www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Aħbarijiet
 

Il-Partit Laburista jsellem lill-ex-Prim Ministru
Lord Gerald Strickland


L-Agent Mexxej Laburista, Dr Charles Mangion, f’isem il-Partit Laburista, flimkien mad-Direttur Ezekuttiv tal-Fondazzjoni Mikiel Anton Vassalli, Desmond Zammit Marmara, il-bierah sellmu lill-ex-Prim Ministru ta’ Malta, Lord Gerald Strickland, fl-okkazjoni tal-65 anniversarju mill-mewt tieghu.

Ghal din l-okkazjoni n-Nutar Mangion qieghed bukkett fjuri f’riglejn il-monument ta’ Lord Gerald Strickland li jinsab fil-gnien tal-Barrakka ta’ Fuq. F’kelmtejn ta’ l-okkazjoni, l-Agent Mexxej Laburista qal li f’gheluq dan l-anniversarju huwa xieraq li l-poplu Malti jaghti gieh lil dan il-mexxej ta’ pajjizna.

Huwa qal li Lord Strickland wera impenn biex ihares l-interessi nazzjonali u ddistingwa ruhu biex jinbidlu l-ligijiet halli dawn jibdew jaghtu aktar drittijiet lill-klassi l-aktar mghaffga. Lord Strickland twieled il-Belt, fl-24 ta’ Mejju, 1861 u miet fir-residenza tieghu ta’ Villa Bologna, H’Attard, fit-22 ta’ Awissu, 1940. Il-Kostituzzjoni li Malta nghatat fl-1887 kienet ibbazata fuq il-proposti li ressqu Gerald Strickland u Fortunato Mizzi.

Tul hajtu, Strickland ghamel zmien Gvernatur ta’ diversi territorji ta’ l-Imperu Ingliz, fosthom tal-Leeward Islands fil-West Indies (bejn l-1902 u l-1904); fit-Tasmania (bejn l-1904 u l-1909), fil-West Australia (bejn l-1909 u l-1912); u fin-New South Wales (bejn l-1912 u l-1917).

Fl-1921 Malta nghatat kostituzzjoni gdida li permezz taghha kien se jkollha Gvern Responsabbli. Strickland gie lura Malta u eventwalment sar il-Mexxej tal-Partit Kostituzzjonali u kien Kap ta’ l-Oppozizzjoni bejn l-1921 u l-1927. Fl-1926 il-Partit Kostituzzjonali ghamel ftehim imsejjah “Compact” mal-Partit Laburista.

Il-ftehim kien li l-Partit Laburista jaghti l-appogg tieghu lill-Partit Kostituzzjonali bil-patt li meta dan ta’ l-ahhar ikun fil-Gvern, jghaddi legislazzjoni u jiehu mizuri favur it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-hajja tal-haddiema Maltin u Ghawdxin.

Bl-ghajnuna tal-Partit Laburista l-Partit Kostituzzjonali rebah l-Elezzjoni Generali ta’ Awissu 1927 u Strickland sar Prim Ministru. Huwa dam jokkupa din il-kariga sa l-1932.

F’dan iz-zmien li kien Prim Ministru, ghaddiet il-‘Workmen’s Compensation Act’ – li kienet wahda mill-ewwel ligijiet socjali f’Malta li permezz taghha il-haddiem kien ihallas sold fil-gimgha u jekk iwegga’ fuq ix-xoghol kien jiehu tliet xelini fi hlas. Din il-ligi dahlet fis-sehh f’Awissu 1929. Twaqqaf ukoll ic-Centru ta’ Tahrig ghall-Emigranti u fl-1930 nbeda l-bini ta’ l-Isptar San Luqa li ghadu jahdem sal-lum.

Minhabba l-kwistjoni politiko-religjuza ta’ bejn l-1928 u l-1932, Gerald Strickland tilef l-elezzjoni generali ta’ Gunju 1932. Fl-1935 huwa beda johrog il-gazzetta The Times of Malta.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Aħbarijiet
·  Kuntratt mill-Gvern għal Żaren Vassallo u Alex Tranter:
MILJUN IEĦOR!
·  ‘Hold-up’: “Daħal għalija u għal ibni ta’ sitt snin b’sikkina”
·  Il-prezzijiet ta’ ċerti mediċini:
Roħs li ma jserraħx l-imħuħ
·  Jorħos il-petrol b’2ċ wara li għola l-gass b’30ċ
·  Jieħdu n-nar ‘tyres’ fil-Badger Karting
·  Ikomplu l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:
Żewġ ħaddiema gravi
·  Iż-żewġ żgħażagħ li nqabdu jisirqu mill-MCAST
ta’ Kordin mill-għassies jitressqu l-Qorti
·  Mixlija b’attentat ta’ frodi ta’ flus permezz ta’ theddid
·  Waqt laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ:
Diskussa l-ittra formali tal-UE
·  Jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib:
L-FKNK twissi lill-membri biex josservaw il-liġi
·  Tkompli l-ħidma fuq l-emblema ġdida tal-PL
·  Il-kumpanija GO tirreġistra profitt
·  31 twissija dwar prodotti perikolużi f’sentejn u nofs
·  Vodafone Malta Foundation:
Stazzjon tat-temp għall-Ġgantija


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.