www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

Il-kwistjoni ta’ l-immigrazzjoni
klandestina fl-Ewropa:
L-UE mhix taghmel bizzejjed – Gianfranco Fini
minn Owen Galea

Gianfranco Fini, il-Vici President tal-Kunsill tal-Ministri Taljan iddikjara l-bierah f’pajjizna li Brussel irid jifhem li Malta u l-Italja jinsabu fil-fruntiera ewropea u ghalhekk ma jistax ihallihom ghal rihhom jiggieldu l-fenomenu ta’ l-immigrazzjoni klandestina. Filwaqt li stqarr li dan il-fenomenu ma jistax jieqaf, kompla jaghmel pressjoni fuq l-Unjoni Ewropea biex tiehu pozizzjoni cara kontra l-immigrazzjoni illegali.

Fini li huwa wkoll il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin argumenta li l-problema ta’ l-immigrazzjoni klandestina mhix ta’ l-Italja u Malta biss, izda tirrigwarda wkoll lill-UE kollha kemm hi. Zied jghid li l-problema ta’ l-immigrazzjoni klandestina qed tirriskja li tiddetermina konsegwenzi gravi f’dawk li huma aspetti ekonomici u socjali.

Il-Ministru Taljan qal dan il-bierah fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin meta kien qed jindirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet kongunta mal-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Malti, Michael Frendo hekk kif kien jinsab f’pajjizna ghall-ftuh tal-Konferenza Internazzjonali Dante Alighieri.

Il-Ministru Taljan argumenta li wiehed mill-principji ewropej huwa dak tas-sussidjarjetà. “L-ewropa taghmel dak li pajjizi wahidhom ma jistghux jaghmlu – ghalhekk dan il-princi-pju ghandu jibda jithaddem fil-prattika biex ikun miggieled il-fenomenu ta’ l-immigrazzjoni.

L-UE trid tiehu azzjoni biex toffri lil dawk il-pajjizi li jinsabu fil-fruntiera kundizzjonijiet li jkollhom strutturi u anki mezzi finanzjarji xierqa biex ikunu jistghu jiggieldu dan il-fenomenu daqshekk gravi, sahaq Fini. L-azzjoni ghandha tittiehed fil-konfront tal-pajjizi kollha u mhux biss fil-konfront ta’ dawk il-pajjizi geografikament zghar bhal Malta. Qal li din hija sfida kbira taz-zminijiet il-godda u jizbalja min jahseb li din il-problema tirrigwarda biss ftit pajjizi u mhux ohrajn.

Hawnhekk fakkar li permezz ta’ l-inizjattiva li ha l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Michael Frendo bl-appogg tal-gvern Taljan, f’wahda mil-laqghat li jmiss tal-Kunsill ta’ l-Affarijiet Generali tal-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ l-Ewropa, il-problema ta’ l-immigrazzjoni tpoggiet fuq l-agenda. Dan minkejja li stqarr li kien hemm pajjizi li ghamlu rezistenza ghal din il-proposta.

Stqarr li wahda mill-affarijiet li trid taghmel l-UE hi li tiftah ufficcju ta’ l-Agenzija tal-Fruntieri fil-Mediterran. “M’ghandna xejn kontra li l-bazi ta’ l-agenzija tkun f’Varsavja ghax il-problema ta’ l-immigrazzjoni illegali tirrigwardja wkoll lill-pajjizi tal-Lvant, izda nemmnu li llum l-emergenza gejja min-Nofsinhar.

Fini qal li jaqbel mal-proposta li ghamel il-Ministru Frendo biex f’pajjizna jkun hawn ufficcju ta’ din l-Agenzija. Qal li ma jaghmilx differenza jekk dan l-ufficcju jkunx f’Malta jew fi Sqallija u sahaq fuq il-bzonn li din l-Agenzija taghti l-attenzjoni kollha fil-konfront tal-Mediterran.

Dwar l-azzjonjiet bilaterali bejn Malta u l-Italja, Fini qal li l-Italja ghandha esperjenza ikbar minn ta’ pajjizna u ghalhekk ghandhom strutturi iktar organizzati. Qal li qeghdin jippruvaw jahdmu flimkien biex inaqqsu l-impatt tal-problema li tista’ thalli fuq gzira zghira bhal Malta. Stqarr li l-impatt ta’ din il-problema fuq gziritna huwa hafna iktar rilevanti minn dak li jista’ jkollu fuq pajjiz kbir bhal mhu l-Italja.

