www.l-orizzont.com  
Il-Ħamis 2 ta' Settembru 2010
  L-orizzont  
Opinjoni
Editorjal
Features
Artikli/Kontribuzzjoni
Ittri lill-Editur
Rati tal-Avviżi
Arkivji
Ikkuntattjana
  FITTEX  
 
 
  Sports  

It-tim Malti jibda l-kwalifikazzjoni
ta’ Euro 2012 illum f’Iżrael.....

Wara l-inċidenti tas-Sibt li għadda fil-Pixxina Nazzjonali:
San Ġiljan jitnaqqsulhom żewġ punti
– Sospensjonijiet u multi lil uffiċjali, plejers u klabbs.....

Schembri jiskorja.....

James Paris ma’ Sliema W. għal tliet snin.....

Il-UEFA tipprojbixxi l-użu tal-vuvuzela.....

 

 
 

 

Opinjoni
 

Htiega ta’ bidla radikali fl-UE
minn Kampanja Helsien Nazzjonali

Issa li l-Francizi u l-Olandizi qatlu l-progett ta’ aktar “integration” tal-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea skond ma riedet taghmel il-Kostituzzjoni Ewropea, l-ghajta qieghda tinstema’ aktar qawwija fl-Ewropa ghal riforma mill-qiegh kemm ta’ l-istrutturi, kif ukoll tal-politika ekonomika u socjali ta‘ l-Unjoni, li ghandha tkun mibnija fuq koperazzjoni wiesgha bejn l-istati membri, li b’danakollu, jibqghu sovrani kif jitmexxew skond l-ghazliet li l-popli taghhom jaghmlu demokratikament minn zmien ghal zmien

Qieghed jinghad b’insistenza kbira li la darba t-Trattat tal-Kostituzzjoni Ewropea jigbor fih it-trattati kollha li saru qabel mill-Unjoni Ewropea, meta l-poplu Franciz u dak Olandiz ivvotaw kontra t-Trattat tal-Kostituzzjoni Ewropea, huma fil-fatt cahdu wkoll it-trattati kollha ta’ qabel ta’ l-Un- joni.

Anki jekk il-Francizi u l-Olandizi ma riedux ifissru dan kollu, zgur riedu juru li jridu li ssir riforma shiha ta’ l-istrutturi ta’ l-Unjoni Ewropea u bidla radikali tal-politika taghha li falliet ghal kollox u wasslet lil x’uhud mill-ikbar pajjizi membri, bhal Germanja, Franza u l-Italja, fi krizijiet ekonomici kbar, u f’pajjizi ohrajn, holqot tensjoni socjali qawwija u ziedet il-faqar fost setturi akbar tal-poplu.

Ghalkemm il-mexxejja ta’ l-Unjoni Ewropea qajla jammettu fil-pubbliku kemm hija profonda l-krizi li qieghda tahkem l-Unjoni Ewropea, il-mexxejja taz x’uhud mill-pajjizi membri tant gharfu din il-problema, li qatghuha li ma jkomplux ghalissa bil-process tar-referenda, ghax jibzghu li l-popli taghhom juru l-istess sfiducja fl-Unjoni Ewropea billi jivvotaw bhall-Francizi u l-Olandizi kontra t-Trattat tal-Kostituzzjoni Ewropea.

Ghalhekk insibu li l-Prim Ministru tar-Repubblika Ceka, Jiri Paroubek, qal li pajjizu mhux fi hsiebu jaghmel referendum fis-sena u nofs li gejjin.

Anders Fogh Rasmussen, il-Prim Minisru tad-Danimarka, hassar ir-referendum li kellu jsir fis-27 ta’ Settembru ta’ din is-sena.

Il-President tal-Polonja, Alexsander Kwasniewski, hassar ukoll ir-referendum ghar-ratifika tal-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea li kellu jsir f’pajjizu f’Ottubru li gej.

Goeran Persson, il-Prim Ministru Svediz, iddecieda li jipposponi indefinittivament ir-referendum li kellu jsir fl-Isvezja.

Jack Straw, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Ingliz, habbar li waqqfu l-arrangamenti biex isir referendum fl-Ingilterra.

