www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Hasil ta’ l-imhuh
minn Helena Dalli

Hmistax ilu ktibt fuq kif il-Gvern li fl-1987 tela’ bl-ghajta tax-xoghol, gustizzja u libertà, jiehu kull opportunità biex jimmina u jattakka x-xoghol tal-General Workers’ Union.

Wara li ktibt dan l-artiklu sabuni genituri u qaluli li l-Gvern mhux biss qed jimmina xoghol il-Union imma anke qed jipprova jibdel u jnessi l-istorja ta’ Malta fil-qasam trejd unjonistiku, u lit-tfal, anke fil-livell primarju, qeghdin jghallmuhom affarijiet li ma jirriflettux ir-realtà storika ta’ pajjizna.

Urewni noti tat-tfal taghhom li kien fihom dan li gej:

“L-ebda pajjiz ma jista’ jittratta lill-haddiema tieghu hazin jew ihallashom inqas milli suppost. Hemm ligijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li jizguraw li l-ebda pajjiz ma jabbuza mill-haddiema tieghu. Li thallas lill-haddiema ftit jew li tittrattahom hazin jaghmilhom imdejqin u jista’ jkun li jivvotaw ghal gvern estremist li ma jikkoperax ma’ l-Unjoni Ewropea. Kundizzjonijiet tal-haddiema tajbin huma dritt uman baziku.”

Dan m’huwa xejn ghajr hasil ta’ l-imhuh taz-zghar taghna, fl-età l-aktar impressjonabbli. B’hafna ommissjonijiet – intenzjonati jew le, lit-tfal qeghdin ipoggulhom quddiemhom li huwa ghax hemm il-ligijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li ghandna assikurazzjoni li hadd ma jabbuza mill-haddiema. Ma jiswa xejn kemm il-unions, specjalment il-General Workers’ Union flimkien ma’ gvernijiet Laburisti, hadmu biex il-haddiema Maltin ikollhom kundizzjonijiet tax-xoghol tajbin. Ma jiswa xejn li kienu l-Maltin li hadmu ghal dawn il-kundizzjonijiet u minn, tista’ tghid f’certi kazi, skjavi, il-haddiema Maltin kisbu d-dinjità li tixirqilhom.

Ma jiswa xejn, ghax hawn min l-istorja qed jibdilha u liz-zghar taghna qeghdin jghallmuhom li l-haddiema Maltin ghandhom il-kundizzjonijiet tax-xoghol li ghandhom, ghax hemm ligijiet ta’ l-Unjoni Ewropea .

Naghmlu hazin jekk noqoghdu lura jew nibqghu passivi fil-konfront ta’ dikjarazzjonijiet bhal dawn, li qeghdin jipprezentaw lit-tfal taghna u li permezz taghhom qeghdin jghaddulhom nofs veritajiet. Huwa veru li hemm ligijiet ta’ l-Unjoni Ewropea biex iharsu d-drittijiet tal-haddiema, imma il-ligijiet Maltin fejn jidhlu kundizzjonijiet tax-xoghol kienu ilhom li saru u gew imtejba tul is-snin bil-hidma ta’ unions u gvernijiet Maltin.

Mhux tajjeb, u importanti li nghiduhulhom lil uliedna dan kollu? Jekk ma nghiduhulhomx dawn se jibqghu bl-impressjoni li permezz ta’ l-Unjoni Ewropea l-haddiema ghandhom il-kundizzjonijiet tax-xoghol li ghandhom. Tajjeb hekk li nhalluhom bl-impressjoni zbaljata? Tajjeb li ma nghallmuhomx u nhalluhom jahsbu li allahares ma kinux il-ligijiet ta’ l-Ujoni Ewropea ghalina? Ma nkunux qeghdin inrawmu fihom kunfidenza fihom infushom jekk nghidulhom li missirijiethom, ommijiethom u nanniethom hadmu biex il-haddiema Maltin imxew ’il quddiem u kisbu d-drittijiet xierqa?

Mhux bit-theddid biss qeghdin jipprovaw ixejnu l-unions, imma anke permezz ta’ l-edukazzjoni u allura b’mod aktar fin u effettiv, specjalment meta ghandek tfal ta’ età impressjonabbli u dak li tghidilhom jibqa’ f’mohhhom ghal hajjithom. Billi jonqsu milli jghallmu lit-tfal taghna kif tassew kisbu l-kundizzjonijet tax-xoghol li ghandhom illum il-haddiema Maltin, qeghdin inaqqsuhom milli jedukawhom fil-qasam ta’ l-istorja trejd unjonistika ta’ pajjizhom.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.