www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Hondoq ir-Rummien
minn Reno Borg

Il-Professur Mario Vas-sallo gie rapportat jghid li fi studju li ghamel jirrizultalu li Hondoq ir-Rummien f’Ghawdex huwa sit fejn jintrema l-iskart ('dumping site'). Ma niskantax li f’din il-Bajja hemm salt hmieg ghax Malta kollha tinsab mizbla wahda. F’ghoxrin sena, l-Gvern ma rnexxilux inaddaf roqgha ta’ art disa' mili wiesgha bi 17-il mil twila.

Kulhadd jaf kemm Malta baqghet mahmuga. Imma min ixomm sew jinnota , kliem bhal tal-Professur Vassallo donnu ntuza biex jiggustifika progett li se jhassar u jisfregja wahda mill-isbah bajjiet li hemm f’Ghawdex. L-ghaqdiet ta’ l-ambjent kollha hargu kontra dan il-progett. Li jkun hemm progett li jhaddem lill-Ghawdxin kulhadd jaqbel mieghu.

Imma wiehed ghandu jara li progetti bhal dawn isiru f’siti fejn l-inqas issir hsara. Per ezempju, il-progett ta’ Smart City se jsir f’zona li kien hemm bzonn li tigi zviluppata u fl-opinjoni tieghi il-post li ntaghzel mhux se jaghmel hsara lill-ambjent. Imma l-istorja hi differenti fejn jidhol Hondoq ir-Rummien. Din il-bajja ghandha tithalla fl-istat naturali taghha u tigi mnaddfa sew u jsiru aminitajiet li jtejbuha bhala bajja naturali.

Il-progett li qed jigi suggerit huwa kbir wisq ghal dawn l-inhawi – lukanda ta’ 170 sodda fil-'green area' li hemm, 25 villa, 60 appartament, 200 residenza ohra, 731 spazji ta’ pparkjar tal-karozzi, 10 hwienet, 5 restoranti u yacht marina li tkenn bejn 100 u 150 yacht. Dan ifisser li l-art hadra se tinbela kollha u bil-yacht marina se tinqered il-hajja naturali tal-bajja.

L-ghaqdiet ta’ l-ambjent ghandhom johorgu bi hgarhom kontra dan il-progett, li jista' jsir f’ siti ohrajn minghajr ma ssir hsara irreparabbli lill-ambjent.

Ramel mill-Gordan

THabbar, mhux mill-Gvern, li l-Bajja ta’ San Gorg se terga' tigi miksija b’ramel li se jigi importat mill-Gordan. Meta kienet saret din il-bajja il-Ministru Francis Zammit Dimech kien habbar li ntaghazel dan ir-ramel mill-Gordan ghax kien l-ahjar wiehed u li ma kienx se jingarr kif gib u lahaq mill-bahar.

Jien dejjem hewdint fuq din il-haga. Qatt ma stajt nifhem kif bajja li min-natura taghha ma tiflahx dak ir-ramel kollu saret qisha l-Ghadira zghira. Il-bajjiet ma jfassalhomx il-bniedem. Jekk hemm kurrent li jitla' u jibla' l-art kultant zmien (specjalment fix-xitwa) ghalxejn toqghod tidhol fi spiza zejda kull sena jew sentejn. Issa l-Gvern ser jerga' jonfoq aktar minn Lm60,000 biex jimporta r-ramel mill-Gordan. Veru flus mormijin il-bahar!

Tender ta’ kompjuters

Il-Gvern habbar li se jaghti tender ta’ miljuni kbar ta’ liri biex jinxtraw kompjuters ghall-iskejjel kollha ghall-hames snin li gejjin. Kellu ragun id-Deputat Laburista Leo Brincat jistqarr li hija haga hazina u suspettuza kif Gvern li wasal fl-ahhar tal-hajja legislattiva jorbot lilu nnifsu jew Gvern ta’ warajh ghal hames snin ohra.

Il-GRTU harget tghid li l-Gvern ghandu jerga' johrog it-tender mill-gdid ghax kif saret donnha tfasslet b’xi skop ulterjuri. Kulhadd jaf kif kibru xi kumpaniji li jbieghu l-kompjuters f’Malta. Xi studenti qaluli li kien hemm zmien meta stajt tixtri l-kompjuters bl-ismart card minghand kumpanija wahda jew tnejn biss. B’dan il-mod xi whud gawdew aktar minn ohrajn.

Il-pajjiz ghandu x’jitlef jekk il-Gvern jintrabat ghall-hames snin f’dan il-qasam. Il-qasam tal-kompjuters huwa wiehed dinamiku u meta johrog kompjuter ikun digà qdiem ghax sakemm johrog ikunu digà ghamlu zviluppi ohrajn u dak li xtrajt isir antikwat. F’dan il-qasam ta’ bidla kontinwa, zgur li ma tistax tintrabat ghal zmien twil. Barra minn hekk il-prezzijiet qeghdin dejjem jorhsu u jekk il-Gvern jintrabat se jiehu l-prodott bi prezz oghla minn dak li jista' jiehu hames snin ohra.

Il-Partit Laburista ghandu jiddikjara li hu ma jonorax kun

tratti fit-tul li jsiru lejlet elezzjoni. Dan jaghmlu biex min jidhol ghal dawn it-tip ta’ kuntratti jkun jaf fejn qieghed.

L-Ewro

Kif kien mistenni, id-dutturi ta’ l-insig fil-midja ('spin doctors') kollha hargu ghalenjia jifirhu li Malta skopriet l-Amerika u giet accettata fil-Eurozone. L-istess bhalma gara u se jigri ghall-isptar Mater Dei. Imma dan ta’ l-ahhar sploda f’wicchom ghax it-tobba Frank Portelli u Josie Muscat hargu bil-kritika ta’ infieq zejjed fl-isptar u anke saru akkuzi ta’ korruzzjoni.

Imma fil-kaz ta' l-Ewro anke qed naraw reklami (bhalma kien jaghmel il-MIC) ifakkruna kemm se nibbenefikaw mill-Ewro. U jekk xi hadd jipprova jghid li barra l-vantaggi hemm ukoll l-izvantaggi jigi ttimbrat qisu xi erezjark johodha kontra xi domma stabbilita tal-knisja. L-Ewro qed jitpinga qisu xi haga sagra li hadd m’ghandu dritt jikkritika. M’inix se noqghod insemmi l-vantaggi ta' l-Ewro ghax nahseb iddejjaqtu bid-diska tal-Gvern ta’ propaganda indiretta ghalih minn flus il-poplu.

Infakkar biss li l-valur ta' l-Ewro imqabbel ma' muniti ohrajn bhal-lira Ingliza, id-Dollaru u l-Yen mhux se jkun deciz minnha u m’ghandna l-ebda kontroll fuq il-valur tieghu. Ahna li nimportaw, jekk jiddghajjef, bilfors li toghla l-hajja. Apparti s-serq li ghad naraw lil nies li msieken, tletin sena wara d-dhul tas-sistema decimali, ghadhom jirragunaw bix-xelin u bis-soldi.

L-effetti tad-dhul ta' l-Ewro f’Malta ghad irridu nikkalkulawhom maz-zmien.

Sadanittant, nappella lil kulhadd biex ma nibqghux inqisu l-introduzzjoni tal-munita bhala xi domma tal-fidi jew bhala xi relikwa qaddisa, imma bhala stat ta’ fatt li issa ma nistghux nergghu lura minnu.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.