|
|
| Prosit Preti |
minn Daniela Attard Bezzina
|
|
It-tarag maestuz tal-Muzew Nazzjonali ta’ l-Arti ghandu habta jimlini b’sens ta’ anticipazzjoni li se nara affarijiet sbieh. Din id-darba l-ewwel haga li rajt malli dhalt fis-sala ta’ fuq kienet pittura kbira li turi lil San Gwann Battista qed jghammed lil Gesù u li fi tfuliti kont naraha kuljum fuq il-qoxra tal-Bibbja bil-Malti li kienet u ghadha tghozz ommi. Ma kontx naf li din hi xoghol ta’ Mattia Preti - il-pittur li mieghu hi marbuta l-identità tal-Muzew, tant li fih hemm sala kbira dedikata lilu.
|
Kif spjegatli Theresa Vella, kuratur tal-Muzew Nazzjonali ta’ l-Arti, Mattia Preti kien wiehed mill-artisti popolari hafna mal-Maltin. Tista’ tghid li kwazi kull parrocca f’pajjizna ghandha kwadru mahdum minnu. Ghex f’Malta ghal 40 sena shah u matul dan il-perjodu kien impennjat hafna. Ghalkemm mhux famuz daqs Michelangelo jew Caravaggio, Mattia Preti kien u ghadu pittur ta’ fama mondjali u x-xoghlijiet tieghu jistghu jigu ammirati f’muzewijiet ewlenin madwar id-dinja.
Mattia Preti twieled fl-1613 f’rahal bl-isem ta’ Taverna qalb il-muntanji ta’ Calabria. Studja l-arti f’Napli flimkien ma’ huh Gregorio u wara vjagga ma’ l-Italja u kompla jitghallem minn maestri kbar Taljani li harrguh fi stili ta’ pittura differenti. Fil-fatt fix-xoghlijiet tieghu tidher l-influwenza ta’ diversi artisti.
Ghall-habta tas-sena 1640 Mattia Preti rnexxielu jsir kavallier ta’ l-Ordni ta’ San Gwann. Dak iz-zmien Malta kienet ilha madwar mitt sena mahkuma mill-kavallieri u kollox kien qed jidher antik hafna. Il-Gran Mastru ta’ dak iz-zmien, De Redin, beda jfittex artisti biex jigu jzejnulu l-konkatidral ta’ San Gwann.
Ghal din il-bicca xoghol kien hemm kompetizzjoni kbira ghax ghalkemm Malta kienet nitfa ta’ gzira, kellha qaghda strategika importanti u kien hemm attenzjoni internazzjonali fuqha. Mattia Preti kien jaf li l-Gran Mastru kien qed ifittex l-artisti u ghalhekk baghatlu kwadru minn tieghu li kien juri lil San Gorg fuq ziemel (u li gie restawrat dan l-ahhar). Il-kwadru ntoghgob u Mattia Preti ntaghzel biex ikun hu li jzejjen il-konkatidral.
Il-progett tlesta f’sentejn u nofs - fatt li jindika li Mattia Preti bilfors kellu xi assistenti jahdmu mieghu. L-artist biddel id-dehra tal-konkatidral ghal dik li nafu llum u fost affarijiet ohra fetah twieqi godda biex jidhol aktar dawl, ghamel skultura mal-hitan u affreski mas-saqaf.
Il-pjan originali tal-pittur kien li meta jlesti l-progett imur lura l-Italja izda ra li f’Malta kien hawn bosta opportunitajiet ta’ xoghol, b’diversi knejjes godda ghadhom jinbnew u bi bzonn li jizzejnu bil-pittura. Ghalhekk qataghha li jibqa’ jghix hawn, il-Belt. Kemm dam jghix Malta baqa’ jpitter kontinwament u r-rivali wahdieni li kellu kien Stefano Erardi, l-uniku artist Malti li ghandu kwadru fil-konkatidral ta’ San Gwann. Mattia Preti miet f’Malta stess, meta kellu 85 sena. Sa dak iz-zmien kien ghadu f’sahhtu u jpitter izda laqqat infezzjoni fatali minghand barbier li uza xafra infettata.
