www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Diska mgengla
minn Alfred Grixti

L-istagun tas-sajf huwa maghruf fost il-media barranija, specjalment dik bl-ilsien Ingliz, bhala l-istagun tal-bluha:“the silly season”. Il-media ma jkollhiex biex timla l-gazzetti u l-bulettini ta’ l-ahbarijiet ghax il-bicca l-kbira tan-nies ikunu bil-btajjel taghhom u donnu kollox jieqaf jew inaqqas ir-ritmu tieghu. F’dawn ic-cirkostanzi certi sezzjonijiet tal-media jaraw kif jillapazzaw ghal din is-sitwazzjoni billi jew jivvintaw l-istejjer jew igebbduhom aktar milli normalment jaghmlu, jew it-tnejn.

Malta mhix eccezzjoni ghal dan il-fenomenu. Fil-fehma tieghi mhux kumbinazzjoni li kwazi kull sajf il-media tal-Partit Nazzjonalista dejjem timmonta zewg tipi ta’ stejjer fuq zewg suggetti. Wiehed minnhom ikun il-Partit Laburista u l-iehor il-General Workers’ Union. Illum, f’din it-taqsima tal-kolonna tieghi, nixtieq nikkoncentra fuq l-attakk li qieghed isir fuq il-General Workers’ Union.

Dan is-sajf rega’ kellna, fil-fatt, attakk koncertat fuq il-General Workers’ Union. U dan ghas-semplici raguni li l-General Workers’ Union mhi qieghda taghmel xejn ghajr dak li nholqot ghalih. Jigifieri li taqbez ghall-haddiema u tiddefendilhom hobzhom. Dan il-General Workers’ Union ghamlitu wara li l-Gvern Nazzjonalista qabad u ddecieda li jaghlaq l-Interprint u jkecci l-haddiema kollha.

Il-General Workrs’ Union, bir-ragun kollu, ma accettatx din il-mossa u qieghda tniedi kampanja kontra dak li qieghda ssejjah il-politika tal-giljottina.

Nistaqsi, x’hemm hazin f’dan? Mela f’pajjiz suppost demokratiku union, hi liema wahda hi, ma tistax tiddefendi lill-imsiehba taghha minghajr ma tkun attakkata u kkritikata?

Wara kollox, Malta issa hija membru ta’ l-Unjoni Ewropea fejn mhux biss pajjiz irid ikollu kredenzjali demokratici biex ikun membru, izda l-istess ligijiet ta’ din l-Unjoni jaghtu d-dritt lill-haddiema biex jissiehbu fl-unions halli jharsu l-interessi taghhom.

Izda l-ipokresija ta’ dawk li hadmu kemm felhu biex ibellghuha lill-poplu Malti u Ghawdxi li jaqbillu li Malta tissieheb fl-Unjoni Ewropea issa wasslet biex dawn l-istess nies regghu hargu qatta bla habel kontra l-General Workers’ Union talli din qieghda taghmel biss dak li huwa d-dmir taghha li taghmel u li l-istess Unjoni Ewropea taghtiha d-dritt li taghmel.

Dan kollu qieghed isir ghax il-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi jippretendi, bhall-Gvern ta’ Eddie Fenech Adami qablu, li kulhadd jaqbel mieghu u li min ma jaqbilx joqghod bi kwietu halli minn barra kollox jidher miexi sew u bla skossi.

Il-politika tal-Gvern Nazzjonalista hija cara: min jgholli rasu u juri li ma jaqbilx, aqtaghhielu. Hekk ghamlu lill-Ombudsman, lill-Awditur Generali u lill-Kummissarju Elettorali Principali. U issa hekk qeghdin jipprovaw jaghmlu mal-General Workers’ Union.

Fil-fatt, il-Gvern Nazzjonalista jidher li jridna nkunu Ewropej aktar mill-Ewropej; f’kollox hlief f’li l-General Workers’ Union tezercita d-dritt li taghtiha l-Unjoni Ewropea li tiddefendi lill-haddiema.

