|
|
| L-ewwel passi fuq l-art Maltija |
minn Daniela Attard Bezzina
|
L-ewwel taqsima li jsib min izur il-Muzew Nazzjonali ta’ l-Arkeologija fi Triq ir-Repubblika, il-Belt, hi dik li titratta dwar il-perjodu neolitiku bikri - perjodu li ghalija hu ta’ interess kbir ghax fih gew l-ewwel nies f’Malta, l-antenati taghna. Dwar dan il-perjodu tkellimt ma’ Sharon Sultana, Collections and Site Executive f’dan il-muzew. Il-pre-istorja f’Malta hi maqsuma fiz-Zmien Neolitiku u Zmien il-Bronz. Il-kelma “neolitiku” tfisser “iz-zmien il-gdid tal-hagar”. Il-perjodu neolitiku hu maqsum fiz-zmien bikri u zmien it-tempji. L-artiklu tal-lum hu dedikat liz-zmien neolitiku bikri, li jibda minn 5200 sena qabel Kristu u jibqa’ sejjer sa 3800 sena qabel Kristu. Dan il-perjodu jinkorpora fih il-fazijiet ta’ Ghar Dalam, Skorba Griz, Skorba Ahmar u Zebbug. Kull isem minn dawn hu abbinat mal-post fejn instabet l-ewwel evidenza ta’ dik il-fazi partikolari.
Fil-fazi ta’ Ghar Dalam waslu f’pajjizna l-ewwel nies, li aktarx kienu bdiewa Sqallin. Fil-fatt il-fuhhar li ghandna minn dan il-perjodu jaqbel ezatt ma’ dak li nstab fi Stentinello fi Sqallija. Huwa difficli li wiehed jasal ghal stampa cara tal-postijiet li kienu jintuzaw ghall-abitazzjoni f’dan il-perjodu. Izda mill-evidenza skarsa li tezisti, jidher li dawn l-ewwel bdiewa uzaw l-inhawi kollha tal-gzejjer Maltin biex jghixu fihom - kemm promontorji kif ukoll widien u postijiet ohra li mijiet ta’ snin wara kellhom jizviluppaw f’siti b’tempji megalitici.
Wiehed jista’ jobsor li dawn l-ewwel bdiewa gabu maghhom kultura neolitika zviluppata sew - annimali ddomestikati bhal naghag, moghoz, majjali u baqar kif ukoll ucuh bhax-xghir, il-qamh u l-ghazz. Kienu jieklu wkoll il-hut u l-molluski u introducew l-ghodda maghmula mill-gebla lokali jew importata.
Billi f’Malta nstabu fdalijiet ta’ ossidjana importata mill-gzejjer ta’ Lipari u Pantallerija, hu mahsub li n-nies li ghexu fil-fazi ta’ Ghar Dalam hadu sehem f’sistema ta’ skambju li kien jinvolvi l-vjaggi bil-bahar u l-kuntatt mad-dinja ta’ barra.
Mill-ftit fdalijiet arkeologici li ghandna mill-fazi ta’ Ghar Dalam, jidher il-livell artistiku li lahqu dawn il-bdiewa. Nistghu naraw l-arti li biha kienu jsiru x-xfafar miz-znied u mill-ossidjana, u oggetti ohra uzati bhala ornamenti personali, fosthom buttuni u pendenti.
Il-fazijiet ta’ Skorba, imbaghad, ikopru l-perjodu minn 4500 sa 4100 sena qabel Kristu. Il-Fazi l-Griza talludi ghall-perjodu minn 4500 sa 4400 sena qabel Kristu filwaqt li l-Fazi l-Hamra tirreferi ghall-perjodu minn 4400 sa 4100 sena qabel Kristu. Matul dawn l-400 sena l-komunità li kienet tghix Malta bdiet tizviluppa stil ta’ hajja taghha proprju hekk kif il-kuntatt ma’ Sqallija aktarx naqas.
|
Il-fuhhar tal-Fazi l-Griza ghandu lewn griz u ghalkemm stilistikament jixbah xi ftit lill-fuhhar ta’ Ghar Dalam, ma ghandux dekorazzjoni. Il-fdalijiet li ghandna minn dan il-perjodu jinkludu ghodod maghmulin mill-ghadam, ornamenti personali, ghodod tal-gebel, gebel ghall-izbandola (li aktarx kienet tintuza ghall-kacca), kif ukoll ghadd ta’ xfafar maghmula miz-znied u mill-ossidjana.
