“Bosta membri ta’ l-UE ma kinux jafu li f’Malta ma kienx hawn id-divorzju jew l-abort,” qal Bezzina. Il-mexxejja ta’ pajjizna, izid jghid, ghandhom it-tendenza li jaharbu milli jitkellmu dwar dawn it-temi meta jiltaqghu mal-kontroparti taghhom. Qal li kieku dawn in-nies kellhom jitkellmu dwar x’inhu ghaddej f’Malta jispiccaw biex jigu mzebilhin u ghalhekk jaghzlu li jzommu halqhom maghluq.
“F’pajjiz li sa mill-Indipendenza ‘l hawn kien iddominat minn zewg partiti politici, mill-konservattivi Nazzjonalisti u mil-Laburisti – centru xellugin, il-Partit ta’ Bezzina halla ftit impatt, u huwa ttollerat mill-gvern bhal donnu xi persuna li titmejjel bih,” kiteb il-gurnalist.
Qal li meta mar jintervista ministru tal-Gvern li hu nvolut fil-politika dwar il-familja, il-ministru dahak\tbissem meta kien mistoqsi dwar Bezzina.
Il-ministru bi stqarrija kategorika, mill-ewwel stqarr li Bezzina mhux ihoss il-polz tal-poplu. “Il-poplu jibza’ hafna mid-divorzju,” qal Carmelo Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern, li l-ufficcju tieghu huwa ddominat minn zewg pitturi kbar taz-zejt ta’ Kristu! irrapporta b’sarkazmu u ironija l-gurnalist tar-Reuters.
“Il-biza’ kbira hi li ahna mpengijin bhal fundamentalisti bigotti (bnedmin li ma jittollerawx fehmiet diversi minn taghhom u lanqas ma jbiddlu fehmthom meta jidher fid-deher li ghandhom tort) tal-Knisja Kattolika Rumana u dan zgur mhux il-kaz.
Skond Mifsud Bonnici “mhux difficli biex tifhem,” is-sitwazzjoni f’Malta. Bosta Maltin trabbew u tghallmu r-religjon Kattolika u jhossu li d-divorzju mhix xi haga li tghin lill-familja,” kompla jghid.
L-iskuza li gab kienet li l-Maltin iharsu lejn in-naha l-ohra tal-Mediterran u jaraw li l-valuri tal-familja f’pajjizi bhal Franza, il-Germanja u l-Ingilterra fejn id-divorzju huwa xi haga komuni, qeghdin jonqsu. Is-Segretarju Parlamentari qal li “Malta certament ma taghmilx parti minn dan ghax hija l-eccezzjoni ghar-regola generali. Izda ma jfissirx li ghandna necessarjament insegwu n-norma.”
Ghall-kuntrarju, qal Mifsud Bonnici, pajjizi ohrajn fl-Ewropa qeghdin jersqu ‘l boghod mil-liberalizmu socjali, b’referenza ghal pozizzjoni konservattiva li ha l-Gvern ta’ Berlusconi dwar l-abort u l-probabbiltà li l-ligi taz-zwieg bejn l-omosesswali fi Spanja titnehha kemm-il darba jkun hemm gvern centru-lemini.
Bezzina ammetta li kemm-il darba kellu jsir referendum f’Malta dwar id-divorzju, probabbilment il-maggoranza tivvota kontra.
“Izda dan ma jfissirx li pajjizna huwa mimli b’familji kuntenti. Altru minn hekk u jekk inharsu lejn l-istatistika nindunaw\nintebhu u nikkonvincu lilna nfusna kemm ir-realtà hi xort’ohra minn dik li pajjizna jipprova jaghti,” qalet ma’ l-orizzont opinjonista fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa meta mistoqsija biex tikkummenta dwar dan l-artiklu.
Lura ghall-intervista, Bezzina jghid li qrib terz tal-familji Maltin huma sseparati jew waslu biex, jew qeghdin jorqdu ma’ rgiel u nisa ohrajn.
F’pajjizna l-koppji li ma rnexxewx ghandhom tliet ghazliet x’jaghmlu jekk iridu jghixu b’mod separat. Jistghu bhal Bezzina jkollhom it-tfal minn sieheb jew siehba ohra, izda jibqghu mizzewgin ma’ l-ewwel wiehed jew wahda; jistghu japplikaw biex jiehdu l-annullament mill-Knisja, fejn quddiem it-tribunal taghha jkollhom jipprovaw li z-zwieg taghhom bhal donnu qisu qatt ma sar jew li kien imsejjes fuq premessa qarrieqa; u jistghu jiehdu dak li nsejhulu l-avukati, is-separazzjoni.
Permezz tas-separazzjoni, decizjoni legali tistabbilixxi dettalji prattici dwar per ezempju d-divizjoni tal-proprjetà u d-dritt li tara l-ulied, izda l-koppja tibqa’ ufficjalment mizzewga. Dan ifisser li ma jkunux jistghu jergghu jizzewgu u l-ligi tispecifika wkoll li ghandhom jibqghu fidili lejn xulxin! Dan ifisser li jekk int hadt is-separazzjoni ta’ 25 sena, tul hajtek kollha l-ligi ta’ Malta torbtok li ma jkollokx relazzjoni sesswali ohra ma’ siehba jew sieheb iehor sakemm issib ruhek jew ahjar gismek taht l-irhama!