Il-Prim Ministru Matti Vanhanen tal-Finlandja sahansitra waqqaf il-process tar-ratifika tat-Trattat tal-Kostituzzjoni Ewropea li kellu jsir fil-Parlament tal-Finlandja.

Izda l-Parlament Malti gharef aktar minn dawn kollha.

Mhux biss baqa’ sejjer bir-ratifika, izda ghamel hekk bic-capcip ta’ kulhadd.



Il-fjask kbir tal-Kostituzzjoni Ewropea

Ma hemmx dubju li c-cahda mill-popli ta’ l-Ewropa tal-Kostituzzjoni Ewropea huwa falliment kbir ghall-Unjoni Ewropea u fjask kbir ghal min fassal il-Kostituzzjoni.

Fil-waqt li f’Malta nsibu min ifahhar il-Parlament Malti talli rratifika l-Kostituzzjoni Ewropea minghajr hadd kontriha, f’pajjizi ohrajn ta’ l-Unjoni Ewropea politici jithaddtu mod iehor dwarha.

Pierre Moscovoci, li kien Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ Franza, ammetta li l-poplu Franciz ta d-daqqa tal-mewt lill-Kostituzzjoni Ewropea, u li l-poplu Olandiz ghamlilha c-certifikat tal-mewt.

Giuliano Amato, li kien Prim Ministru ta’ l-Italja, u wiehed miz-zewg Vici Presidenti tal-Konvenzjoni li fas-slet il-Kostituzzjoni, qal li bintu (hekk sejhilha lill-Kostituzzjoni Ewropea), mietet, izda jista’ jsir xi “trapjant” ta’ x’uhud mill-organi taghha lit-Trattat ta’ Nizza halli jsir ahjar.

Angel Moratinos, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ Spanja, stqarr li r-rizultati negattivi tar-referenda dwar il-Kostituzzjoni Ewropea, bla dubju ta’ xejn se jwaqqfu lill-Unjoni milli tkompli tikber.

X’uhud mill-politici Ewropej hatfu l-opportnità sabiex jinsistu li l-Unjoni Ewropea jmissha tkun flessibbli fir-regolamenti taghha.

Giulio Tremonti, il-Vici Prim Ministru Taljan, sahaq li l-Kostituzzjoni Ewropea ma tistax tibqa’ l-istess kif inkitbet. Trid tinbidel.

Il-Prim Ministru Taljan, Silvio Berlusconi, sostna li ghandha ssir diskussjoni dwar hafna punti, fosthom dwar il-kwantità tal-ligijiet li l-Unjoni ghamlet u dwar il-burokrazija zejda li hemm fl-Unjoni.

Jack Straw, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ l-Ingilterra, sahaq li l-LE tal-Francizi u l-Olandizi ghall-Kostituzzjoni Ewropea jqanqlu mistoqsijiet dwar x’ghandu jkun il-gejjieni ta’ l-Unjoni Ewropea.

Hafna politici Ewropej ohrajn ghamlu kritika oggettiva kemm tal-Kostituzzjoni Ewropea kif ukoll ta’ l-Unjoni Ewropea stess. Dan kien ta’ kuntrast kbir ma’ dak li sehh fil-Parlament Malti fis-6 ta’ Lulju li ghadda. Dak in-nhar sthajjilna li konna qeghdin nassistu ghal ceri-monja funebri li fiha nisimghu biss kliem ta‘ tifhir ghall-mejjet. Hlief elogji ghall-Kostituzzjoni Ewropea li l-Francizi u l-Olandizi qatlu, ma smajniex.

Bil-vot favur nem con il-Parlament cekken lil pajjizna f’ghajnejn il-barranin li ghalkemm huma favur l-Unjoni Ewropea, jaghrfu li hemm hafna x’tikkritika fiha u jafu li l-Kostituzzjoni Ewropea ddghajjef aktar lill-pajjizi membri zghar bhal Malta, u ghalhekk ma jifhmux kif il-Maltin kollha jistghu jkunu ferhanin biha.



