www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Gurnalisti u lingwisti
minn Lorna Vassallo

Il-Malti u l-uzu tajjeb tieghu ghandhom ikunu l-ghodda principali ta’ kwalunkwe gurnalist f’pajjizna. L-gharfien ta’ ilsna ohrajn u t-thaddim tajjeb taghhom ghandhom ikunu l-ghodda l-ohrajn. Gurnalisti li jesprimu l-ideat taghhom jew bil-kitba, jew permezz tar-radju kif ukoll permezz tat-televizjoni ghandhom ilkoll jiehdu hsieb li jirraffinaw il-lingwa taghhom b’mod li jkun ezemplari ghal haddiehor. Fejn imbaghad jidhlu l-ahbarijiet ghandha terga’ ssir enfasi stretta minn dan il-lat.

Izda tajjeb li wiehed jghid li l-gurnalisti m’humiex wahedhom biex titwassal trasmissjoni. Maghhom hemm ghadd ta’ persuni ohrajn li jekk ma jkollhomx l-gharfien edukattiv mehtieg fejn tidhol espressjoni u kitba jistghu jwasslu biex fuq il-mezzi tax-xandir taghna jitwasslu zbalji ortografici u ta’ espressjoni li pjuttost ihawdu lit-telespettaturi iktar milli jghinu biex jinkoraggixxu xi kultura ta’ uzu tajjeb tal-lingwa. Specjalment fi stazzjon televiziv huwa ovvju li qed jithallew persuni li m’ghandhomx il-hiliet akkademici mehtiega sabiex jittajpjaw ‘scrolls’ sahansitra waqt bulettini ta’ l-ahbarijiet u li jirrizultaw fi zbalji ta’ l-ortografija.

Fost l-izbalji li niftakar hemm “ spluzzjoni ”, “Camileri ” u ohrajn fejn tidhol l-“gh”. Certu zbalji juru bic-car li l-persuni li qeghdin jigu nkarigati li jaghmlu certu xoghol lanqas m’ghandhom livell sekondarju tajjeb ta’ Malti specjalment fejn tidhol l-introduzzjoni ta’ ittri doppji fejn dawn ma jezistux.

Imbaghad ghandek ukoll l-edituri. Apparti l-edituri tal-gazzetti – li jkollhom ghal hin twil jaqraw artikli kontra artikli u li jistghu jigu affettwati mill-ghejja – edituri ta’ produzzjonijiet televizivi ghandhom iktar cans jipperfezzjonaw fil-kelma miktuba. Fit-televizjoni l-enfasi dejjem taqa’ fuq l-istampa u l-ftit kitba li tkun involuta ghandha tinghata mportanza iktar milli, per ezempju, f’gazzetta. Altru tikteb elf kelma u tikteb erbgha hziena u altru tikteb erba’ kelmiet u tikteb wahda hazina.

Sfortunatament anke l-edituri li flimkien mal-produtturi qed jipproducu programmi, reklami u kull tip ta’ trasmissjoni ohra televiziva – mhux qed ikollhom il-hiliet lingwistici mehtiega halli jgharfu zball ortografiku jew ta’ espressjoni. Specjalment fejn tidhol it-televizjoni, allura, il-htija ta’ kif certu zbalji jitwasslu fi djarna ma taqax biss fuq bniedem wiehed – il-prezentatur jew gurnalist – izda hemm ghadd ta’ persuni ohrajn li wkoll m’humiex qed jindunaw bihom u jhalluhom ghaddejjin.

Però dan l-ahhar qed jispikkaw ukoll zbalji bl-ilsien Ingliz. Fuq l-istazzjonijiet televizivi kollha malli l-gurnalisti flok ma jintervistaw membri tal-pubbliku Maltin, jintervistaw lnglizi, jew xi turisti bl-Ingliz, tinduna kemm l-espressjonijiet uzati huma dghajfin. Jidher car li l-gurnalisti Maltin ghandhom livell baxx hafna fejn jidhol l-Ingliz. Hafna mill-ftit espressjonijiet li fil-fatt jigu trasmessi huma totalment Maltin fil-hsieb u sahansitra bi zbalji grammatikali.

