri biex josservaw il-liġi
·  Tkompli l-ħidma fuq l-emblema ġdida tal-PL
·  Il-kumpanija GO tirreġistra profitt
·  31 twissija dwar prodotti perikolużi f’sentejn u nofs
·  Vodafone Malta Foundation:
Stazzjon tat-temp għall-Ġgantija


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.