|
|
| Stipendji shah u inqas shah |
|
Fejn mar jistahba s-Sur Manwel Delia, dak li kien President tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) fl-1997 meta Gvern Laburista ried imiss l-istipendji ta’ l-istudenti universitarji? Illum l-eks-President qieghed komdu, komdu mistohbi fil-kuriduri tal-Ministeru ta’ Austin Gatt ’il boghod mill-kameras tat-TV li kien tant ihobb dak iz-zmien meta l-passatemp favorit tieghu kien li jorganizza protesti studenteski kontra r-revizjoni ta’ l-istipendji.
Id-differenza bejn il-bierah u llum, ghal Delia, hija li taht Gvern Laburista mhu possibbli tirrevedi xejn izda taht Gvern Nazzjonalista kollox huwa possibbli u kollox huwa legittimu anki jekk il-bidla tkun tfisser “u-turn” klamoruza. Il-Partit Laburista jigi akkuzat li ghamel “u-turn” kolossali fuq il-kwistjoni tas-shubija shiha ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea anki jekk qabel l-elezzjoni generali l-Partit Laburista kien ghamilha cara li se jirrispetta l-verdett elettorali tal-poplu. Altru li mhux “u-turn”, anzi l-Partit Laburista baqa’ konsistenti ma’ dak li wieghed, jiktbu x’jiktbu u jghidu x’jghidu n-Nazzjonalisti u xi oqsma tal-gurnalizmu lokali pregudikati wisq kontra l-Partit Laburista.
|
Il-veru “u-turn”, jammettuh jew ma jammettuhx, ghamluh in-Nazzjonalisti fuq il-kwistjoni ta’ l-istipendji ghax f’zewg programmi elettorali ta’ l-1998 u ta’ l-2003 il-Partit Nazzjonalista ghal zewg elezzjonijiet infila wieghed li mhux se jmiss l-istipendji, anzi wieghed li se jibqghu shah. Izda fl-ahhar illum iz-zejt tela’ f’wicc l-ilma u l-Gvern Nazzjonalista stess qieghed ibaghbashom u jcahhad lill-istudenti universitarji Maltin mill-istipendji shah.
Kemm hassejt ghalihom dawk il-povri ufficjali godda tal-KSU narahom jippruvaw jaghtu ftit zokkor lil din il-pillola qarsa li bellghalhom il-Gvern taghhom stess meta taw l-ewwel reazzjonijiet taghhom ghal din il-“u-turn” Nazzjonalista. Ghax nghiduha kif inhi, il-KSU dejjem kienet benniena tal-Partit Nazzjonalista sa minn dak iz-zmien li kont ghadni student fil-fakultà tal-ligi fit-tmeninijiet u hekk baqghet u hekk se tibqa’ anki jekk xi Gvern Nazzjonalista xi darba jnehhi l-istipendju kompletament.
Kull ma rrid huwa li niftakar f’dawk il-posters u kartelluni b’karikaturi kwazi faxxisti kontra Evarist Bartolo, Ministru ta’ l-Edukazzjoni fl-1997 taht Gvern Laburista, meta kien gie mhabbar pjan biex jigi rivedut l-istipendju. Tghid illum il-KSU se torganizza xi protesta ohra b’xi posters u kartelluni kontra Louis Galea issa li saret din il-“u-turn” minkejja zewg weghdi f’zewg programmi elettorali infila li kollox kien se jibqa’ kif konna nafuh sal-bierah? Ma tafx kif johorgu lil Manwel Delia minn qoxortu u jmexxi l-protesti huwa stess!
Rajtu kemm gabet wens lill-istudenti l-Unjoni Ewropea? Rajtu kemm gabet arja shuna u pjacevoli r-“rebbiegha l-gdida” ta’ Fenech Adami lill-istudenti universitarji? Illum kemm Manwel Delia kif ukoll Fenech Adami jinsabu komdi u paxxuti, ta’ l-ewwel f’Ministeru u t-tieni fil-Palazz ta’ Sant’Anton, filwaqt li l-istudenti jkollhom jixxahhu bi stipendji inqas shah. Jiddispjacini hafna ghall-istudenti universitarji ghax ziedu isimhom fil-lista twila ta’ nies ingannati minn Gvern li tilef kull sens ta’ irgulija u dicenza politika. Illum tara lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni jhabbar din ir-riforma bhala xi trijonf politiku bla misthija ta’ xejn u minghajr l-icken referenza ghal dak li gie mwieghed minnu stess f’zewg programmi elettorali.
Ghalhekk, filwaqt li jiddispjacini ghall-istudenti, nghid li ma jiddispjacini assolutament xejn ghall-istudenti tal-SDM, il-krema studenteska tal-Partit Nazzjonalista fl-Università. Anzi bil-kemm ma nghidx li haqqhom dak li ghamlilhom Louis Galea u jekk ghandhom il-hila issa johorgu jikkummentaw favur li l-istipendji jsiru inqas shah.
Il-masokizmu politiku qatt ma kien xi suggett favorit tieghi. Izda kultant anki fil-maltemp hemm sbuhija x’tammira!
|
|
Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
|
|
|
|
|