Però zgur li l-aghar ezempju li ghaddej fuq it-televizjonijiet taghna bhalissa huwa, sfortunatament, reklam ta’ bank ewlieni f’pajjizna li jiswa l-mijiet tal-liri. Artistikament ir-reklam huwa tajjeb hafna u l-fatt li huwa ambjentat kollu Malta u Ghawdex jaghmlu ferm isbah u jqarreb il-pakkett li joffri lejn it-telespettaturi. Izda l-messaggi bl-Ingliz li jidhru fih huma totalment skorretti.

L-espressjonijiet maghzulin huma effettivi izda mahsubin bil-Malti u maqlubin hazin bl-Ingliz. Per ezempju, fejn ragel ikun qed ikanta jghajjat naraw l-espressjoni “like no one is listening” u nsibu ghadd ta’ espressjonijiet ta’ dan it-tip kollha jibdew bil-kelma “like”. Huwa ovvju li li kellu f’mohhu min idealizza r-reklam kien dak li bil-Malti jigi “bhallikieku” mhux “bhal”. Izda “bhallikieku” bl-Ingliz mhix “like” imma “as if”. U minhabba l-“as if” irid jinbidel anke l-verb. Allura l-verzjoni korretta ta’ “like no one is listening” kellha tigi “as if no one were listening”.

Hija verament sfortuna kif minn tant nies li setghu raw dan ir-reklam qabel ma hareg fil-pubbliku hadd ma nduna b’dan l-izball. Huwa veru li gieli zbalji jispiccaw biex jghaddu minn hafna filtri u jispiccaw fil-mezzi tax-Xandir. Izda reklam li jiswa daqstant flus u li probabbilment gie approvat anke mill-Bord tad-Diretturi tal-Bank, mid-Dipartiment tal-Marketing, mill-edituri, direttur artistiku u min-nies l-ohrajn kollha nvoluti u li qed jintwera kuljum matul l-ahbarijiet – nemmen li ghandu jkollu Ingliz tajjeb.

Mil-lat pozittiv, per ezempju, nista’ nghid li l-intervista li Alfred Zammit ghamel ma’ Michele Zarrillo f’Kalamita Weekend” kienet wahda b’Taljan tajjeb. Deher fic-car li l-prezentatur kien ippreparat u li ta kas tal-korrettezza tal-lingwa kif suppost. Ma nistax nifhem ghaliex, ghalhekk, specjalment f’Kamra ta’ l-Ahbarijiet, m’ghandux isir l-istess.

L-ahhar suggeriment tieghi huwa li tithaddem sistema – kif suppost digà qieghda tithaddem fil-kaz tal-Malti – li l-gurnalisti jkollhom kuntatt dirett ma’ nies esperti fl-ilsien involut u tintalab l-ghajnuna taghhom – forsi mhux biss fejn ikun hemm dubju izda wkoll b’mod regolari. Dan jista’ jsir ukoll fil-kaz ta’ l-Ingliz, tat-Taljan u ta’ kwalunkwe lingwa barranija ohra – specjalment anke minn Dipartimenti ta’ l-Isport fejn tidhol pronunzja ta’ diversi ismijiet ta’ plejers. Sahansitra llum jezistu dizzjunarji fuq l-internet u access shih ghal stazzjonijiet televizivi barranin fejn wiehed jista’ facilment jiddedika ftit minuti halli jiccekkja l-pronunzja ezatta ta’ kelma jew isem partikolari. Ghalkemm certu taghwig specjalment fil-pronunzja jista’ jkun accettabbli, zbalji ohrajn m’humiex. B’hekk it-televizjoni taghna ssir ukoll mezz ta’ edukazzjoni apparti komunikazzjoni u informazzjoni.

Bi sforz doppju bejn gurnalisti u lingwisti jista’ jkollna trasmissjoni ferm iktar ghonja fejn jidhol it-thaddim ta’ l-ilsna, kemm dik lokali kif ukoll barranin. L-ewwel pass f’din id-direzzjoni jkun li l-gurnalisti ma jahsbux li huma lingwisti u umilment jitolbu l-ghajnuna mehtiega. Il-kummercjalità tal-gurnalizmu u l-ghaggla tal-produzzjoni f’dan il-qasam m’ghandomx jirbhu fuq il-kwalità tat-thaddim tal-lingwi.

Ghal aktar artikli www. lornavassallo.com


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.