www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

L-ghada tar-rebha x’naghmel?
minn Emmanuel Micallef, Deputat Segretarju Generali GWU

L-ewwel haga li naghmel tkun li ngib l-istabbilità fi hdan l-organizzazzjoni. Naccerta lil kulhadd li fil-GWU l-importanti mhux il-persuna jew is-siggu imma s-servizz li rridu naghtu. Ghalhekk nassigura lill-ufficjali kollha li kulhadd se jkollu l-ispazju tieghu biex jaghti sehmu.

Lill-impjegati ta’ l-Unjin naghtihom is-serhan il-mohh ta’ l-impjieg taghhom billi nfehemhom sew il-htiega li jkunu dixxiplinati u efficjenti fix-xoghol taghhom.

Isir stock-take tal-qaghda prezenti fejn jirrigwardja: proceduri interni, strutturi, komunikazzjoni, servizzi, relazzjoni mal-membri, partecipazzjoni ikbar tad-delegati, relazzjoni mat-trejdunjins, mal-partiti politici u mal-korpi kostitwiti, relazzjoni mal-midja. Dan l-ezercizzju jsir b’mod professjonali biex inkunu certi li qed nolqtu l-musmar fuq rasu.

Flimkien ma’ l-Amministrazzjoni u s-Segretarji tat-Taqsimiet, jitfassal pjan ta’ hidma ta’ sitt xhur b’miri specifici u bil-ghan li din il-hidma twassal biex jizdiedu l-membri.

Perjodikament, jigu organizzati laqghat ghall-haddiema minn kull settur tax-xoghol waqt li l-amministrazzjoni centrali taghmel zjarat fuq il-postijiet tax-xoghol tal-membri taghna.

Naghti l-hajja lill-Istitut ta’ Gustizzja Socjali fejn dan iservi bhala Forum tal-hassieba biex permezz ta’ nies esperti u ohrajn ta’ esperjenza jitfasslu proposti fuq suggetti li jinteressaw lill-haddiema li fuqhom ikunu bbazati l-policies ta’ l-Unjin.

Kull erba’ xhur tibda tissejjah l-Assemblea tax-Xopstjuwards fejn fiha jitressqu l-ilmenti generali tal-membri u jigu diskussi proposti ta’ soluzzjonijiet.

Nuzaw il-facilitajiet u r-rizorsi li digà ghandna biex nifthu stazzjon tar-radju halli l-vuci tal-haddiema tasal ghand kulhadd. Fl-istess waqt naghtu spinta lill-gazzetti taghna biex tikber ic-cirkolazzjoni taghhom. Nifthu l-mezzi ta’ komunikazzjoni taghna halli l-haddiema u l-membri jkollhom access li jiddibattu u jesprimu ruhhom fuq suggetti li jolqtuhom.

Inhejju dokumenti li jirriflettu l-qaghda tal-haddiem fir-rigward ta’ l-gholi tal-hajja, it-taxxi, mizuri imposti mill-Gvern, ir-riformi fl-edukazzjoni, s-sahha u l-pensjonijiet, is-settur pubbliku u l-privatizzazzjoni ta’ kumpaniji fejn il-Gvern ghandu sehem, u nfasslu strategiji biex b’kull mezz disponibbli li ghandna nuru lill-Gvern li ahna verament “we mean business”.

Nidhlu f’diskussjonijiet ma’ min ihaddem biex nivverifikaw l-andament tal-kumpaniji halli naraw li hadd ma jabbuza bil-kundizzjonijiet tal-haddiema u l-possibiltà ta’ l-impjiegi godda. Ma nhallux min jinheba taht l-iskuzi tal-qaghda tas-suq u jew tal-globalizzazzjoni.

Kull pjan li nfasslu jew ghal kull diskussjoni li nidhlu rrid li jkollna strategija kif se niksbu r-rizultati jew madwar il-mejda inkella barra l-kamra tan-negozjar.

Lill-membri taghna nzommuhom aggornati l-hin kollu b’dak li jkun qed jigri biex kif insejhulhom ikunu lesti halli nergghu nuru li ghall-haddiem fejn hemm l-ghaqda hemm is-sahha.

Nergghu inqajmu l-finanzi ta’ l-Unjin fuq saqajhom. Dan isir billi ssir revizjoni ta’ l-investimenti ezistenti u nidhlu fi progetti godda li jirrendu dhul ghal tul taz-zmien.

Naghti l-opportunità li d-delegati jkollhom esperjenzi trejdunjonistici barra minn Malta. Nithabat biex il-GWU tikseb rapprezentanza ta’ organizzazzjonijiet tal-haddiema internazzjonali f’Malta.

Inniedu kampanja fuq bazi nazzjonali biex inheggu iktar haddiema jissiehbu fil-GWU.

Dan jitwettaq kollu jekk nahdmu id f’id flimkien ilkoll kemm ahna. Jitwettaq jekk taghti l-fiducja tieghek fit-tmexxija tieghi. Jien nemmen li dan jista’ jsir u naf kif ghandu jsir, dejjem bl-ghajnuna tieghek. Ghalhekk nirringrazzjak minn issa talli se nkunu spalla ma’ spalla biex nergghu naghmlu lill-GWU tkun l-ikbar, l-aqwa u l-ahjar.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.