|
Jekk wiehed ihares lejn ix-xoghlijiet ta’ Mattia Preti matul l-40 sena li ghex f’Malta, jara bidla fl-istil mal-milja taz-zmien. Fix-xoghlijiet tal-bidu tidher l-influwenza ta’ l-arti Venezjana, bl-uzu ta’ kuluri vivaci li jimplikaw certa hajja u hegga. Aktar tard l-istil ixaqleb lejn wiehed monokromatiku - forsi indikazzjoni ta’ artist li kien qed jixjieh, ghalkemm sa fejn hu maghruf kien f’sahhtu.
L-aktar li baqa’ maghruf Mattia Preti hu ghal xoghlijiet ta’ arti religjuza, kif jidher mill-pitturi esebiti fil-Muzew Nazzjonali ta’ l-Arti. Tista’ tghid li dawn il-pitturi jirrapprezentaw l-istil barokk fl-aqwa tieghu, bil-maestrija ta’ l-artist tispikka fil-mod kif jipprezenta l-figura umana. Mattia Preti kellu habta kif lil Kristu u lill-qaddisin ipittirhom b’mod uman hafna, minghajr raggieri u tizjin bhal dan, u dan il-fatt igieghel lil dak li jkun jirrelata aktar max-xoghlijiet tieghu.
Wahda mill-pitturi l-aktar popolari fosthom hija dik li turi bhala tfajjel lil San Gwann Battista, il-patrun ta’ l-Ordni u ghalhekk bix-xieraq imlibbes il-kuluri taghha. Din il-pittura spiss tigi mislufa biex tidher f’wirjiet barra minn Malta, bl-aktar wirja ricenti tkun “Monaci in Armi” li ktibt dwarha ftit xhur ilu.
Ghalkemm ix-xoghlijiet li hemm fis-sala dedikata lil Mattia Preti huma kollha ta’ dan l-artist, huwa fatt maghruf li Preti kellu jahdmu mieghu xi assistenti biex jghinuh u f’xi whud mill-pitturi jista’ jkun hemm xi passaggi ta’ dawn l-assistenti. Min ma jifhimx fl-arti ma jintebahx b’dawn il-passaggi izda l-esperti jindunaw.
Biswit is-sala dedikata lil Mattia Preti wiehed isib xoghlijiet ta’ artisti li kienu influwenzati minn Preti, fosthom Stefano Erardi u Pedro Nunez de Villavicencio.
F’Ottubru f’Milan se tigi inawgurata wirja bl-isem “Da Caravaggio a Preti” - tema li tixhed il-fatt li xi studjuzi jqisu lil Preti bhala l-ahhar Caravaggist. Jekk Milan hu ‘l boghod wisq ghalikom, kif inhu ghalija, minn qalbi nissuggerilkom li l-ewwel darba li tidhlu l-Belt taqbu qabza sa Triq Nofsinhar, tidhlu l-Muzew ta’ l-Arti, titilghu fis-sular ta’ fuq u tqattghu siegha titpaxxew b’dak li kapaci tohloq id il-bniedem.
• Il-Muzew Nazzjonali ta’ l-Arti jkun miftuh mit-Tnejn sal-Hadd bejn id-9.00a.m. u l-5.00p.m. (l-ahhar dhul fl-4.30p.m.). Il-muzew ma jiftahx lejlet u nhar il-Milied, lejlet u nhar l-Ewwel tas-Sena u fil-Gimgha l-Kbira. Il-prezz tad-dhul huwa Lm1 ghal dawk ta’ bejn it-18 u d-59 sena; 50c ghall-istudenti ta’ bejn 12 u 17-il sena, ghal min ghalaq is-60 sena u ghal dawk li ghandhom il-cards ISIC, ISE u ICOM; u 25c ghal tfal ta’ bejn sitt snin u 11-il sena. Tfal sa età ta’ hames snin ma jhallsux.
|
|
|
|