Ir-riskji tal-kumpaniji kummercjali tal-pensjonijiet

Il-Gvern Malti huwa marbut mill-Unjoni Ewropea sabiex ibiddel is-sistema tal-pensjonijiet li ghandna f’pajjizna. Huwa jghid li se jaghmel “riforma” tal-pensjonijiet. Izda m’hi riforma xejn. Hija bidla li mhux se ttejjeb il-qaghda tal-pensjonanti. L-Unjoni Ewropea trid li l-Gvern jaghmilha bilfors minghajr dewmien.

Hija l-politika ta’ l-Unjoni Ewropea li tkabbar is-sistema tal-pensjonijiet privati pprovduti minn kumpaniji kummer- cjali tal-pensjonijiet u ccekken is-sistema tal-pensjoni tas-servizz u tal-pensjonijiet socjali li jahseb ghalihom l-Istat.

Il-Gvern Malti se jimxi dwar il-pensjonijiet skond ma tghidlu l-Unjoni Ewropea jaghmel. Ghalhekk nistennew bidla favur il-pensjonijiet li jipprovduhom kumpaniji kummercjali tal-pensjonijiet.

Il-bidla ghall-pensjonijiet ipprovduti minn kumpaniji kummercjali tal-pensjonijiet gejja fi zmien meta hafna minn dawn il-kumpaniji kbar ghaddejjin minn zminijiet koroh.

Il-kumpaniji kummercjali tal-pensjonijiet jahdmu bis-sistema li l-ewwel jigbru kontribuzzjonijiet (premiums) minghand dawk li jahdmu, u wara, meta dawn jieqfu mix-xoghol minhabba l-età, jhallsuhom il-pensjoni. Il-kumpaniji jinvestu l-kontribuzzjonijiet li jigbru u mid-dhul ta’ l-investimenti taghhom, ihallsu l-pensjonijiet, l-ispejjez tal-kumpaniji, u jaghmlu l-profitti li jmorru ghand ix-shareholders tal-pensjonijiet.

Is-sistema kollha tal-kumpaniji kummercjali tal-pensjonijiet hija l-istess bhal dik tal-kumpaniji ta’ l-insurances u tiddependi minn kemm jaghmlu investiment tajjeb mill-kontribuzzjonijiet li jigbru minn min jahdem u kemm jikkalkolaw tajjeb il-hlasijiet li jkollhom jaghmlu mid-dhul ta’ dawk l-investimenti.

Mhux l-ewwel darba li smajna l-ahbar li kumpanija kummercjali tal-pensjonijiet marret tant zmerc kemm fid-dhul mill-investimenti, kif ukoll minhabba l-hrug akbar minn dak li kienet ikkalkolat, li l-kumpanija ma tkunx tista’ thallas il-pensjonijiet li ntrabtet li thallas. F’dak il-kaz, jew il-pensjonanti jmorru huma minn taht, jew il-Gvern ikollu jindahal huwa biex jaghmel tajjeb ghal fejn il-kumpanija tal-pensjonijiet tfalli.

Bhalissa fl-Ingilterra ghadd ta’ kumpaniji kbar tal-pensjonijiet ghaddejjin minn krizi. Dan ghax l-investimenti taghhom qeghdin jirrendulhom inqas milli kienu jistennew minnhom. Ukoll ghax ikkalkolaw hazin kemm se jghixu l-pensjonanti. U wkoll minhabba li gew intaxxati x-shares li jirrendu dividends lil skemi ta’ pensjonijiet (jew funds).

Wahda mill-akbar kumpaniji tal-pensjonijiet fl-Ingilterra qieghda tgharraf lil 40,000 klijent taghha li jaqblilhom jergghu jmorru fuq is-sistema tal-pensjoni ta‘ l-Istat kif kienu qabel ma qalbu ghal pensjoni mhallsa mill-kumpanija, ghax mhix se tkun f’qaghda ’l quddiem li thallashom il-pensjonijiet li kienet intrabtet li thallashom.

F’Malta l-Unjoni Ewropea se ddahhalna f’dan ir-riskju.



Dikjarazzjonijiet imhassrin

L-Artiklu 437 tat-Trattat tal-Kostituzzjoni Ewropea li l-Parlament Malti rratifika fis-6 ta’ Lulju jhassar, kif tidhol fis-sehh il-Kostituzzjoni Ewropea, it-Trattat ta’ Adezzjoni ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea li kien iffirmat f’Ateni fis-16 ta’ April, 2003.

