www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Features
 

Bastimenti li ma jbahhrux
minn Daniela Attard Bezzina

X’hawn isbah milli tibda l-gimgha tax-xoghol f’librerija arjuza mimlija kotba dwar it-tbahhir u l-qxur tal-bahar, biswit tieqa kbira b’veduta tax-xatt tal-Kottonera, titghallem kif jinbnew il-mudelli tal-bastimenti? Hekk bdejtha ftit ilu, fil-kumpanija ta’ Joe Abela, li jibni u jiehu hsieb il-mudelli li hemm fil-Muzew Marittimu tal-Birgu. Joe huwa mustaccun f’dan ix-xoghol, tant li wiehed mill-mudelli li bena jinsab fil-Muzew tal-Battalja ta’ Lepanto fil-Grecja.

Kif spjegali Joe, f’muzew marittimu l-mudelli huma importanti hafna ghax huma rapprezentazzjoni tridimensjonali fidila ta’ bastimenti li, ghal diversi ragunijiet, huwa impossibbli li jigu esebiti.

Fil-Muzew Marittimu tal-Birgu ma hemmx biss il-mudelli li bena Joe izda wkoll mudelli li nbnew fi zmien il-kavallieri bhala mostra ghall-klijent li ordna l-bastiment. Fost dawn hemm mudell tal-poppa tal-bastiment San Goacchino. Hemm ukoll mudelli kbar li kienu jintuzaw biex fuqhom jitghallmu l-istudenti fl-iskola tal-bahar ta’ l-Ordni. Dak iz-zmien Franza kienet qawwa navali kbira u l-Ordni mhux biss kienet tadotta t-teknologija Franciza fil-bini tal-bastimenti taghha izda kienet tibghat ukoll mghallmin Maltin fit-tarzna ta’ Toulon biex jitharrgu fl-aktar teknika avvanzata tal-bini tal-bastimenti. Juan Azzopardo, li aktar tard kien il-fundatur tal-qawwa navali ta’ l-Argentina, kien wiehed minn dawn l-istudenti ta’ l-arkitettura navali.

Qabel ma jinbena mudell gdid, issir diskussjoni mal-kuratur biex jigi deciz liema wiehed ghandu jsir. Naturalment l-ewwel priorità tinghata lil xi bastiment li ghandu rabta ma’ l-istorja ta’ Malta. Ladarba tittiehed id-decizjoni, il-pass li jmiss ikun li tigi stabbilita l-iskala li fuqha se jinhadem il-mudell kif ukoll li jigi deciz liema stadju tal-hajja tal-bastiment se jigi rapprezentat fil-mudell. Jigi ppjanat ukoll jekk hux se jinbena l-mudell biss jew inkella hux se ssir deorama, jigifieri mudell li madwaru tizvolgi attività shiha.

L-ewwel bicca xoghol tal-mudellatur hi li jaghmel ricerka dwar il-bastiment li tieghu se jaghmel mudell. Permezz tar-ricerka l-mudellatur isir midhla ta’ l-istorja u d-disinn tal-bastiment. Ir-ricerka normalment issir fil-librerija tal-Muzew Marittimu stess izda jista’ jkun hemm bzonn li ssir ukoll ricerka fil-Bibljoteka Nazzjonali jew li jintuzaw sorsi ohra ta’ taghrif. Joe qalli, per ezempju, li biex hadem mudell ta’ xprunara ta’ zmien l-Ordni kiseb l-informazzjoni mehtiega minn zewg sorsi - kwadri tal-weghdi (ex-voto) ghall-ilwien tal-bastiment u l-arkivji nazzjonali ghall-qisien tieghu.

Il-materjal li jintuza fil-bini ta’ mudell jiddependi mill-epoka li fiha nbena l-bastiment li tieghu jkun qed isir il-mudell. Nghidu ahna, fi zmien l-Ordni l-bastimenti kienu jinbnew bazikament bir-ruvlu u ghalhekk dan l-injam jintuza biex isiru l-mudelli ta’ dawn il-bastimenti. Mudelli ta’ bastimenti aktar moderni jinbnew bil-marine plywood.

Il-mudell jibda jinbena billi l-ewwel isir il-qafas. Il-mudellatur irid jaghti attenzjoni specjali ghall-pruwa u l-poppa minhabba t-tondjaturi li jkollhom. Il-precizjoni hawnhekk hija importanti hafna ghax meta l-qafas jinkesa bl-injam, dan l-injam irid imiss ma’ kull strixxa li minnha hu kompost il-qafas. Mudellatur ta’ l-affari tieghu tant ikun preciz u leali lejn il-bastiment originali, li l-mudell jibnih bl-istess attenzjoni daqslikieku se juzah tassew biex ibahhar bih. Min jifhem jintebah mill-ewwel jekk mudell ikunx inbena kif tirrikjedi s-sengha jew jekk sarx b’mod dilettantesk. Naturalment aktar ma l-mudell ikun zghir, aktar huwa sfida ghal min jibnih.

Wara li jiksi l-gverta u z-zaqq, il-mudellatur jghaddi ghad-dettalji ta’ fuq il-gverta. F’kaz ta’ bastiment antik, dawn ikunu jikkonsistu fl-arbli, l-irbit u l-qlugh filwaqt li bastimenti moderni jkollhom il-kabina u c-cmieni, fost ohrajn. Hu u jibni, il-mudellatur irid dejjem jahseb fil-pass li jmiss - nghidu ahna jekk qed jibni mudell ta’ bastiment antik ma jridx jaghlaq il-gverta qabel ma jkun haseb ghall-iskazzi fejn jidhlu l-arbli.

Joe tani spjegazzjoni affaxxinanti ta’ l-importanza ta’ l-arbli, l-irbit u l-qlugh f’bastimenti antiki. Fl-imghoddi bastiment kien jingharaf x’tip hu mill-arrangament tal-qlugh. L-irbit tal-bastimenti huwa sengha ghaliha, b’regolamenti li wiehed irid jimxi maghhom sa l-icken dettal.

Fost ohrajn, hemm regoli li jiddettaw id-dijametri ta’ hbula differenti u dawn id-dijametri wkoll iridu jkunu “to scale” meta jinbena mudell. Ghaldaqstant mudell ta’ bastiment tal-qlugh joffri sfida kbira lil min jibnih, izda r-rizultat ahhari meta jkun mahdum bis-sengha tassew jghaxxqek bi gmielu, kif wiehed jista’ jara mill-mudelli esebiti fil-Muzew Marittimu.

Kif tistghu tobsru minn dan id-dettal kollu, mudell jaf jiehu xhur shah jew anke sena biex jitlesta mill-istadju tar-ricerka sa l-ahhar irfinaturi.

Mhux kulhadd ghandu t-talent u l-imhabba biex jidhol ghal bicca xoghol bhal din, u t-thassib ta’ Joe hu li jidher li ma hawnx bizzejjed zghazagh interessati li jaqbdu din is-sengha hekk sabiha.


Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.