|
Sa minn wara d-data ta’ l-24 ta’ Marzu, 2007 l-MEPA setghet u tista’ twaqqa’ l-‘kmamar’ tal-bajja tal-Gnejna. Qed nghid tista’ twaqqa’, ghax hafna minn dawn il-‘kmamar ’m’humiex ‘kmamar’ izda gherien. U gherien huma mhaffrin jew jizviluppaw b’mod naturali gol-hajt. Minnhom infushom ma jistghux jitwaqqghu.Fil-kaz tal-Gnejna jidher li Gvern Nazzjonalista flimkien jew permezz tal-MEPA gietu xi furja kbira ambjentali u se jipprova jsewwi ‘zbalji’ li saru f’certi kazijiet hamsin, sittin, sebghin u sahansitra disghin sena ilu.
Kieku l-Gnejna kienet l-unika storja ambjentali ta’ pajjizna, kollox kien jieqaf hemm. Izda din l-istorja u d-decizjoni li hadet il-MEPA f’dan ir-rigward altru milli tista’ tittiehed wahedha – ‘il boghod mill-kumplament ta’ dak li qed jigri f’Malta u f’Ghawdex. Illum il-gurnata kwistjonijiet ambjentali saru jokkupaw spazju kbir fil-gurnali ta’ kuljum. U kollha huma kwistjonijiet jaharqu li hafna drabi tinxtamm fihom riha ta’ korruzzjoni taqsam.
Hadd ma jista’ jinsa’ l-kwistjoni ta’ l-estensjoni taz-Zona ta’ Zvilupp u l-ghagha li qajmet. Daqstant iehor hadd ma jista’ jinsa’ l-kwistjoni ta’ l-Impjant ta’ Riciklagg ta’ Wied il-ghajn, il-kwistjoni tal-mizbliet hdejn l-Imqades ta’ l-Imnajdra u Hagar Qim, il-kwistjoni tal-Korsa tal-Golf tal-Manikata li milli jidher se tiehu zvolta differenti minn dik li wiehed stenna.
Ghaqdiet Ambjentali qed jinbtu kuljum, li b’sostenn tal-Partit Laburista biss u tal-Kunsilli Lokali tieghu, qed jiggieldu ghal kwistjonijiet li, li kieku Gvern Nazzjonalista verament kellu kuxjenza ambjentali, qatt ma kienu jqumu.
Izda bajja b’bajja xtaqt inqabbel il-kwistjoni ta’ l-gherien tal-Gnejna mal-kwistjoni l-ohra tal-bajja Ghawdxija ta’ Hondoq ir-Rummien. Mentri fil-Gnejna donnu jidher li Gvern Nazzjonalista jrid isewwi ‘zbalji’ tal-passat meta ma kienx hawn il-kuxjenza ambjentali li hawn illum, fil-kaz ta’ Hondoq ir-Rummien il-Gvern sab bajja litteralment vergni u qed jappoggja bis-shih l-izviluppar taghha.
Gvern b’zewgt ucuh li l-azzjonijiet tieghu ftit jistghu jinftiehmu. Fil-Gnejna l-Gvern donnu sab vazun imkisser u qed jipprova jsewwih. F’Hondoq ir-Rummien sab vazun gdid u qed ikissru. Daqshekk hija fragli din il-kwistjoni ambjentali. U allura, wiehed jistaqsi: x’inhuma l-kriterji li qed igieghlu lill-gvern jibdel il-fehma minn kwistjoni ghall-ohra. Jekk wiehed ghandu fiducja ghamja fl-integrità tal-Gvern jew jekk lest li jibla’ kollox – ir-raguni wara agir bhal dan jista’ jibqa’ misteru. Izda jekk wiehed, bhali u bhalkom, ma jhallix lil min ipoggilu bzieq fuq imniehru, facli jahseb x’inhi d-differenza bejn il-Gnejna u Hondoq ir-Rummien.
Il-Gnejna m’hemmx bazuzli u mustaccuni nvoluti. Fil-kaz tal-Hondoq – din hija storja ohra. Bhalma huwa l-kaz ta’ Qui-si-sana. Mod efficjenti kif tiddefinixxi l-kelma ‘kapitalizmu’ !
L-unika tama li ghandhom kemm is-sidien ta’ l-gherien tal-Gnejna kif ukoll ir-residenti tal-Qala huwa li jitla’ Gvern gdid. Gvern Laburista. U jregga’ lura l-arlogg. Halli l-ambjentalizmu vera jibda jirrenja u l-ebda nteressi ohrajn mlibbsa l-libsa ta’ l-ambjentalizmu.
Jidher li diversi kontroversji gew mizmuma mill-attivisti ambjentali milli jigu affettwati. Jidher li Gvern Nazzjonalista tant miexi hazin li se jkollu jersaq ghall-elezzjoni bla ma jaffettwahom ghax skadielu l-hin. Jekk Gvern Nazzjonalista jirnexxilu jerga’ jikseb il-Gvern – dawn il-progetti jibqghu ghaddejjin – specjalment dawk bhal ta’ Hondoq ir-Rummien u l-estensjoni taz-Zona ta’ Zvilupp.
Malli jitla’ Gvern Laburista dawn iz-zewg progetti proposti se jsibu ghadma soda lil min jikkonfrontaw u jitmewtu. Laburisti u nazzjonalisti fil-lokalitajiet affettwati jistghu jaghzlu wahda minn zewg toroq – jew li jtellghu Gvern Nazzjonalista u jkomplu jiggieldu lilu u lill-kuntratturi, jew li jtellghu Gsvern laburista u jiggieldilhom hu. L-ghazla tibqa’ dejjem f’idejn il-poplu.
Mill-kampanja bieb bieb
Fil-gimghat li ghaddew wahda mit-toroq li dort kienet propju Triq il-Mazza gewwa n-Naxxar. Hija triq zghira hafna u kulma fiha xi erbghat idjar. L-ewwel dar li habbatt harget wahda mir-residenti mit-tieqa u malli ghidtilha min jien bdiet tgerger li diga’ ilha ghoxrin sena tokrob biex it-triq taghha ssir.
Qalet ukoll li ma trid taf b’hadd u li mhix se tivvota. Ma stajtx nifhem ezatt x’kelli x’naqsam jien personali ma’ dan kollu billi l-partit fil-Gvern ma kienx tieghi, iktar u iktar meta wiehed jahseb li fl-ahhar ghoxrin sena kien hemm partit Nazzjonalista. Familja ohra li zort imbaghad spjegawli d-diffikultajiet li jghaddu minnhom bit-tajn li fiha din it-triq fix-xitwa u t-trabijiet fis-sajf. Hija verament triq zghira u ftit tarmak ikun sufficjenti biex jaghmel dawn ir-residenti kuntenti. Forsi l-awtoritajiet jew kunsill jista’ jirrispondini dwar dan.
|