“Meta jasal vapur bil-klandestini f’Lampedusa u ahna wkoll ghandna l-istess problema li ghandkom inthom bic-centri ta’ detenzjoni, ahna nistghu nibghatuhom Sqallija. Meta jigu f’Malta, iridu jibqghu Malta. Hija banalità izda turi kemm l-UE trid taghti attenzjoni ikbar ghal din il-problema.

Il-Ministru Taljan semma’ wkoll li laqa’ l-proposta li hareg biha l-Minsitru ta’ l-Affarijiet Barranin Micheal Frendo biex f’Ottubru li gej f’Ruma tissejjah konferenza dwar l-immigrazzjoni llegali li se tkun qed titmexxa minnu.

Filwaqt li stqarr minn issa li bl-inizjattivi li se jmexxu ‘l quddiem, “mhux se jwaqqfu dan il-fenomenu, ghax dan hu fenomenu li ma jieqafx”, qal li se jilqghu ghalih xorta wahda biex jevitaw impatt li jista’ jkollu effetti negattivi hafna.

Dwar din il-laqgha, il-Ministru Frendo qal li matulha se jiddiskutu liema direzzjoni politika se jkunu qeghdin jiehdu Malta u l-Italja biex isahhu u jintensifikaw l-azzjonijiet li ghandhom jiehdu fil-Mediterran biex jiggieldu dan il-fenomenu kriminali filwaqt li jharsu l-obbligi internazzjonali.

Fini stqarr li biex tiggieled l-immigrazzjoni llegali trid l-ewwel tfittex l-gheruq tal-problema. Qal li bosta pajjizi fid-dinja jinsabu fil-guh u bzonnijiet kbar. “Irridu nghinu lil dawn l-iddisprati biex jibqghu fejn jitwieldu u ghalhekk l-UE fost il-bosta affarijiet li trid taghmel hu li tibda politika ta’ intervent u ghajnuna ekonomika finanzjarja u socjali f’dawn il-pajjizi,” appella l-Ministru Taljan.

Dwar il-kollaborazzjoni mal-Libja qal li din hija importanti ghax jekk il-Libja ma tikkontrollax il-kosta taghha inkunu qeghdin nissugraw li nigu nvasati.

Mistoqsi jekk l-Italja tistax tghin biex Malta tilhaq ftehim bhal ma’ lahqet l-Italja mal-Libja dwar l-immigrazzjoni, Fini qal li l-Italja tista’ tghin lil Malta fis-sens li tista’ tesprimi l-hsieb li l-Libja tikkollabora ma’ Malta bhal ma tikkolabora ma’ l-Italja, izda qal li ma tistax taghmel iktar minn hekk.

Huwa cahad li tezisti xi problema fl-ghajnuna teknika li joffru l-Forzi Armati Taljani lill-Forzi Armati Maltin. Hu importanti li jigu stabbiliti regoli generali ta’ impenn biex imbaghad jigu affdati lil dawk li ghandhom kompetenza, qal il-Ministru Fini.

Dwar ir-rimpattrijazzjoni kongunta bejn Malta u l-Italja, qal li ma jaghmilx sens li pajjizna jorganizza ajruplan biex jibghat zewg klandestini illegali lura f’pajjizhom meta l-Italja tkun se tibghat klandestini ohrajn fl-istess pajjiz.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  Kuntratt mill-Gvern għal Żaren Vassallo u Alex Tranter:
MILJUN IEĦOR!
·  ‘Hold-up’: “Daħal għalija u għal ibni ta’ sitt snin b’sikkina”
·  Il-prezzijiet ta’ ċerti mediċini:
Roħs li ma jserraħx l-imħuħ
·  Jorħos il-petrol b’2ċ wara li għola l-gass b’30ċ
·  Jieħdu n-nar ‘tyres’ fil-Badger Karting
·  Ikomplu l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:
Żewġ ħaddiema gravi
·  Iż-żewġ żgħażagħ li nqabdu jisirqu mill-MCAST
ta’ Kordin mill-għassies jitressqu l-Qorti
·  Mixlija b’attentat ta’ frodi ta’ flus permezz ta’ theddid
·  Waqt laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ:
Diskussa l-ittra formali tal-UE
·  Jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib:
L-FKNK twissi lill-membri biex josservaw il-liġi
·  Tkompli l-ħidma fuq l-emblema ġdida tal-PL
·  Il-kumpanija GO tirreġistra profitt
·  31 twissija dwar prodotti perikolużi f’sentejn u nofs
·  Vodafone Malta Foundation:
Stazzjon tat-temp għall-Ġgantija


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.