“Wiehed ma jistax hlief jidhak meta jisma’ lill-imhallef javza lill-koppja; Intom issa sseparati legalment, izda dan ma jfissirx li jista’ jkollkom persuna ohra f’hajjitkom jew ikollkom x’taqsmu sesswalment ma’ xi hadd iehor,” u dan meta s-sieheb jew is-siehba l-ohra jkunu qeghdin jistennew barra fuq l-ghatba tal-Qorti biex jitilqu id f’id,” qal Bezzina! Il-gvern Malti li jghid li hawn madwar 400 applikazzjoni ta’ separazzjoni fis-sena, jichad li s-sistema hija wahda ipokrita, jghid il-gurnalista.
“L-istat mhux qed johrog cinturini ta’ kastita. M’ghandniex satelliti biex naraw min qed jidhol fid-dar ta’ min,” qal Mifsud Bonnici. L-adulterju mhux kriminu, zied jghid.
Mifsud Bonnici fisser affari ma’ persuna ohra bhala problema meta stqarr li: “jekk persuna tixtieq li jkollha relazzjoni\affari barra miz-zwieg, mhix problema ta’ l-istat, izda ta’ l-individwu”.
Bezzina kien ikkwotat jghid li l-projbizzjoni tad-divorzju f’Malta turi li l-pajjiz huwa mmanipulat u mmonopolizzat mill-Knisja Kattolika.
Il-gurnalist jirrakkonta zjara li ghamel f’Paceville u jikteb; “Fit-toroq ta’ Paceville, zghazagh guvintur xurbana jghajtu jitkellmu ma’ tfajliet hergin minn “bars tad-divertiment” wara xarba vodka, lebsin hwejjeg qosra, kemm jghattu, jikkontradixxu\igiddbu l-ambjent konservattiv tal-gzira.”
Skond Bezzina, l-UE taht il-ligijiet tal-jeddijiet umani tista’ taghmel pressjoni fuq Malta biex tbiddel il-pozizzjoni taghha dwar id-divorzju.
Fit-trattat ta’ dhul ta’ Malta fl-UE, pajjizna dahhal klawsola biex ikun eskluz minn kull xorta ta’ regoli li l-UE tista’ taghmel fil-gejjieni dwar id-divorzju. Mifsud Bonnici jxejjen ghal kollox it-theddida ta’ Bezzina minhabba li l-UE rarament timponi regoli fuq kwistjonijiet interni socjali.
Intant l-opinjonista li tkellmet ma’ l-orizzont dwar dan l-artiklu qalet li fil-pajjizi kollha tad-dinja barra Malta u l-Filippini, omm li tkun ilha s-snin issofri minn xi forma ta’ abbuz fosthom sesswali u psikologiku, tista’ tapplika biex tiehu d-divorzju. F’Malta pajjiz li jqarreb l-400,000 ruh, id-divorzju mhux ghazla legali. Il-Knisja ghandha influwenza qawwija fuq il-politika tal-pajjiz u fuq il-gvern.
Minkejja dan bosta nisa llum il-gurnata, qeghdin jaraw il-veduti tal-knisja dwar id-divorzju bhal donnhom li m’ghadhomx jghoddu ghar-realtajiet tal-hajja tas-seklu 21.
Is-sena li ghaddiet, ic-Cili, wara glieda ta’ tmien snin mill-Knisja Kattolitika, irnexxielu jeghleb din il-projbizzjoni li hadet mal-120 sena. L-Irlanda pajjiz iehor kattoliku ferventi, illegalizza l-abbort fl-1997 filwaqt li Spanja bidlet il-ligijiet taghha dwar id-divorzju fl-1981.
“F’Malta mhux talli m’hawnx battalja, talli lanqas biss jissemma’ xejn miz-zewg partiti politici ewlenin ta’ pajjizna bhal donnu f’kull familja qed tirrenja l-ghaqda u l-imhabba. Il-Maltin ghadhom qeghdin jghixu f’socjetà fejn l-irgiel ghadhom qeghdin jiddominaw, kultura li zzomm lill-familja fic-centru taghha u li tishaq fuq ir-rispett lejn ir-rabta familjari u fuq id-doveri li ghandhom il-membri tal-familja.
”Dan hu msahhah mil-ligijiet ta’ pajjizna,” ziedet tghid l-opinjonista.
B’ton kritiku tghid li l-Knisja Kattolika ghadha tinfluwenza bil-kbir il-politika u l-gvern tal-gurnata u b’rizultat t’hekk, il-ligijiet tal-familja u taz-zwieg jirriflettu l-valuri li thaddan hi.
Is-socjetà f’pajjizna ghadha ddominata hafna mill-irgiel, izda n-nisa bil-mod qed jibdew u jridu jkomplu jsemmghu lehinhom b’mod partikolari fejn tidhol il-kwistjoni tad-divorzju ghax fl-ahhar mill-ahhar huma n-nisa l-aktar li qeghdin ibatu minhabba din is-sitwazzjoni patetika li ghad ghandna f’pajjizna, temmet tghid l-opinjonista.
owengalea@yahoo.co.uk
|