Fil-Fazi l-Hamra nsibu l-ahjar manifestazzjonijiet kulturali ta’ dan il-perjodu. Ghalkemm il-garar tal-fuhhar ghandhom relazzjoni mal-fuhhar tal-Fazi l-Griza, issa nsibu stil karatteristiku hafna u l-fuhhar ghandu lewn ahmar, jekk mhux ukoll ahmar jghajjat. Ghandna wkoll xi fdalijiet ta’ rahal. L-aktar impressjonanti hija struttura kumplessa maghmula minn zewgt ikmamar u mdawra bi btiehi. L-art ta’ dawn il-btiehi hija maghmula minn gebel imqieghed wahda hdejn l-ohra. Ghalkemm il-hajt ta’ dan il-bini kien baxx, kien f’sahhtu bizzejjed biex jiflah xi tip ta’ saqaf hafif aktarx maghmul mill-qasab u t-tajn.
Fost l-oggetti li nstabu f’din l-istruttura nsibu hafna bcejjec miksura tal-fuhhar, hafna xfafar taz-znied u ta’ l-ossidjana kif ukoll ghadd ta’ statwetti. Dan il-bini gie interpretat bhala speci ta’ nicca jew kappella zghira u jurina d-distinzjoni cara bejn l-arkitettura domestika u dik religjuza.
Fil-Fazi l-Hamra nsibu wkoll l-ewwel rapprezentazzjoni tal-figura umana, li hi ferm differenti minn dik tal-perjodu tat-tempji. Mill-hames statwetti li nstabu, erbgha saru mit-tafal u l wahda mill-gebla lokali. Wahda mill-istatwetti tat-tafal ghandha karatteristici femminili stilizzati hafna, u l-wicc trijangolari jfakkarna fl-arti Dikladika, ghalkemm din giet hafna aktar tard.
Il-Fazi Zebbug, imbaghad, tkopri l-perjodu minn 4100 sa 3800 sena qabel Kristu. Din il-fazi hi sinonima ma’ l-introduzzjoni ta’ l-oqbra kollettivi f’pajjizna. Dawn l-oqbra kienu jikkonsistu f’kamra wahda jew grupp ta’ kmamar imhaffrin fil-blat. Il-qabar kien iservi ghad-dfin kif ukoll jintuza bhala kannierja. Il-fdalijiet ta’ dawk li ndifnu qabel kienu jitwarrbu ghan-naha ta’ wara u lejn il-gnub tal-qabar biex b’hekk ikun hemm bizzejjed spazju ghal difna ohra.
*Il-Muzew ta’ l-Arkeologija jkun miftuh mit-Tnejn sal-Hadd bejn id-9.00a.m. u l-5.00p.m. (l-ahhar dhul fl-4.30p.m.). Il-muzew ma jiftahx lejlet u nhar il-Milied, lejlet u nhar l-Ewwel tas-Sena u fil-Gimgha l-Kbira. Il-prezz tad-dhul huwa Lm1 ghal dawk ta’ bejn it-18 u d-59 sena; 50c ghall-istudenti ta’ bejn 12 u 17-il sena, ghal min ghalaq is-60 sena u ghal dawk li ghandhom il-cards ISIC, ISE u ICOM; u 25c ghal tfal ta’ bejn sitt snin u 11-il sena. Tfal sa età ta’ hames snin ma jhallsux.
|
|
|
|