www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

Zwieg u adozzjonijiet mill-omosesswali:
Malta fost l-aktar li jopponu
minn Victor Vella

F’diversi pajjizi Ewropej b’mod partikolari l-Isvezja, Spanja, l-Olanda u l-Belgju, is-socjetà thares b’mod miftuh lejn persuni omosesswali tant li dawn ghandhom dritt li jizzewgu. Fejn tidhol il-kontroversja huwa dwar jekk dawn il-koppji mizzewgin ghandhomx jadottaw tfal, u minkejja li l-argumenti ma jaqtghu qatt, il-popli ta’ dawn il-pajjizi m’humiex kontra li dan isir.

F’Malta u diversi pajjizi ohrajn “kattolici ferventi”, is- socjetà tahsibha ferm differenti. Din id-differenza tispikka fi stharrig li sar mill-Ewrobarometru dwar dan is-suggett, liema studju wera li ghad hemm pajjizi li fuq dan is-suggett “ghadhom pjuttost maghluqin”.

Mill-istharrig naraw li medja ta’ 32 fil-mija tac-cittadini Ewropej jaqblu li koppji omosesswali ghandhom jithallew jadottaw it-tfal. L-opinjoni pubblika izda jidher li hi aktar tolleranti fejn jidhlu z-zwigijiet bejn l-omosesswali, fejn medja ta’ 44 fil-mija tac-cittadini ta’ l-Unjoni Ewropea jaqblu li zwigijiet bejn l-omosesswali ghandhom jithallew isiru.

Ghall-mistoqsija dwar jekk ghandhomx jithallew zwigijiet bejn l-omosesswali, naraw li l-aktar poplu “tolleranti” huwa dak ta’ l-Olanda b’persentagg ta’ 82 fil-mija. Wara jigu l-Isvedizi b’71 fi-mija u d-Danizi b’69 fil-mija. Fil-Lussemburgu huma 58 fil-mija li jaqblu li l-omosesswali ghandhom jizzewgu, fi Spanja 56 fil-mija, fil-Germanja 52 fil-mija, fl-Awstrija 49 fil-mija, fi Franza 48 fil-mija, ir-Renju Unit 46 fil-mija u l-Finlandja 45 fil-mija.

Malta tinsab ma’ l-ahhar sitt pajjizi li l-inqas li huma “tolleranti” ghaz-zwieg bejn persuni omosesswali, b’persentagg ta’ 18 fil-mija biss favur zwieg ta’ dan it-tip. Dan ifisser li Malta tinsab 26 fil-mija taht il-medja ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-aktar poplu li mhux tolleranti ghaz-zwieg bejn l-omosesswali huwa dak tal-Latvja, fejn 12 fil-mija biss qalu li huma favur li l-omosesswali jizzewgu. Wara jigu Cipru b’14 fil-mija, il-Grecja bi 15 fil-mija, il-Polonja u l-Litwanja bi 17 fil-mija.

L-istharrig staqsa wkoll il-mistoqsija kontroversjali dwar jekk l-omosesswali ghandhomx jithallew jadottaw it-tfal.

Ghal darba ohra, fl-ewwel post tal-klassifika kien hemm l-Olanda b’69 fil-mija favur, l-Isvezja b’51 fil-mija, id-Danimarka b’44 fil-mija, l-Awstrija b’44 fil-mija, il-Belgju bi 43 fil-mija, Spanja bi 43 fil-mija, il-Germanja bi 42 fil-mija, il-Lussemburgu b’39 fil-mija, Franza b’35 fil-mija u r-Renju Unit bi 33 fil-mija.

Dwar din il-mistoqsija, l-medja hi ta’ 32 fil-mija favur li l-omosesswali jadottaw it-tfal.

Malta din id-darba tinsab fl-ahhar post fost il-pajjizi l-inqas “tolleranti” ghal adozzjonijiet ta’ tfal mill-omosesswali. Fil-fatt Malta u l-Polonja, kellhom persentagg ta’ 7 fil-mija biss ta’ dawk li qalu li jaqblu li l-omosesswali ghandhom jithallew jadottaw it-tfal. Wara jigu l-Latvja, Cipru, il-Grecja, is-Slovakkja, il-Litwanja, l-Ungerija, l-Estonja, is-Slovenja u l-Portugal.

victorvella2002@yahoo.com


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  Kuntratt mill-Gvern għal Żaren Vassallo u Alex Tranter:
MILJUN IEĦOR!
·  ‘Hold-up’: “Daħal għalija u għal ibni ta’ sitt snin b’sikkina”
·  Il-prezzijiet ta’ ċerti mediċini:
Roħs li ma jserraħx l-imħuħ
·  Jorħos il-petrol b’2ċ wara li għola l-gass b’30ċ
·  Jieħdu n-nar ‘tyres’ fil-Badger Karting
·  Ikomplu l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:
Żewġ ħaddiema gravi
·  Iż-żewġ żgħażagħ li nqabdu jisirqu mill-MCAST
ta’ Kordin mill-għassies jitressqu l-Qorti
·  Mixlija b’attentat ta’ frodi ta’ flus permezz ta’ theddid
·  Waqt laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ:
Diskussa l-ittra formali tal-UE
·  Jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib:
L-FKNK twissi lill-membri biex josservaw il-liġi
·  Tkompli l-ħidma fuq l-emblema ġdida tal-PL
·  Il-kumpanija GO tirreġistra profitt
·  31 twissija dwar prodotti perikolużi f’sentejn u nofs
·  Vodafone Malta Foundation:
Stazzjon tat-temp għall-Ġgantija


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.