Ara fl-Ingilterra, il-gimgha l-ohra sar strajk spontanju ta’ simpatija fl-ajruport ta’ Heathrow b’solidarjetà mal-haddiema li kienu tkeccew mill-kumpanija Gate Gourmet li thejji l-ikel ghal-linji ta’ l-ajru. Imma ma kienx hemm imqar il-kwart ta’ l-attakki u insulti lejn il-unions u l-mexxejja taghhom. U xi nghidu ghall-ghageb li jsir kull darba li l-General Workers’ Union tghid li se tohrog in-nies jipprotestaw? Hasbu li ma narawx x’jigri f’pajjizi Ewropej ohrajn.

Imma hawn Malta le. Il-General Workers’ Union ma tistax tezercita dan id-dritt. Fil-fatt, dan mhux l-ewwel sajf u din mhix l-ewwel darba li hekk kif il-General Workers’ Union tkun fi kwistjoni mal-Gvern Nazzjonalista, dlonk nibdew naraw il-media tal-Partit Nazzjonalista mimlija attakki bla razan fuq il-General Workers’ Union. Imbaghad jiehdu l-briga l-gurnali suppost indipendenti bl-Ingliz li jibdew ikollhom editorjali u stejjer u karikaturi mmirati lejn il-General Workers’ Union u l-mexxejja taghha.

Din mhix l-ewwel darba u mhux se tkun l-ahhar darba li saret. Ghalhekk, diska mgengla.



Ghaqda

Hadt gost naqra l-artiku ta’ siehbi Wenzu Mintoff dwar l-ghaqda fil-Partit Laburista nhar is-Sibt, 13 ta’ Awissu, 2005, f’din il-gazzetta. Naqbel ma’ Wenzu li fil-partit, bhal f’kull organizzazzjoni ohra, biex ikun hemm l-armonija li twassal ghas-success iridu jitwarrbu l-interessi personali.

Jien digà ktibt dwar din il-htiega wara l-konferenza generali straordinarja. Se nerga’ nirrepeti dak li ktibt biex min ghadu ma fehemx x’qalilna l-mexxej taghna dak in-nhar forsi jibda jifhem.

“F’dan il-kuntest, ghalhekk, jehtieg li nibqghu maghqudin. Qed nghid dan ghax f’certi diskorsi li saru waqt il-konferenza deher car li hemm min jahseb li l-Partit Laburista jista’ jissahhah jekk nehilsu minn dawk li ma jaqblux mal-linja ufficjali. Jekk nirragunaw hekk inkunu qeghdin naraw biss sal-ponta ta’ mnehirna. Il-Partit Laburista mhux il-Knisja Kattolika fejn min ma jobdix jew jghid xi haga li ma toghgobx lil ta’ fuq jigi skomunikat.

Dan l-izball ghamluh shabna s-Socjalisti Francizi li ghadhom kemm keccew lil dawk li vvotaw kontra t-Trattat Kostituzzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea u b’hekk flok se jmorru ghall-elezzjoni li jmiss bhala front wiehed maghqud se jkunu mifrudin u mcahhdin minn uhud mill-ahjar imhuh tal-Partit Socjalista Franciz.

Ghalhekk, jehtieg niftakru li maghqudin nirbhu. Maghqudin ma jirbhilna hadd. Fuq kollox jehtieg niftakru li, kif qal Dr Alfred Sant, nistghu ma naqblux bejnietna fuq kwistjoni jew ohra imma, fl-ahhar mill-ahhar, ahna lkoll Laburisti. Min jinsa din it-taghlima la jista’ jissejjah Laburist u wisq inqas bhala li hu leali u li qed jimxi fuq il-linja ndikata lilna lkoll mill-mexxej taghna.”

Inzid nghid dan biss. Min hu veru leali lejn il-partit u lejn il-mexxej u mhux jghid li hu leali ghax issa hekk jaqbillu, ghandu jaghti l-prova tal-lealtà tieghu jew taghha billi, bil-provi, jwettaq dak li jrid il-mexxej ghall-gid tal-partit ghax hekk biss ikollna tassew l-ghaqda.




Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.