F’dak it-Trattat ta’ Adezjoni hemm mehmuza d-Dikjarazzjoni dwar in-Newtralità ta’ Malta u d-Dikjarazzjoni dwar ir-regjun ta’ Ghawdex.

Meta jithassar it-Trattat ta’ Adezzjoni, jaf tidhol fis-sehh il-Kostituzzjoni Ewropea, jithassar dak kollu li dak it-Trattat fih, u ghalhekk jithassru d-Dikjarazzjoni dwar in-Newtralità ta’ Malta u d-Dikjarazzjoni dwar ir-Regjun ta’ Ghawdex.

Ma nahsbx li xi hadd jista’ ma jaqbilx dwar din l-interpretazzjoni li qieghda hawn tinghata ta’ l-Artiklu 438 ibiddel it-tifsira hawn moghtija ta’ l-artiklu ta’ qablu, ghax l-Artiklu 438 jghid li d-dikjarazzjonijiet li jkunu maghmulin sakemm tidhol fis-sehh il-Kostituzzjoni Ewropea, ghandhom jigu ppriservati.

Min qal hekk halla barra tliet kelmiet importantissimi ta’ l-Artiklu 438, li jkompli jghid li d-dikjarazzjonijiet jigu ppriservati “sakemm jigu mhassrin”.

Ghalhekk id-dikjarazzjonijiet dwar in-newtralità ta‘ Malta u dwar ir-regjun ta’ Ghawdex ikun imhassra meta jithassar it-Trattat ta’ Adezzjoni tas-16 ta’ April, 2003 li fih id-dikjarazzjonijiet jinsabu, jigifieri, meta tidhol fis-sehh il-Kostituzzjoni Ewropea.

Ghalkemm it-tifsira ta’ l-Artiklu 437 u ta’ l-Artiklu 438 tal-Kostituzzjoni Ewropea hi cara, mhux kulhadd irid jammettiha pubblikament. Ma jammettuhiex ghax politikament ma jaqblilhomx jammettuha, mhux ghax ma jafux li hi legalment korretta.

Il-Gvern Malti ma jammettihiex. Il-Membru tal-Parlament Ewropew, Joe Leinen, ma jammettihiex ghax qal li l-konsulent legali tal-Parlament ma qabilx mat-tifsira li qeghdin naghtu. Ghal xi raguni, il-parir bil-miktub tal-konsulent legali li semma Joe Leinen qatt ma xxandar.

Minkejja x’qal il-Gvern u x’kiteb Joe Leinen, it-tifsira ta’ l-Artiklu 437 u ta’ l-Artiklu 438 tal-Kostituzzjoni Ewropea hi cara. La darba jithassar it-Trattat ta’ Adezjoni, jithassru mieghu d-dikjarazzjonijiet li hemm mehmuza.

Hu minnu li l-Artiklu 437, wara li jhassar it-Trattat ta’ Adezjoni, jerga’ jaghtih il-hajja. Izda ma jergax jaghti l-hajja t-Trattat ta’ adezjoni kollu kemm hu, izda dak biss minnu li hu ppriservat fil-Protokoll Numru 9 anness mal-Kostituzzjoni Ewropea. Il-Protokoll Numru 9 jhalli barra d-Dikjarazzjoni dwar in-Newtralità ta’ Malta u d-Dikjarazzjoni dwar ir-Regjun ta’ Ghawdex.

Ikkummenta dwar dan l-Artiklu Fuq

Artikli oħrajn fis-sezzjoni Opinjoni
·  Għaliex int?
·  L-immigranti u l-GWU
·  Il-klieb ta’ Napuljun
·  Il-ġid jinħoloq bix-xogħol u l-impjiegi
·  Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
·  L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali


IT-TEMP - 2/9/2010
Rapport tat-Temp:  Il-bicca l-kbira msahhab bix-xita u bir-raghad
Temperatura: 
L-ogħla: 31°C
L-inqas: 21°C

Riħ:  Xlokk 10-20 kph
Għall-aġġornament tat-temp agħfas hawn.